Eżekjel 36:1-38

36  “U int, O bin il-​bniedem, ipprofetizza dwar il-​muntanji taʼ Israel, u għid, ‘O muntanji taʼ Israel,+ isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova.  Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Talli l-​għadu qal kontrik,+ ‘Ħaħ! Anki l-​postijiet għoljin tal-​qedem+ saru tagħna!’”’+  “Għalhekk, ipprofetizza, u għid, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Talli għamlukom art abbandunata+ u pprovaw jaħtfukom f’ħalqhom minn kull naħa,+ sabiex issiru taʼ dawk li fadal mill-​ġnus+ u ġejtu fi lsien in-​nies+ u hemm rapport ħażin dwarkom fost in-​nies,+  għaldaqstant, O muntanji taʼ Israel,+ isimgħu l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova! Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova lill-​muntanji u lill-​għoljiet, lin-​nixxigħat u lill-​widien u lill-​postijiet imħarbtin li ġew abbandunati+ u lill-​bliet abbandunati li nsterqu u twaqqgħu għaċ-​ċajt minn dawk li fadal mill-​ġnus taʼ madwar;+  għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Se nitkellem fin-​nar taż-​żelu tiegħi+ kontra dawk li fadal mill-​ġnus u kontra Edom, kollu kemm hu,+ dawk li ħadu arti f’idejhom b’qalbhom mimlija hena,+ biż-​żebliħ,+ minħabba l-​mergħa tagħha, biex jaħtfuha bħala priża.’”’+  “Għalhekk, ipprofetizza dwar l-​art taʼ Israel, u għid lill-​muntanji u lill-​għoljiet, lin-​nixxigħat u lill-​widien, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara! Fiż-​żelu tiegħi u fil-​korla tiegħi jien stess se nitkellem, għax intom ġarrabtu umiljazzjoni mill-​ġnus.”’+  “Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Jien għollejt idi biex naħlef+ li l-​ġnus li għandkom madwarkom se jġarrbu l-​umiljazzjoni tagħhom stess.+  U intom, O muntanji taʼ Israel, se toħorġu l-​friegħi tagħkom u tipproduċu l-​frott tagħkom għall-​poplu tiegħi Israel,+ għax dan qorob biex jidħol.+  Għax, ara, jien favurikom, u se ndur lejkom,+ u se tkunu kultivati u miżrugħin.+ 10  U nkattar fuqkom il-​bnedmin, id-​dar sħiħa taʼ Israel, kollha kemm hi,+ u l-​bliet ikunu abitati,+ u l-​postijiet imħarbtin jinbnew mill-​ġdid.+ 11  Iva, inkattar fuqkom il-​bnedmin u l-​annimali,+ u huma jnisslu u joktru, u jien inġiegħel li tkunu abitati bħalma kontu qabel+ u nagħmlilkom iktar ġid milli għamiltilkom fil-​bidu;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.+ 12  U mmexxi fuqkom il-​bnedmin, iva, lill-​poplu tiegħi Israel, u jiħdukom f’idejhom,+ u ssiru wirthom,+ u ma terġgħux tħalluhom bla tfal.’”+ 13  “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli hemm dawk li qed jgħidulkom: “Int tiblaʼ lill-​bnedmin, sirt art li tħalli lill-​ġnus tagħha bla tfal,”’+ 14  ‘mela lill-​bnedmin ma tiblagħhomx iktar,+ u lill-​ġnus tiegħek ma tħallihomx iktar bla tfal,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova. 15  ‘U ma nħallix li jinstemaʼ iktar diskors umiljanti dwarek mill-​ġnus,+ u ma ġġorrx iktar żebliħ mill-​popli,+ u l-​ġnus tiegħek ma tfixkilhomx iktar,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.” 16  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 17  “Bin il-​bniedem, dawk taʼ dar Israel kienu qed jgħammru f’arthom, u ma ħallewhiex nadifa bi triqithom u bl-​għemejjel tagħhom.+ Għalija triqithom saret bħan-​nuqqas taʼ ndafa tat-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar.