Eżekjel 25:1-17

25  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Bin il-​bniedem, dawwar wiċċek lejn ulied Għammon u pprofetizza kontrihom.+  U għid lil ulied Għammon, ‘Isimgħu l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova. Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Talli għedt Ħaħ! għas-​santwarju tiegħi, għax ġie profanat, u għall-​art taʼ Israel, għax ġiet abbandunata, u għal dar Ġuda, għax marru fl-​eżilju,+  għal dan, ara, jien nagħtik lin-​nies taʼ l-​Orjent biex tkun tagħhom,+ u dawn iwaqqfu fik il-​kampijiet tagħhom imdawrin bil-​ħitan u jqiegħdu fik it-​tined tagħhom. Huma jieklu frottok u jixorbu l-​ħalib tiegħek.+  U jien nagħmel lil Rabba+ mergħa għall-​iġmla u l-​art taʼ wlied Għammon post fejn tistrieħ il-​merħla;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.”’”+  “Għax hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli ċapċapt idejk+ u sabbatt saqajk u qgħadt tifraħ u żżeblaħ bil-​kbir l-​art taʼ Israel,+  hawn jien; meddejt idi fuqek,+ u se nagħtik lill-​ġnus biex jaħtfuk bħala priża; u naqtgħek mill-​popli u neqirdek mill-​pajjiżi.+ Se nġibek fix-​xejn,+ u se jkollok tkun taf li jien Ġeħova.’  “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli Mowab+ u s-​Segħir+ qalu: “Ara! Dar Ġuda hi bħall-​ġnus l-​oħrajn kollha,”+  jien qed nikxef il-​ġnub tal-​muntanji taʼ Mowab ħdejn il-​bliet, ħdejn blietu lejn il-​fruntiera tiegħu, id-​dekorazzjoni tal-​pajjiż, Bet-ġesimot,+ Bagħal-megħon,+ iva, sa Kirjatajm,+ 10  lin-nies taʼ l-​Orjent,+ flimkien maʼ wlied Għammon;+ u se nagħti lil Mowab u Għammon lil ħaddieħor, sabiex ulied Għammon ma jkunux miftakrin+ fost il-​ġnus. 11  U f’Mowab inwettaq atti taʼ ġudizzju;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’+ 12  “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli Edom aġixxa b’vendetta maʼ dar Ġuda u żbaljaw bl-​ikrah u vvendikaw ruħhom minnhom,+ 13  għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Jien immidd idi wkoll fuq Edom+ u naqtaʼ minnu l-​bniedem u l-​annimal domestiku,+ u nagħmlu ħerba minn Teman,+ iva, sa Dedan.+ Bis-​sejf jaqgħu. 14  ‘U nġib il-​vendetta tiegħi fuq Edom b’id il-​poplu tiegħi Israel;+ u f’Edom jagħmlu skond ir-​rabja tiegħi u skond il-​korla tiegħi; u Edom se jkollu jkun jaf x’inhi l-​vendetta tiegħi,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.”’ 15  “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli l-​Filistin aġixxew b’vendetta+ u komplew jivvendikaw ruħhom b’vendetta u b’żebliħ, sabiex iġibu rovina,+ minħabba għadwa li ilha minn dejjem,*+ 16  għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, qed immidd idi kontra l-​Filistin,+ u se nqaċċat lill-​Keretin+ u neqred il-​bqija tan-​nies li joqogħdu mal-​kosta tal-​baħar.+ 17  U nwettaq fihom atti kbar taʼ vendetta, b’ċanfir qalil;+ u huma se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta nġib il-​vendetta tiegħi fuqhom.”’”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “żmien indefinit.”