Eżekjel 38:1-23

38  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Bin il-​bniedem,+ dawwar wiċċek lejn Gog taʼ l-​art taʼ Magog,+ il-​kap ewlieni l-​kbir taʼ Mesek+ u Tubal,+ u pprofetizza kontrih.  U għid, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, jien kontrik, O Gog, il-​kap ewlieni l-​kbir taʼ Mesek u Tubal.  U jien se ndawrek u nqiegħed ganċijiet fix-​xedaq tiegħek+ u niġbdek mal-​qawwa militari kollha tiegħek,+ żwiemel u rikkieba taż-​żwiemel, kollha kemm huma lebsin bl-​isbaħ mod,+ ġemgħa numeruża, bit-​tarka l-​kbira u t-​tarka ż-​żgħira, kollha bis-​sjuf f’idejhom;+  il-Persja,+ l-​Etjopja+ u Put+ magħhom, ilkoll kemm huma bit-​tarka ż-​żgħira u bl-​elmu;  Gomer+ u l-​qtajjaʼ kollha tiegħu, id-​dar taʼ Togarma,+ mill-​iktar partijiet imbegħdin tat-​tramuntana, u l-​ġemgħat kollha tiegħu, ħafna popli miegħek.+  “‘“Lesti ruħek, u tħejja, int flimkien mal-​ġemgħa kollha tiegħek,+ dawk miġmugħin miegħek, u int se tkun dak li tmexxihom.  “‘“Wara ħafna jiem int se tingħata attenzjoni. Fl-​aħħar parti tas-​snin int se tiġi lejn il-​pajjiż+ taʼ poplu miġjub lura mis-​sejf, miġbur minn ħafna popli+ għal fuq il-​muntanji taʼ Israel, li kienu fi stat kontinwu taʼ ħerba. Il-​poplu taʼ dan il-​pajjiż inħareġ mill-​popli u qed jgħammar fis-​sigurtà, kollu kemm hu.+  U int se jkollok titlaʼ. Tiġi bħal maltempata.+ Tkun bħal sħab li jiksi l-​pajjiż,+ int u l-​qtajjaʼ kollha tiegħek u ħafna popli miegħek.”’ 10  “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘U jiġri dakinhar li f’qalbek jiġuk xi ħsibijiet,+ u int taħseb fi pjan taʼ ħsara;+ 11  u tgħid: “Se nitlaʼ kontra l-​pajjiż li jinsab fil-​kampanja miftuħa.+ Nidħol fuq dawk li qegħdin fil-​kwiet, li jgħammru fis-​sigurtà, ilkoll jgħammru mingħajr swar,+ u lanqas biss għandhom staneg u bibien.” 12  Dan se tagħmlu biex taħtaf priża kbira+ u biex tisraq ħafna, sabiex terfaʼ idek fuq postijiet imħarbtin li ġew mgħammrin mill-​ġdid+ u fuq poplu miġbur mill-​ġnus,+ wieħed li qed jiġmaʼ għana u proprjetà,+ dawk li qed jgħammru fiċ-​ċentru+ taʼ l-​art. 13  “‘Xeba+ u Dedan+ u l-​merkanti taʼ Tarsis+ u l-​iljuni b’saħħithom kollha+—dawn se jgħidulek: “Ġej biex taħtaf priża kbira? Ġmajt il-​ġemgħa tiegħek biex tisraq ħafna, sabiex iġġorr il-​fidda u d-​deheb, biex tieħu l-​għana u l-​proprjetà, biex taħtaf priża kbira ħafna?”’ 14  “Għalhekk, ipprofetizza, O bin il-​bniedem, u għid lil Gog, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Dakinhar li l-​poplu tiegħi Israel ikun qed jgħammar fis-​sigurtà, mhux se tinnotah int dan?+ 15  U int żgur li se tiġi minn postok, mill-​iktar partijiet imbegħdin tat-​tramuntana,+ int u ħafna popli miegħek, ilkoll kemm huma rekbin iż-​żwiemel, ġemgħa kbira, iva, qawwa militari numeruża.+ 16  U int se jkollok titlaʼ kontra l-​poplu tiegħi Israel, bħal sħab li jiksi l-​pajjiż.+ Dan jiġri fl-​aħħar parti tal-​jiem, u jien inġibek kontra l-​pajjiż tiegħi,+ sabiex il-​ġnus ikunu jafuni meta nqaddes lili nnifsi permezz tiegħek quddiem għajnejhom, O Gog.”’+ 17  “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Int+ l-​istess wieħed li jien tkellimt dwaru fil-​jiem taʼ qabel b’id il-​qaddejja tiegħi l-​profeti taʼ Israel, li f’dawk il-​jiem—sena wara sena—kienu qed jipprofetizzaw li kelli nġibek kontrihom?’+ 18  “‘U jrid iseħħ f’dak il-​jum, fil-​jum meta Gog jidħol fuq l-​art taʼ Israel,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘li l-​korla tiegħi titlaʼ fi mnieħri.+ 19  U fil-​ħeġġa tiegħi,+ fin-​nar tal-​qilla tiegħi, se jkolli nitkellem.+ Dakinhar żgur isseħħ theżżiża kbira fl-​art taʼ Israel.+ 20  U minħabba fija l-​ħut tal-​baħar u l-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet u l-​bhejjem salvaġġi tar-​rabaʼ u l-​ħlejjaq li jitkaxkru kollha li qed jitkaxkru maʼ l-​art u l-​bnedmin kollha li qegħdin fuq wiċċ l-​art se jkollhom jirtogħdu,+ u l-​muntanji jiġġarrfu+ u t-​toroq weqfin ikollhom jaqgħu, u kull ħajt jaqaʼ maʼ l-​art.’ 21  “‘U se nsejjaħ sejf kontrih mar-​reġjun muntanjuż kollu tiegħi,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.+ ‘Is-​sejf taʼ kull wieħed se jkun kontra ħuh stess.+ 22  U se nġib lili nnifsi f’ġudizzju+ miegħu, b’pesta+ u b’demm;+ u xita li tgħarraq u biċċiet tas-​silġ,+ nar+ u kubrit se nniżżel fuqu u fuq il-​qtajjaʼ tiegħu u fuq il-​ħafna popli li se jkunu miegħu.+ 23  U ċertament li se nuri l-​kobor tiegħi u nqaddes lili nnifsi+ u ngħarraf min jien quddiem għajnejn ħafna ġnus; u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’+

Noti taʼ taħt