Eżekjel 33:1-33

33  U l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid:  “Bin il-​bniedem, kellem lil ulied il-​poplu tiegħek,+ u għidilhom, “‘Jekk jien inġib sejf+ fuq pajjiż u n-​nies taʼ dan il-​pajjiż, b’fehma waħda, jagħżlu raġel u jqegħduh għassies+ għalihom,  u dan jara s-​sejf ġej fuq il-​pajjiż u jdoqq il-​qarn u jwissi lin-​nies,+  u jkun hemm min jismaʼ l-​ħoss tal-​qarn imma ma jagħtix kas it-​twissija,+ u jiġi s-​sejf u jieħdu, demmu jkun fuq rasu stess.+  Hu jkun semaʼ l-​ħoss tal-​qarn, imma ma tax kas it-​twissija. Demmu jkun fuqu nnifsu. Kieku laqaʼ t-​twissija kien jeħles ruħu.+  “‘Issa min-​naħa taʼ l-​għassies, jekk hu jara s-​sejf ġej u ma jdoqqx il-​qarn+ u n-​nies ma jingħataw l-​ebda twissija u jiġi s-​sejf u jieħu l-​ħajja* minn fosthom, din tittieħed minħabba l-​iżball taʼ dak li jkun stess,+ imma demmu nitolbu lura minn id l-​għassies.’+  “Issa lilek, O bin il-​bniedem, għassies għamiltek għal dar Israel,+ u se tismaʼ l-​kelma minn fommi u twissihom għalija.+  Meta ngħid lil xi ħadd ħażin, ‘O ħażin, int żgur se tmut!’+ imma int fil-​fatt ma titkellimx sabiex twissi lill-​ħażin dwar triqtu,+ hu nnifsu, billi hu ħażin, imut fl-​iżball tiegħu,+ imma demmu nitolbu lura minn idejk.  Madankollu, jekk int twissi lil xi ħadd ħażin dwar triqtu sabiex idur lura minnha iżda hu fil-​fatt ma jdurx lura minn triqtu, hu jmut fl-​iżball tiegħu,+ imma int teħles lil ruħek.+ 10  “Issa int, O bin il-​bniedem, għid lil dar Israel, ‘Intom għedtu: “Jekk l-​irvellijiet u d-​dnubiet tagħna huma fuqna u aħna qed nitmermru fihom,+ mela, kif se nibqgħu ngħixu?”’+ 11  Għidilhom, ‘“Daqskemm jien ħaj,” hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, “jien mhux bil-​mewt tal-​ħażin nitgħaxxaq+ imma b’li xi ħadd ħażin idur lura+ minn triqtu u jibqaʼ jgħix.+ Duru lura, duru lura minn triqatkom il-​ħżiena,+ għax għalfejn għandkom tmutu, O dar Israel?”’+ 12  “U int, O bin il-​bniedem, għid lil ulied il-​poplu tiegħek, ‘Is-​sewwa tal-​ġust fih innifsu mhux se jeħilsu dakinhar li jirvella.+ Imma l-​ħażen tal-​ħażin mhux se jkun taʼ tfixkil għalih dakinhar li jdur lura mill-​ħażen tiegħu.+ Lanqas ma se jkun jistaʼ jibqaʼ jgħix il-​ġust minħabba s-​sewwa tiegħu dakinhar li jidneb.+ 13  Meta ngħid lill-​ġust: “Żgur se tibqaʼ tgħix,” u hu fil-​fatt jafda fis-​sewwa tiegħu u jagħmel l-​inġustizzja,+ l-​atti ġusti kollha tiegħu ma jitfakkrux, imma għall-​inġustizzja li għamel—għal din imut.+ 14  “‘U meta ngħid lill-​ħażin: “Żgur se tmut,”+ u hu fil-​fatt idur lura mid-​dnub tiegħu+ u jwettaq il-​ġustizzja u s-​sewwa,+ 15  u l-​ħażin irodd lura dak li ħa bħala rahan għad-​dejn,+ iħallas lura l-​affarijiet li ħa b’serq,+ u jimxi maʼ l-​istatuti tal-​ħajja billi ma jagħmilx l-​inġustizzja,+ hu żgur jibqaʼ jgħix.+ Ma jmutx. 16  Ebda wieħed mid-​dnubiet li dineb bihom ma se jitfakkar kontrih.+ Il-​ġustizzja u s-​sewwa huma dak li wettaq. Żgur se jibqaʼ jgħix.’