Eżekjel 37:1-28

37  Id Ġeħova ġiet fuqi,+ u b’hekk ġarrni bl-​ispirtu taʼ Ġeħova+ u qegħedni f’nofs il-​pjanura fil-​wied, u din kienet mimlija għadam.+  U għaddieni dawramejt madwar l-​għadam, u, ara, kien hemm ħafna għadam fuq wiċċ il-​pjanura fil-​wied, u kien niexef qoxqox.+  U hu qalli: “Bin il-​bniedem, jistaʼ dan l-​għadam jieħu l-​ħajja?” Għal dan, jien għedt: “Mulej Sovran Ġeħova, dan int tafu.”+  U hu qalli: “Ipprofetizza fuq dan l-​għadam, u għidlu, ‘O għadam niexef, ismaʼ l-​kelma taʼ Ġeħova:  “‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova lil dan l-​għadam: “Ara, jien qed indaħħal fik in-​nifs, u int tieħu l-​ħajja.+  U se nqiegħed fuqek nervituri u nġiegħel li jitrabbielek il-​laħam, u se niksik bil-​ġilda u nqiegħed fik in-​nifs, u int tieħu l-​ħajja;+ u se jkollok tkun taf li jien Ġeħova.”’”+  U jien ipprofetizzajt eżatt kif ġejt kmandat.+ U meta pprofetizzajt instemaʼ ħoss, u kien hemm ċekċik, u l-​għadam beda jersaq, għadma maʼ l-​oħra.  U ħarist, u fuqu kien hemm in-​nervituri u trabba l-​laħam u l-​ġilda bdiet tiksih. Imma nifs ma kienx hemm fih.  U kompla jgħidli: “Ipprofetizza lir-​riħ. Ipprofetizza, O bin il-​bniedem, u għid lir-​riħ, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Idħol mill-​erbat irjieħ, O riħ, u onfoħ fuq dawn in-​nies maqtulin,+ sabiex jieħdu l-​ħajja.”’”+ 10  U jien ipprofetizzajt eżatt kif ikkmandani, u n-​nifs daħal fihom, u ħadu l-​ħajja u waqfu fuq saqajhom,+ qawwa militari kbira ferm. 11  U kompla jgħidli: “Bin il-​bniedem, l-​għadam hu d-​dar kollha taʼ Israel.+ Dawn qed jgħidu, ‘Għadamna nixef, u tamitna għabet.+ Ġejna maqtugħin għalina waħedna.’ 12  Għalhekk, ipprofetizza, u għidilhom, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, se niftaħ il-​postijiet fejn intom midfunin,+ u se ntellagħkom mill-​postijiet fejn intom midfunin, O poplu tiegħi, u ndaħħalkom fl-​art taʼ Israel.+ 13  U se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova meta niftaħ il-​postijiet fejn intom midfunin u meta ntellagħkom mill-​postijiet fejn intom midfunin, O poplu tiegħi.”’+ 14  ‘U nqiegħed l-​ispirtu tiegħi fikom, u tieħdu l-​ħajja,+ u nqegħedkom f’artkom; u se jkollkom tkunu tafu li jien, Ġeħova, tkellimt u wettaqt,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”+ 15  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 16  “U int, O bin il-​bniedem, ħu bastun+ u ikteb fuqu, ‘Għal Ġuda u għal sħabu, ulied Israel.’+ U ħu bastun ieħor u ikteb fuqu, ‘Għal Ġużeppi, il-​bastun t’Efrajm,+ u sħabu, id-​dar kollha taʼ Israel.’+ 17  U ressaqhom lejn xulxin f’bastun wieħed, u huma jsiru wieħed f’idek.+ 18  U meta wlied il-​poplu tiegħek jibdew jgħidulek, ‘M’intix se tgħidilna xi jfissru għalik dawn l-​affarijiet?’+ 19  għidilhom, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, qed nieħu l-​bastun taʼ Ġużeppi, li qiegħed f’id Efrajm, u taʼ sħabu, it-​tribujiet taʼ Israel, u se nqegħedhom fuqu, jiġifieri, fuq il-​bastun taʼ Ġuda, u nagħmilhom bastun wieħed,+ u jsiru wieħed f’idi.”’ 20  U l-​bsaten li tikteb fuqhom iridu jkunu f’idek quddiem għajnejhom.+ 21  “U għidilhom, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, qed nieħu lil ulied Israel minn fost il-​ġnus li marru fihom, u se niġborhom flimkien mill-​inħawi taʼ madwar u nġibhom f’arthom.+ 22  U nagħmilhom ġens wieħed fil-​pajjiż,+ fuq il-​muntanji taʼ Israel, u bħala sultan ilkoll kemm huma se jkollhom sultan wieħed,+ u ma jkunux iktar żewġt iġnus, lanqas ma jkunu maqsumin iktar f’żewġ saltniet.+ 23  U m’humiex se jitniġġsu iktar bl-​idoli tagħhom moqżieża daqs id-​demel u bil-​qżiżijiet tagħhom u bil-​ksur tal-​liġi kollu tagħhom;+ u jien insalvahom mill-​atti midinbin kollha li għamlu fil-​postijiet fejn għammru, u nnaddafhom,+ u huma jsiru l-​poplu tiegħi, u jien insir Alla tagħhom.+ 24  “‘“U l-​qaddej tiegħi David ikun sultan fuqhom,+ u lkoll ikollhom ragħaj wieħed;+ u huma jimxu mad-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+ u jħarsu l-​istatuti tiegħi,+ u jwettquhom.+ 25  U se jgħammru fl-​art li jien tajt lill-​qaddej tiegħi, lil Ġakobb, li fiha għammru missirijietkom,+ u se jgħammru fiha,+ huma u wliedhom u wlied uliedhom għal żmien indefinit,+ u David il-​qaddej tiegħi jkun il-​kap ewlieni tagħhom għal żmien indefinit.+ 26  “‘“U se nagħmel magħhom patt taʼ paċi;+ patt li jdum għal żmien indefinit se jsir magħhom.+ U nħejji post għalihom u nkattarhom+ u nqiegħed is-​santwarju tiegħi f’nofshom għal żmien indefinit.+ 27  U t-​tinda tiegħi tkun fuqhom,+ u jien insir Alla tagħhom, u huma jsiru l-​poplu tiegħi.+ 28  U l-​ġnus se jkollhom ikunu jafu li jien, Ġeħova,+ qed inqaddes lil Israel meta s-​santwarju tiegħi jkun f’nofshom għal żmien indefinit.”’”+

Noti taʼ taħt