Eżekjel 29:1-21

29  Fl-għaxar sena, fl-​għaxar xahar, fit-​tnax-il jum tax-​xahar, il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid:  “Bin il-​bniedem, dawwar wiċċek lejn il-​Fargħun, is-​sultan taʼ l-​Eġittu,+ u pprofetizza kontrih u kontra l-​Eġittu kollu.+  Tkellem, u għid, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, jien kontrik, O Fargħun, sultan taʼ l-​Eġittu,+ il-​mostru kbir tal-​baħar+ li qiegħed imxaħxaħ f’nofs il-​kanali tiegħu tan-​Nil,+ li qal, ‘Ix-​Xmara Nil hija tiegħi, u jien—jien għamiltha għalija nnifsi.’+  U jien inqegħedlek il-​ganċijiet fix-​xedaq tiegħek+ u nġiegħel lill-​ħut tal-​kanali tiegħek tan-​Nil biex jaqbad mal-​qxur taʼ ġildek. U ntellgħek mill-​kanali tiegħek tan-​Nil u l-​ħut kollu tal-​kanali tan-​Nil jaqbad mal-​qxur tiegħek.  U nabbandunak fix-​xagħri, lilek u l-​ħut kollu tal-​kanali tiegħek tan-​Nil.+ Fuq wiċċ ir-​rabaʼ taqaʼ.+ Fdalijietek ma jiġbruhomx jew jiġimgħuhom flimkien. Nagħtik lill-​bhejjem salvaġġi taʼ l-​art u lill-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet bħala ikel.+  U l-​abitanti kollha taʼ l-​Eġittu se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova,+ talli kienu bħal appoġġ, qasba għal dawk taʼ dar Israel.+  Meta qabduk b’idejhom, int tfarrakt,+ u ċarrattilhom spallithom kollha. U meta straħu fuqek, int tkissirt,+ u ġegħelt lil ġenbejhom jitriegħdu.”+  “‘Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, se nġib sejf fuqek,+ u naqtaʼ minnek il-​bniedem u l-​annimal domestiku.+  U l-​art taʼ l-​Eġittu ssir art abbandunata u mħarbta;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova, talli qal, ‘Ix-​Xmara Nil tiegħi, u jien stess għamiltha.’+ 10  Għalhekk, ara, jien kontrik u kontra l-​kanali tiegħek tan-​Nil,+ u l-​art taʼ l-​Eġittu nagħmilha mħarbta u niexfa, art abbandunata,+ minn Migdol+ sa Swene+ u sal-​fruntiera taʼ l-​Etjopja. 11  La sieq taʼ bniedem+ u lanqas sieq t’annimal domestiku ma tgħaddi minnha,+ u għal erbgħin sena ma tkunx abitata.+ 12  U nagħmel l-​art taʼ l-​Eġittu art abbandunata f’nofs il-​pajjiżi abbandunati;+ u blietha jkunu abbandunati f’nofs il-​bliet imħarbtin għal erbgħin sena;+ u lill-​Eġizzjani nferrixhom fost il-​ġnus u nxerridhom fost il-​pajjiżi.”+ 13  “‘Għax hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Wara erbgħin sena+ niġbor l-​Eġizzjani flimkien minn fost il-​popli li jkunu xterdu fihom,+ 14  u nġib lura l-​grupp t’Eġizzjani mjassrin; u nġibhom lura lejn l-​art taʼ Patros,+ lejn l-​art li ġew minnha, u hemmhekk isiru saltna baxxa. 15  Issir iktar baxxa mis-​saltniet l-​oħrajn, u ma tintrefax iktar fuq ġnus oħrajn,+ u tant inġibhom ftit fl-​għadd li l-​ġnus l-​oħrajn ma jibqgħux taħthom.+ 16  U din ma tibqax iktar il-​fiduċja taʼ dar Israel+ u tfakkar l-​iżball li għamlu meta daru warajhom.+ U se jkollhom ikunu jafu li jien il-​Mulej Sovran Ġeħova.”’” 17  Issa ġara fis-​sena sebgħa u għoxrin, fl-​ewwel xahar, fl-​ewwel jum tax-​xahar, li l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 18  “Bin il-​bniedem, Nebukadressar,+ is-​sultan taʼ Babilonja, ġiegħel il-​qawwa militari tiegħu twettaq servizz kbir kontra Tir.+ Kull ras tfartset, u kull spalla nstelħet,+ imma ma kienx hemm ħlas+ minn Tir, la għalih u lanqas għall-​qawwa militari tiegħu għas-​servizz li wettaq kontriha. 19  “Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, jien se nagħti l-​art taʼ l-​Eġittu+ lil Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, u hu jġorr l-​għana tagħha u jiħodha bħala priża kbira+ u jisraq ħafna affarijiet minnha; u tkun bħala ħlas għall-​qawwa militari tiegħu.’ 20  “‘Bħala kumpens għas-​servizz tiegħu li wettaq kontriha tajtu l-​art taʼ l-​Eġittu, għax aġixxew għalija,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova. 21  “Dakinhar inġiegħel qarn* jinbet għal dar Israel,+ u niftaħlek fommok f’nofshom;+ u huma se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.”

Noti taʼ taħt

Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.