+ 17  “U wlied il-​poplu tiegħek qalu, ‘It-​triq taʼ Ġeħova mhix ġusta,’+ imma hija triqithom li mhix ġusta. 18  “Meta xi ħadd ġust idur lura mis-​sewwa tiegħu u jagħmel l-​inġustizzja, hu għandu jmut minħabba dan.+ 19  U meta xi ħadd ħażin idur lura mill-​ħażen tiegħu u jwettaq il-​ġustizzja u s-​sewwa, jibqaʼ jgħix minħabba fihom.+ 20  “U intom għedtu, ‘It-​triq taʼ Ġeħova mhix ġusta.’+ Kull wieħed skond triqatu se niġġudikakom,+ O dar Israel.” 21  Fl-aħħar ġara fis-​sena tnax, fl-​għaxar xahar, fil-​ħames jum tax-​xahar taʼ l-​eżilju tagħna, li ġie għandi l-​wieħed maħrub minn Ġerusalemm,+ u qalli: “Il-​belt waqgħet!”+ 22  Issa id Ġeħova ġiet fuqi fil-​għaxija qabel ġie għandi l-​maħrub,+ u Hu fetaħli fommi qabel ma ġie dak il-​wieħed fil-​għodu, u fommi nfetaħ u ma bqajtx imbikkem iktar.+ 23  U l-​kelma taʼ Ġeħova bdiet ġejja għandi, tgħid: 24  “Bin il-​bniedem, l-​abitanti taʼ dawn il-​postijiet imħarbtin+ qed jgħidu dwar l-​art taʼ Israel, ‘Abraham kien wieħed waħdu u xorta ħa l-​art f’idejh.+ U aħna qegħdin ħafna; lilna ngħatat l-​art biex tkun tagħna.’+ 25  “Għaldaqstant għidilhom, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Intom tkomplu tieklu l-​laħam bid-​demm,+ u tibqgħu terfgħu għajnejkom lejn l-​idoli tagħkom moqżieża daqs id-​demel,+ u tkomplu xxerrdu d-​demm.+ Allura l-​art għandha tkun tagħkom?+ 26  Intom striħajtu fuq is-​sejf tagħkom.+ Għamiltu ħaġa mistkerrha,+ u kull wieħed minnkom kasbar lil mart sieħbu.+ U l-​art għandha tkun tagħkom?”’+ 27  “Dan għidilhom, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Daqskemm jien ħaj, dawk li qegħdin fil-​postijiet imħarbtin żgur se jaqgħu bis-​sejf;+ u dak li qiegħed fuq wiċċ ir-​rabaʼ nagħtih lill-​bhima salvaġġa bħala ikel;+ u dawk li qegħdin fil-​postijiet b’saħħithom u fl-​għerien+ se jmutu bil-​pesta. 28  U l-​pajjiż nagħmlu art abbandunata,+ iva, ħerba, u l-​kburija taʼ saħħtu tintemm+ u l-​muntanji taʼ Israel jiġu abbandunati,+ u ħadd ma jgħaddi minn hemmhekk. 29  U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta l-​pajjiż nagħmlu art abbandunata,+ iva, ħerba, minħabba l-​affarijiet mistkerrhin kollha li għamlu.”’+ 30  “U inkwantu għalik, O bin il-​bniedem, ulied il-​poplu tiegħek qed jitkellmu dwarek ħdejn il-​ħitan u fil-​bibien tad-​djar,+ u wieħed tkellem maʼ l-​ieħor, kull wieħed maʼ ħuh, u qal, ‘Ejjew, jekk jogħġobkom, u isimgħu x’inhi l-​kelma li ġejja mingħand Ġeħova.’+ 31  U se jidħlu għandek bħalma jagħmlu s-​soltu, u joqogħdu bil-​qiegħda quddiemek bħala l-​poplu tiegħi;+ u jisimgħu kliemek imma ma jagħmluhx,+ għax b’fommhom qed jesprimu xewqat bla rażan u qalbhom sejra wara qligħ inġust.+ 32  Għalihom int bħal għanja taʼ mħabba senswali, bħal xi ħadd li għandu leħen sabiħ u li jdoqq tajjeb strument tal-​korda.+ U kliemek jisimgħuh, imma ħadd ma jagħmlu.+ 33  U meta jseħħ—ara, se jseħħ żgur+—huma se jkollhom ikunu jafu wkoll li kien hemm profeta f’nofshom.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “ir-​ruħ.”