Eżekjel 34:1-31

34  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Bin il-​bniedem, ipprofetizza kontra r-​rgħajja taʼ Israel. Ipprofetizza, u għid lir-​rgħajja, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Gwaj għar-​rgħajja taʼ Israel,+ li qed jitimgħu lilhom infushom!+ Ir-​rgħajja mhux lill-​merħla suppost jitimgħu?+  Intom tieklu x-​xaħam,+ u tilbsu s-​suf. Toqtlu+ l-​annimal smin.+ Imma lill-​merħla ma titimgħuhiex.  Lil dawk morda ma saħħaħtuhomx,+ u lill-​muġugħa ma fejjaqtuhiex, u lill-​miksura ma nfaxxajtuhiex, u lill-​imferrxa ma ġibtuhiex lura, u lill-​mitlufa ma pprovajtux issibuha,+ imma żammejtuhom sottomessi bil-​ħruxija, iva, b’tirannija.+  U bil-​mod il-​mod dawn xterdu għax ma kienx hemm ragħaj,+ u saru ikel għal kull bhima salvaġġa tar-​rabaʼ, u baqgħu mxerrdin.+  In-nagħaġ tiegħi baqgħu jiġġerrew fuq il-​muntanji kollha u fuq kull għolja kbira;+ u n-​nagħaġ tiegħi+ xterdu fuq wiċċ l-​art kollha, bla ma kien hemm ħadd li jfittixhom u ħadd li jipprova jsibhom.  “‘“Għalhekk, intom ir-​rgħajja, isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova,  ‘“Daqskemm jien ħaj,” hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, “żgur li talli n-​nagħaġ tiegħi saru xi ħaġa biex tinħataf bħala priża u n-​nagħaġ tiegħi baqgħu jkunu ikel għal kull bhima salvaġġa tar-​rabaʼ, għax ma kienx hemm ragħaj, u r-​rgħajja tiegħi ma fittxewlix in-​nagħaġ, imma r-​rgħajja baqgħu jitimgħu lilhom infushom,+ u ma temgħulix in-​nagħaġ,”’  għaldaqstant, intom ir-​rgħajja, isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova. 10  Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, jien kontra r-​rgħajja,+ u se nitlob lura n-​nagħaġ tiegħi minn idejhom u ma nħallihomx iktar jitimgħu n-​nagħaġ tiegħi,+ u r-​rgħajja ma jitimgħux iktar lilhom infushom;+ u neħles lin-​nagħaġ tiegħi minn ħalqhom, u ma jkunux ikel għalihom.’”+ 11  “‘Għax hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Hawn jien, jien stess, u se nfittex lin-​nagħaġ tiegħi u nieħu ħsiebhom.+    12  Bħalma dak li jitmaʼ l-​merħla tiegħu jieħu ħsiebha+ dakinhar li jsib ruħu qalb in-​nagħaġ tiegħu li jkunu tferrxu band’oħra,+ bl-​istess mod nieħu ħsieb in-​nagħaġ tiegħi; u neħlishom mill-​postijiet kollha li jkunu xterdu fihom fil-​jum taʼ sħab u dalma ħoxna.+ 13  U noħroġhom+ mill-​popli u niġborhom flimkien mill-​pajjiżi u nġibhom f’arthom+ u nitmagħhom fuq il-​muntanji taʼ Israel, ħdejn in-​nixxigħat u ħdejn il-​postijiet mgħammrin kollha fil-​pajjiż.+ 14  F’mergħa tajba nitmagħhom, u fuq il-​muntanji għoljin taʼ Israel jgħammru.+ Hemmhekk jimteddu f’post tajjeb,+ u minn mergħa abbundanti jieklu fuq il-​muntanji taʼ Israel.” 15  “‘“Jien stess se nitmaʼ n-​nagħaġ tiegħi,+ u jien stess se nara li jimteddu,”+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova. 16  “Lill-​mitlufa se nfittixha,+ u lill-​imferrxa nġibha lura, u lill-​miksura ninfaxxaha u lill-​muġugħa nsaħħaħha, imma lis-​smina+ u lill-​waħda b’saħħitha neqridhom għalkollox u nitmagħhom il-​ġudizzju.”+ 17  “‘U lilkom, nagħaġ tiegħi, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, se nagħmel ġudizzju bejn nagħġa u nagħġa, bejn l-​imtaten u l-​bdabad.+ 18  Hija daqshekk ħaġa żgħira għalikom li tieklu mill-​aqwa mergħa+ imma l-​bqija tal-​mergħat tgħaffġuhom b’saqajkom, u li tixorbu mill-​ilmijiet ċari imma dawk li jkun fadal tniġġsuhom billi tirfsuhom b’saqajkom? 19  U għandhom in-​nagħaġ tiegħi jieklu mill-​mergħa li għaffiġtu intom b’saqajkom u jixorbu mill-​ilma li niġġistu bl-​irfis taʼ saqajkom?” 20  “‘Għaldaqstant, hekk qalilhom il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Hawn jien, jien stess, u se nagħmel ġudizzju bejn nagħġa smina u nagħġa magħluba, 21  talli b’ġenbejkom u bi spallejkom qgħadtu timbottaw u bi qrunkom qgħadtu trossu l-​morda sakemm xerridtuhom barra.+ 22  U nsalva n-​nagħaġ tiegħi, u ma jibqgħux jinħatfu iktar bħala priża;+ u se nagħmel ġudizzju bejn nagħġa u nagħġa. 23  U nqajjem fuqhom ragħaj wieħed,+ u jitmagħhom, iva, il-​qaddej tiegħi David.+ Hu jitmagħhom, u hu jkun ir-​ragħaj tagħhom.+ 24  U jien stess, Ġeħova, insir Alla tagħhom,+ u l-​qaddej tiegħi David ikun kap ewlieni f’nofshom.+ Jien, Ġeħova, tkellimt. 25  “‘“U nagħmel magħhom patt taʼ paċi,+ u neqred mill-​pajjiż il-​bhima salvaġġa li tagħmel il-​ħsara,+ u jgħammru fix-​xagħri fis-​sigurtà u jorqdu fil-​foresti.+ 26  U nagħmel lilhom u l-​inħawi taʼ madwar l-​għolja tiegħi barka,+ u nniżżel ix-​xita qawwija fi żmienha. Xita qawwija taʼ barkiet ikun hemm.+ 27  U s-​siġra tar-​rabaʼ trid tagħti frottha,+ u l-​art se tagħti l-​prodott tagħha,+ u huma jkunu fis-​sigurtà f’arthom.+ U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta nkisser il-​madmad tagħhom+ u nkun ħlisthom minn id dawk li kienu qed jużawhom bħala lsiera.+ 28  U ma jinħatfux iktar bħala priża mill-​ġnus;+ u l-​bhima salvaġġa taʼ l-​art ma tiblagħhomx, u jgħammru fis-​sigurtà, u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom.+ 29  “‘“U se nipprovdilhom post għat-​taħwil li jkun magħruf,+ u ma jmutux iktar bil-​ġuħ fil-​pajjiż,+ u ma jġarrbux iktar l-​umiljazzjoni mill-​ġnus.+ 30  ‘U se jkollhom ikunu jafu li jien, Ġeħova Alla tagħhom, qiegħed magħhom+ u li huma l-​poplu tiegħi, id-​dar taʼ Israel,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.”’+ 31  “‘U intom, nagħaġ tiegħi,+ in-​nagħaġ tal-​mergħa tiegħi, intom bnedmin. Jien Alla tagħkom,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.”

Noti taʼ taħt