Eżekjel 3:1-27

3  U qalli: “Bin il-​bniedem, dak li ssib, kulu. Kul dan ir-​romblu,+ u mur u kellem lil dar Israel.”  Għalhekk, ftaħt ħalqi, u tani niekol dan ir-​romblu.+  U kompla jgħidli: “Bin il-​bniedem, lil żaqqek trid iġġegħelha tiekol, sabiex timla msarnek b’dan ir-​romblu li qed nagħtik.” U bdejt nieklu, u kien ħelu bħall-​għasel f’ħalqi.+  U kompla jgħidli: “Bin il-​bniedem, mur, idħol f’nofs dar+ Israel, u kellimhom bi kliemi.  Għax m’intix qed tintbagħat għand poplu b’lingwa li ma tinftihemx+ jew bi lsien+ tqil imma għand dar Israel,  mhux għand ħafna popli b’lingwa li ma tinftihemx jew bi lsien tqil, li kliemhom ma tifhmux meta tisimgħu.+ Kieku bgħattek għandhom, dawn kienu jisimgħuk.+  Imma taʼ dar Israel mhux se jkunu jridu jisimgħuk, għax ma jridux jisimgħu lili;+ għax dawk kollha taʼ dar Israel għandhom rashom iebsa u qalbhom iebsa.+  Ara! Għamiltlek wiċċek iebes eżatt daqs wiċċhom+ u ġbinek iebes eżatt daqs ġbinhom.+  Bħal djamant għamilthulek ġbinek, u iebes iktar miż-​żnied.+ Tibżax minnhom,+ u tħallix lil wiċċhom iwerwrek,+ għax huma dar ribelluża.”+ 10  U kompla jgħidli: “Bin il-​bniedem, il-​kliem kollu li se ngħidlek daħħlu f’qalbek+ u isimgħu b’widnejk. 11  U mur, idħol fost il-​poplu eżiljat,+ fost ulied il-​poplu tiegħek, u kellimhom u għidilhom, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova,’ sew jekk jisimgħu u sew jekk le.”+ 12  U spirtu beda jġorrni+ u bdejt nismaʼ warajja l-​ħoss taʼ kurrent qawwi:+ “Imbierka tkun il-​glorja taʼ Ġeħova minn postu.”+ 13  U nstemaʼ l-​ħoss tal-​ġwienaħ tal-​ħlejjaq ħajjin li kienu qed iħabbtu u jmissu maʼ xulxin,+ u l-​ħoss tar-​roti qrib ħdejhom,+ u l-​ħoss taʼ kurrent qawwi. 14  U l-​ispirtu ġarrni u ħadni,+ u jien mort mimli mrar u bi spirtu inkorlat, u id Ġeħova fuqi kienet b’saħħitha.+ 15  Għalhekk, dħalt fost l-​eżiljati f’Tel-abib, li kienu qed jgħammru+ ħdejn ix-​xmara Kebar,+ u bdejt ngħammar fejn kienu qed jgħammru huma; u bqajt hemmhekk sebat ijiem, issummat f’nofshom.+ 16  U ġara wara sebat ijiem li l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 17  “Bin il-​bniedem, għassies għamiltek għal dar Israel,+ u se tismaʼ kliem minn fommi u trid twissihom għalija.+ 18  Meta ngħid lil xi ħadd ħażin, ‘Żgur se tmut,’+ u int fil-​fatt ma twissihx u ma titkellimx sabiex twissi lill-​ħażin dwar triqtu l-​ħażina biex iżżommu ħaj,+ billi hu ħażin, hu jmut fl-​iżball tiegħu,+ imma demmu nitolbu lura minn idejk.+ 19  Madankollu, jekk int tkun wissejt lil xi ħadd ħażin+ u dan ma jdurx lura mill-​ħażen tiegħu u minn triqtu l-​ħażina, hu jmut għall-​iżball tiegħu;+ imma int tkun ħlist lil ruħek.+ 20  U meta xi ħadd ġust idur lura mis-​sewwa+ tiegħu u jagħmel l-​inġustizzja u jien ikolli nqiegħed tfixkil quddiemu,+ hu jmut għax int ma tkunx wissejtu. Għad-​dnub tiegħu jmut,+ u l-​atti ġusti li jkun għamel ma jitfakkrux,+ imma demmu nitolbu lura minn idejk.+ 21  Imma jekk int tkun wissejt lil xi ħadd ġust sabiex il-​ġust ma jidnibx,+ u hu fil-​fatt ma jidnibx, hu żgur jibqaʼ jgħix għax kien ġie mwissi,+ u int innifsek tkun ħlist lil ruħek.”+ 22  U id Ġeħova ġiet fuqi hemmhekk u hu qalli: “Qum, mur lejn il-​pjanura fil-​wied,+ u nkellmek hemmhekk.” 23  Għalhekk, qomt u mort lejn il-​pjanura fil-​wied, u l-​glorja taʼ Ġeħova kienet wieqfa hemmhekk,+ bħall-​glorja li kont rajt ħdejn ix-​xmara Kebar,+ u nxtħett wiċċi fl-​art.+ 24  Imbagħad daħal fija l-​ispirtu+ li qajjimni fuq saqajja,+ u hu beda jkellimni u jgħidli: “Mur ngħalaq f’darek. 25  U lilek, O bin il-​bniedem, se jqegħdulek il-​ħbula fuqek u jorbtuk bihom sabiex ma tkunx tistaʼ tmur f’nofshom.+ 26  U jien inwaħħallek ilsienek mas-​saqaf taʼ ħalqek,+ u int timmuta,+ u ma tkunx għalihom raġel li jagħti t-​twiddib,+ għax huma dar ribelluża.+ 27  U meta nkellmek niftaħlek fommok, u trid tgħidilhom,+ ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova.’ Ħa jismaʼ min irid jismaʼ,+ u min ma jridx, ma jismax, għax huma dar ribelluża.+

Noti taʼ taħt