Eżekjel 35:1-15

35  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Bin il-​bniedem, dawwar wiċċek+ lejn ir-​reġjun muntanjuż tas-​Segħir+ u pprofetizza kontrih.+  U għidlu, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, jien kontrik, O reġjun muntanjuż tas-​Segħir,+ u se mmidd idi kontrik+ u nagħmlek art abbandunata, iva, ħerba.+  Blietek inħarbathom, u int issir art abbandunata għalkollox;+ u se jkollok tkun taf li jien Ġeħova,+  talli minn dejjem* kellek mibegħda+ u bqajt tagħti lil ulied Israel f’idejn is-​sejf,+ fi żmien id-​diżastru tagħhom,+ fi żmien l-​iżball tagħhom taʼ l-​aħħar.”’+  “‘Għalhekk, daqskemm jien ħaj,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘billi ppreparajtek għad-​demm, id-​demm jiġri warajk.+ Bla dubju int bgħadt id-​demm, u d-​demm jiġri warajk.+  U nagħmel ir-​reġjun muntanjuż tas-​Segħir art abbandunata, iva, ħerba,+ u naqtaʼ minnu lil min jgħaddi minn hemmhekk u lil min jerġaʼ lura hemmhekk.+  U nimla l-​muntanji tiegħu bil-​maqtulin tiegħu; u fuq l-​għoljiet tiegħek u fil-​widien tiegħek u fin-​nixxigħat kollha tiegħek jaqgħu dawk maqtulin bis-​sejf.+  Nagħmlek art abbandunata għal dejjem, u fi blietek ma jgħammar ħadd;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.’+ 10  “Talli għedt, ‘Dawn iż-​żewġt iġnus u dawn iż-​żewġ pajjiżi—tiegħi għad isiru, u se nieħdu f’idejna kull pajjiż,’+ waqt li Ġeħova nnifsu kien hemmhekk,+ 11  ‘għalhekk, daqskemm jien ħaj,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘se naġixxi wkoll skond ir-​rabja u l-​għira tiegħek li esprimejt minħabba s-​sentimenti taʼ mibegħda li għandek lejhom;+ u ngħarrafhom min jien meta niġġudikak.+ 12  U se jkollok tkun taf li jien stess, Ġeħova, smajt l-​affarijiet kollha li int għedt b’nuqqas taʼ rispett dwar il-​muntanji taʼ Israel,+ meta għedt: “Huma ntgħamlu art abbandunata. Ngħataw lilna bħala ikel.”+ 13  U fommkom użajtuh kontrija b’mod imkabbar,+ u għedtu ħafna kliem kontrija.+ Jien stess smajtu.’+ 14  “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Waqt li l-​art kollha tkun qed tifraħ, lilek nagħmlek art abbandunata. 15  Bħalma fraħt int għax wirt id-​dar taʼ Israel intgħamel art abbandunata, l-​istess nagħmel minnek.+ Art abbandunata ssir, O reġjun muntanjuż tas-​Segħir, iva, Edom kollu, kollu kemm hu;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt. F’vers 9 wkoll.