Eżekjel 39:1-29

39  “U min-​naħa tiegħek, O bin il-​bniedem, ipprofetizza kontra Gog,+ u għid, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, jien kontrik, O Gog, il-​kap ewlieni l-​kbir taʼ Mesek+ u Tubal.+  U se ndawrek u mmexxik+ u ntellgħek mill-​iktar partijiet imbegħdin tat-​tramuntana+ u nġibek kontra l-​muntanji taʼ Israel.  U ntajjarlek il-​qaws tiegħek minn idek ix-​xellugija, u l-​vleġeġ tiegħek inwaqqagħhomlok minn idek il-​leminija.  Fuq il-​muntanji taʼ Israel taqaʼ,+ int u l-​qtajjaʼ kollha tiegħek u l-​popli li se jkunu miegħek. Se nagħtik bħala ikel lill-​għasafar tal-​priża, l-​għasafar b’kull xorta taʼ ġwienaħ, u l-​bhejjem salvaġġi tar-​rabaʼ.”’+  “‘Fuq wiċċ ir-​rabaʼ taqaʼ,+ għax jien tkellimt,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.  “‘U nibgħat nar fuq Magog+ u fuq dawk li jgħammru fil-​gżejjer fis-​sigurtà;+ u n-​nies se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.  U ngħarraf l-​isem qaddis tiegħi f’nofs il-​poplu tiegħi Israel, u ma nħallix lill-​isem qaddis tiegħi jitkasbar iktar;+ u l-​ġnus se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova,+ il-​Qaddis f’Israel.’+  “‘Ara! Dan jiġi u jseħħ,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova. ‘Dan hu l-​jum li tkellimt dwaru.+  U dawk li jgħammru fil-​bliet taʼ Israel se joħorġu u jaħarqu u jqabbdu n-​nirien bl-​armi u bit-​tarki ż-​żgħar u t-​tarki l-​kbar,—bil-​qwas u bil-​vleġeġ u bil-​vireg u bil-​lanez; u jdumu jqabbdu n-​nirien+ bihom sebaʼ snin. 10  U ma jġorrux zkuk mill-​għalqa, u lanqas ħatab għan-​nar mill-​foresti, għax bl-​armi jqabbdu n-​nirien.’ “‘U jieħdu bħala priża lil dawk li kienu ħadu lilhom bħala priża,+ u jisirqu lil dawk li kienu serquhom,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova. 11  “‘U jrid iseħħ dakinhar li nagħti lil Gog+ post hemmhekk, post taʼ dfin f’Israel, il-​wied taʼ dawk li jkunu għaddejjin, lejn il-​lvant tal-​baħar, u se jimblokka lil dawk li jkunu għaddejjin minn hemmhekk. U hemmhekk se jkollhom jidfnu lil Gog u l-​kotra kollha tiegħu, u jsejħulu l-​Wied tal-​Kotra taʼ Gog.*+ 12  U dawk taʼ dar Israel ikollhom jidfnuhom sabiex inaddfu l-​art, u jdumu sebaʼ xhur.+ 13  U n-​nies kollha tal-​pajjiż se jkollhom jidfnu, u jsiru magħrufin minħabba dan dakinhar li nigglorifika lili nnifsi,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova. 14  “‘U se jintgħażlu xi rġiel li xogħolhom ikun li jduru mal-​pajjiż kontinwament u, flimkien m’oħrajn li jduru mal-​pajjiż, jidfnu lil dawk li jifdal fuq wiċċ l-​art, sabiex inaddfuh. Jibqgħu jfittxu sakemm jintemmu s-​sebaʼ xhur. 15  U jridu jduru mal-​pajjiż, u jekk wieħed jara għadma taʼ bniedem iwaqqaf sinjal ħdejha, sakemm dawk li jidfnu jkunu difnuha fil-​Wied tal-​Kotra taʼ Gog.+ 16  U anki l-​isem tal-​belt ikun Ħamona.* U se jkollhom inaddfu l-​pajjiż.’+ 17  “U lilek, O bin il-​bniedem, hekk qallek il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Għid lill-​għasafar b’kull xorta taʼ ġwienaħ u lill-​bhejjem salvaġġi kollha tar-​rabaʼ:+ “Inġabru flimkien u ejjew. Inġemgħu flimkien dawramejt mas-​sagrifiċċju tiegħi, li qed nissagrifika għalikom, sagrifiċċju kbir fuq il-​muntanji taʼ Israel.+ U intom se tieklu l-​laħam u tixorbu d-​demm.+ 18  Tieklu l-​laħam tas-​setgħanin,+ u tixorbu d-​demm tal-​kapijiet ewlenin taʼ l-​art, imtaten, ħrief,+ u bdabad, barrin żgħar,+ ilkoll annimali msemmnin tal-​Basan.+ 19  U intom żgur li tieklu xaħam sa ma tixbgħu+ u tixorbu demm sakemm tiskru, mis-​sagrifiċċju li se nissagrifika għalikom.”’ 20  “‘U intom tixbgħu fuq il-​mejda tiegħi biż-​żwiemel u s-​sewwieqa tal-​karrijiet, nies setgħanin u kull xorta taʼ gwerriera,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.+ 21  “‘U jien se nuri l-​glorja tiegħi fost il-​ġnus; u l-​ġnus kollha se jkollhom jaraw it-​twettiq tal-​ġudizzju tiegħi+ u l-​qawwa taʼ idi kontrihom.+ 22  U minn dakinhar ’il quddiem, dawk taʼ dar Israel se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova Alla tagħhom.+ 23  U l-​ġnus se jkollhom ikunu jafu li kien minħabba l-​iżball tagħhom li huma, dar Israel, marru fl-​eżilju,+ minħabba l-​fatt li huma aġixxew b’nuqqas taʼ fedeltà miegħi, u għalhekk jien ħbejt wiċċi minnhom+ u tajthom f’idejn l-​avversarji tagħhom, u waqgħu bis-​sejf, ilkoll kemm huma.+ 24  Għamiltilhom skond in-​nuqqas taʼ ndafa tagħhom u skond il-​ksur tal-​liġi tagħhom,+ u bqajt naħbi wiċċi minnhom.’ 25  “Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Issa hu ż-​żmien li nġib lura lill-​imjassrin taʼ Ġakobb+ u li jkolli ħniena minn dar Israel kollha;+ u se nuri devozzjoni esklużiva lejn l-​isem qaddis tiegħi.+ 26  U huma jkunu ġarrew l-​umiljazzjoni tagħhom+ u n-​nuqqas taʼ fedeltà kollu li wrewni,+ meta jkunu qed jgħammru f’arthom fis-​sigurtà,+ u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom.+ 27  Meta nġibhom lura mill-​popli u niġborhom flimkien mill-​pajjiżi taʼ l-​għedewwa tagħhom,+ jien ukoll inqaddes lili nnifsi fosthom quddiem għajnejn ħafna ġnus.’+ 28  “‘U huma se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova Alla tagħhom, meta nibgħathom fl-​eżilju lejn il-​ġnus u nġibhom lura flimkien f’arthom,+ u ma nħalli ’l ħadd minnhom jibqaʼ iktar hemmhekk.+ 29  U jien ma naħbix iktar wiċċi minnhom,+ għax inferraʼ l-​ispirtu tiegħi fuq dar Israel,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.”

Noti taʼ taħt

Jew, “il-​Wied taʼ Ħamon-Gog.”
Jiġifieri, “Kotra.” Ara versi 11 u 15.