Eżekjel 28:1-26

28  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Bin il-​bniedem, għid lill-​mexxej taʼ Tir, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “‘“Talli qalbek saret supperva,+ u tibqaʼ tgħid, ‘Jien alla.+ Poġġejt fejn ipoġġi alla,+ fil-​qalba taʼ baħar miftuħ,’+ mentri int bniedem,+ mhux alla,+ u tibqaʼ tagħmel qalbek bħal dik t’alla—  Ara, int iktar għaref minn Danjel.+ M’hemmx sigriet li ma tifhmux.+  Bl-għerf u d-​dixxerniment tiegħek ksibt għalik l-​għana u bqajt iġġib id-​deheb u l-​fidda fl-​imħażen tiegħek.+  Bl-abbundanza t’għerfek,+ bin-​negozju tiegħek,+ kattart l-​għana tiegħek,+ u qalbek bdiet tissuppervja bl-​għana tiegħek.”’+  “‘Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Talli tagħmel qalbek bħall-​qalb t’alla,+  se nġib fuqek l-​istranġieri,+ it-​tiranni tal-​ġnus,+ u huma jisiltu sjufhom kontra s-​sbuħija t’għerfek u jkasbru l-​ġmiel kbir tiegħek.+  Iniżżluk fil-​ħofra,+ u int tmut bħal xi ħadd maqtul fil-​qalba taʼ baħar miftuħ.+  Imbagħad, meta tiġi f’id dawk li jkasbruk, se tibqaʼ tgħid, ‘Jien alla,’ quddiem min joqtlok,+ meta m’intix alla imma biss bniedem?”’+ 10  “‘Bil-​mewta taʼ nies mhux ċirkonċiżi se tmut int minn id l-​istranġieri,+ għax jien tkellimt,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.” 11  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 12  “Bin il-​bniedem, għanni għanja taʼ niket dwar is-​sultan taʼ Tir,+ u għidlu, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “‘“Int is-​siġill tal-​perfezzjoni, kollok għerf+ u perfett fi sbuħitek.+ 13  Int kont fl-​Għeden,+ il-​ġnien t’Alla. Kont mgħotti b’kull ħaġra prezzjuża: rubin, topazju, u djaspru; krisolitu, oniċi,+ u ġada; żaffir, turkina,+ u żmerald; u dan il-​ħaġar prezzjuż li kont liebes kien ingastat fid-​deheb. Tħejjew dakinhar li nħloqt. 14  Int il-​kerubin midluk bi ġwinħajh mifruxin, u kont jien li ħtartek. Int kont fuq il-​muntanja qaddisa t’Alla.+ Kont timxi f’nofs il-​ġebel tan-​nar. 15  Minn dakinhar li nħloqt kont bla nuqqas fi triqatek,+ sakemm instabet l-​inġustizzja fik.+ 16  “‘“Minħabba l-​abbundanza tan-​negozju tiegħek,+ imtlejt bil-​vjolenza, u bdejt tidneb.+ U jien inkeċċik minn fuq il-​muntanja t’Alla bħala wieħed profan, u neqirdek+ minn nofs il-​ġebel tan-​nar, O kerubin bi ġwinħajh mifruxin. 17  “‘“Qalbek saret supperva minħabba sbuħitek.+ Irrovinajt għerfek minħabba l-​ġmiel kbir tiegħek.+ Maʼ l-​art nixħtek,+ u npoġġik quddiem is-​slaten, biex iħarsu lejk.+ 18  “‘“Bil-​kotra taʼ l-​iżbalji tiegħek,+ bl-​inġustizzja tan-​negozju tiegħek,+ int ipprofanajt is-​santwarji tiegħek. U noħroġ nar minn ġo fik, u jibilgħek.+ U nagħmlek irmied fuq l-​art quddiem għajnejn dawk kollha li jarawk.+ 19  U dawk kollha li jafuk fost il-​popli jistagħġbu u jiċċassaw lejk.+ Inġib fuqek gwaj għal għarrieda, u ma tibqax teżisti għal żmien indefinit.”’”+ 20  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 21  “Bin il-​bniedem, dawwar wiċċek lejn Sidon,+ u pprofetizza kontriha. 22  U għid, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, jien kontrik,+ O Sidon, u jien se niġi glorifikat f’nofsok;+ u n-​nies se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta nwettaq atti taʼ ġudizzju+ fiha u nitqaddes permezz tagħha.+ 23  U nibagħtilha l-​pesta, u d-​demm jiġri fi triqatha.+ U l-​maqtulin jaqgħu f’nofsha bis-​sejf li jiġi kontriha minn kull naħa;+ u n-​nies se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.+ 24  U qatt iżjed ma jkun hemm xewk+ li jniggeż jew xewk li jweġġaʼ kontra dar Israel mingħand dawk kollha taʼ madwarhom, dawk li qed iżebilħuhom; u n-​nies se jkollhom ikunu jafu li jien il-​Mulej Sovran Ġeħova.”’ 25  “‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Meta niġbor flimkien lil dar Israel minn fost il-​popli li xterdu fihom,+ jien nitqaddes fosthom quddiem għajnejn il-​ġnus.+ U huma jgħammru f’arthom+ li jien tajt lill-​qaddej tiegħi, lil Ġakobb.+ 26  U huma jgħammru fiha fis-​sigurtà+ u jibnu d-​djar+ u jħawlu l-​għelieqi bid-​dwieli,+ u jgħixu fis-​sigurtà+ meta nwettaq atti taʼ ġudizzju fuq dawk kollha taʼ madwarhom li jżebilħuhom;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova Alla tagħhom.”’”

Noti taʼ taħt