Eżekjel 27:1-36

27  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “U int, O bin il-​bniedem, għanni għanja taʼ niket dwar Tir,+  u għid lil Tir, “‘O int li tgħammar fid-​daħliet tal-​baħar,+ in-​negozjanta mal-​popli taʼ ħafna gżejjer,+ hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “O Tir, int għedt, ‘Sbuħiti perfetta.’+  It-territorji tiegħek huma f’nofs l-​ibħra.+ Dawk li bnewk għamlu s-​sbuħija tiegħek perfetta.+  Għamlu t-​twavel kollha tiegħek mill-​injam tal-​ġnibru li ġie mis-​Senir.*+ U mil-​Libanu ħadu siġra taċ-​ċedru+ biex jagħmlulek arblu.  Mis-siġar immensi tal-​Basan għamlulek l-​imqadef, u l-​pruwa tiegħek għamluha biċ-​ċipress ingastat bl-​avorju, mill-​gżejjer taʼ Kittim.+  Id-drapp użat għall-​qlugħ tiegħek kien għażel taʼ l-​Eġittu,+ imżewwaq b’ħafna kuluri. U l-​għata tal-​gverta tiegħek kienet magħmula minn ħajt blu+ u suf miżbugħ vjola ħamrani+ mill-​gżejjer t’Elisa.+  “‘“L-​abitanti taʼ Sidon+ u Arwad+ saru l-​qaddiefa tiegħek. In-​nies tas-​sengħa+ li kienu fik, O Tir, kienu l-​baħrin tiegħek.+  Fik kellek ukoll ix-​xjuħ taʼ Gebal+ u n-​nies tas-​sengħa tagħha sabiex isewwulek ix-​xquq.+ Il-​bastimenti kollha taʼ fuq il-​baħar u l-​baħħara tagħhom kienu jiġu għandek sabiex ipartu l-​merkanzija. 10  Persjani,+ Ludin,+ u rġiel minn Put+ kienu fil-​qawwa militari tiegħek, il-​gwerriera tiegħek. It-​tarka u l-​elmu dendluhom fik.+ Huma kienu li tawk ġmielek. 11  Ulied Arwad,+ flimkien mal-​qawwa militari tiegħek, kienu fuq is-​swar tiegħek dawramejt, u l-​irġiel taʼ ħila fit-​torrijiet tiegħek. It-​tarki tondi tagħhom dendluhom mas-​swar kollha dawramejt.+ Dawn kienu li għamlulek sbuħitek perfetta. 12  “‘“Tarsis+ kien jinnegozja miegħek minħabba l-​abbundanza taʼ kull xorta t’affarijiet taʼ valur.+ Il-​merkanzija tiegħek kienet titpartat mal-​fidda, il-​ħadid, il-​landa, u ċ-​ċomb tiegħu.+ 13  Ġawan,+ Tubal,+ u Mesek+ kienu jinnegozjaw miegħek. Il-​merkanzija tiegħek kienet titpartat mal-​ħajja tal-​bnedmin*+ u oġġetti tar-​ram aħmar. 14  Minn dar Togarma+ ġew żwiemel u żwiemel tal-​ġiri u bgħula, li ksibthom bil-​merkanzija tiegħek. 15  Ulied Dedan+ kienu jinnegozjaw miegħek; ħafna gżejjer kienu merkanti mħaddmin miegħek; u kienu jħallsuk b’għotjiet t’avorju+ u ebbanu. 16  Edom kien jinnegozja miegħek minħabba l-​abbundanza taʼ prodotti tiegħek. Il-​merkanzija tiegħek kienet titpartat mat-​turkina,+ suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal imżewwaq b’ħafna kuluri, drapp fin, qroll, u rubini. 17  “‘“Ġuda u l-​art taʼ Israel kienu jinnegozjaw miegħek. Il-​merkanzija tiegħek kienet titpartat+ mal-​qamħ+ taʼ Minnit,+ affarijiet speċjali taʼ l-​ikel, għasel,+ żejt, u balzmu.+ 18  “‘“Damasku+ kienet tinnegozja miegħek bl-​inbid+ taʼ Ħelbon u bis-​suf griż ħamrani għall-​abbundanza taʼ prodotti tiegħek, għax int kellek abbundanza taʼ kull xorta t’affarijiet taʼ valur. 