+ 18  U ferrajt il-​korla tiegħi fuqhom minħabba d-​demm li sawbu fuq l-​art,+ li ma ħallewhiex nadifa bl-​idoli tagħhom moqżieża daqs id-​demel.+ 19  U xerridthom fost il-​ġnus, u għalhekk kienu mferrxin fost il-​pajjiżi.+ Skond triqithom u skond l-​għemejjel tagħhom iġġudikajthom.+ 20  Għalhekk, marru f’dawk il-​ġnus, u n-​nies bdew ikasbru lil ismi l-​qaddis+ billi qalu dwarhom, ‘Dawn huma l-​poplu taʼ Ġeħova, u minn artu ħarġu.’+ 21  U se nuri mogħdrija maʼ ismi l-​qaddis, li tkasbar minn dar Israel fost il-​ġnus li marru fihom.”+ 22  “Għaldaqstant għid lil dar Israel, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Mhux minħabba fikom qed nagħmel dan, O dar Israel, imma minħabba ismi l-​qaddis, li intom kasbartuh fost il-​ġnus li mortu fihom.”’+ 23  ‘U jien se nqaddes ismi l-​kbir,+ li kien qed jiġi mkasbar fost il-​ġnus, li intom kasbartu f’nofshom; u l-​ġnus se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘meta nitqaddes fostkom quddiem għajnejhom.+ 24  U noħroġkom mill-​ġnus u niġborkom flimkien mill-​pajjiżi kollha u ndaħħalkom f’artkom.+ 25  U rraxxax fuqkom ilma nadif, u tindafu;+ innaddafkom minn kull nuqqas taʼ safa+ li għandkom u minn kull idolu tagħkom moqżież daqs id-​demel.+ 26  U nagħtikom qalb ġdida,+ u ndaħħal fikom spirtu ġdid,+ u nneħħi l-​qalb tal-​ġebel minn ġisimkom u nagħtikom qalb tal-​laħam.+ 27  U ndaħħal fikom l-​ispirtu tiegħi,+ u naġixxi b’tali mod li intom timxu mar-​regolamenti tiegħi,+ u tħarsu d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi u twettquhom.+ 28  U tgħammru fl-​art li tajt lil missirijietkom,+ u intom issiru l-​poplu tiegħi u jien insir Alla tagħkom.’+ 29  “‘U nsalvakom minn kull nuqqas taʼ safa tagħkom+ u nsejjaħ lill-​qmuħ u nkattarhom, u ma nġib fuqkom l-​ebda ġuħ.+ 30  U nkattar il-​frott tas-​siġra, u l-​prodott tar-​rabaʼ, sabiex ma tiġux imżebilħin iżjed fost il-​ġnus minħabba l-​ġuħ.+ 31  U se jkollkom tiftakru t-​triqat ħżiena tagħkom u l-​għemejjel tagħkom li ma kinux tajbin,+ u se jkollkom tistkerrhu lilkom infuskom minħabba l-​iżbalji tagħkom u minħabba l-​affarijiet mistkerrhin tagħkom.+ 32  Mhux minħabba fikom qed nagħmel dan,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘biex tkunu tafu. Istħu u ħossukom umiljati minħabba triqatkom, O dar Israel.’+ 33  “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Dakinhar li nnaddafkom mill-​iżbalji kollha tagħkom se nġiegħel ukoll lill-​bliet ikunu abitati,+ u l-​postijiet imħarbtin iridu jinbnew mill-​ġdid.+ 34  U l-​art abbandunata tinħadem, għalkemm din kienet saret art abbandunata quddiem għajnejn kulmin kien jgħaddi minn hemmhekk.+ 35  U n-​nies jgħidu: “Dik l-​art t’hemmhekk li kienet intgħamlet art abbandunata saret bħall-​ġnien taʼ l-​Għeden,+ u l-​bliet li kienu mitluqin u abbandunati u mġarrfin issa huma fortifikati; saru abitati.”+ 36  U l-​ġnus li jkunu tħallew madwarek se jkollhom ikunu jafu li jien stess, Ġeħova, bnejt l-​affarijiet imġarrfin,+ u ħawwilt dak li ġie abbandunat. Jien, Ġeħova, tkellimt u wettaqt.’+ 37  “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Lil dawk taʼ dar Israel se nħallihom ifittxuni biex nagħmlilhom dan ukoll:+ Se nkattarhom u nagħmilhom bħal merħla bin-​nies.+ 38  Bħal merħla nies qaddisin, bħall-​merħla taʼ Ġerusalemm fl-​istaġuni tal-​festi tagħha,+ hekk se jkunu mimlijin b’merħla nies il-​bliet li kienu mitluqin;+ u n-​nies se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’”

Noti taʼ taħt