19  Vedan u Ġawan minn Użal kienu jpartu l-​merkanzija tagħhom miegħek. Ħadid maħdum, kassja, u qasab+ aromatiku kienu jpartu miegħek. 20  Dedan+ kien jinnegozja miegħek drapp minsuġ użat għal mas-​sarġ. 21  L-Għarab+ u l-​kapijiet ewlenin kollha taʼ Kedar+ kienu merkanti mħaddmin miegħek. Huma kienu jinnegozjaw miegħek bil-​ħrief, bl-​imtaten, u bil-​bdabad.+ 22  In-negozjanti taʼ Xeba+ u Ragħma+ kienu jinnegozjaw miegħek; għall-​ifjen fwieħa u għal kull xorta taʼ ħaġar prezzjuż u deheb kienet tingħata+ l-​merkanzija tiegħek. 23  Ħaran+ u Kanne u Għeden,+ in-​negozjanti taʼ Xeba,+ Assur,+ u Kilmad kienu jinnegozjaw miegħek. 24  Fis-suq tiegħek kienu jinnegozjaw miegħek ħwejjeġ il-​ġmiel tagħhom, imnatar taʼ materjal blu u taʼ materjal imżewwaq b’ħafna kuluri, tapiti maħdumin b’żewġ kuluri, u ħbula mmaljati u b’saħħithom. 25  “‘“Il-​bastimenti taʼ Tarsis+ kienu l-​karavani tiegħek biex iġorrulek l-​oġġetti tiegħek għat-​tpartit, sabiex int timtela bil-​ġid u b’ħafna glorja f’nofs baħar miftuħ.+ 26  “‘“Il-​qaddiefa tiegħek ħarġuk f’ilmijiet vasti.+ Ir-​riħ mil-​lvant farrkek fil-​qalba taʼ baħar miftuħ.+ 27  L-affarijiet taʼ valur tiegħek u l-​merkanzija tiegħek,+ l-​oġġetti tiegħek għat-​tpartit,+ il-​baħħara u l-​baħrin tiegħek,+ dawk li jsewwu x-​xquq+ u dawk li jpartu l-​merkanzija tiegħek u l-​gwerriera kollha tiegħek,+ li huma fik u fil-​ġemgħa kollha tiegħek, li qegħdin f’nofsok,—f’jum il-​waqgħa tiegħek se jaqgħu fil-​qalba taʼ baħar miftuħ.+ 28  “‘“Mal-​ħoss taʼ l-​għajat tal-​baħrin tiegħek, il-​kampanja kollha se titriegħed.+ 29  U dawk kollha li jħaddmu l-​moqdief, il-​baħħara, u l-​baħrin kollha taʼ fuq il-​baħar, jinżlu mill-​bastimenti tagħhom u jibqgħu fuq l-​art.+ 30  U jsemmgħu leħinhom u jibku biki taʼ mrar għalik.+ U jitfgħu t-​trab fuq rashom,+ u jitmiegħku fl-​irmied.+ 31  U jqaxxru xagħarhom qargħa+ u jitħażżmu bl-​ilbies taʼ l-​ixkora+ u jibkuk fl-​imrar taʼ ruħhom,+ b’biki taʼ mrar. 32  U huma u jnewħu, jgħannu għanja taʼ niket u jkantaw dwarek,+ “‘“‘Min hu bħal Tir,+ bħal dik li ġiet imsikkta f’nofs taʼ baħar?+ 33  Meta l-​merkanzija tiegħek+ kienet toħroġ fuq il-​baħar miftuħ,+ kont ixxebbaʼ ħafna popli.+ Bl-​abbundanza tiegħek t’affarijiet taʼ valur u t’oġġetti għat-​tpartit imlejt bl-​għana lis-​slaten taʼ l-​art.+ 34  Issa int tfarrakt mill-​baħar miftuħ, f’ilmijiet fondi.+ U l-​oġġetti tiegħek għat-​tpartit u l-​ġemgħa kollha tiegħek+ waqgħu miegħek. 35  L-abitanti kollha tal-​gżejjer+ se jistagħġbu u jiċċassaw lejk, u s-​slaten tagħhom se jkollhom jirtogħdu bil-​biżaʼ.+ L-​uċuħ jidhru mħawdin.+ 36  U l-​merkanti fost il-​popli jsaffru bi stagħġib minħabba fik.+ Inġib fuqek gwaj għal għarrieda, u ma tibqax teżisti għal żmien indefinit.’”’”+

Noti taʼ taħt

“Il-​Muntanja Ħermon” f’Dt 3:8, 9.
Letteralment, “mar-​ruħ tal-​bnedmin.”