Eżekjel 24:1-27

24  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi fid-​disaʼ sena, fl-​għaxar xahar, fl-​għaxar jum tax-​xahar, tgħid:  “Bin il-​bniedem, ikteb l-​isem tal-​ġurnata, tal-​ġurnata taʼ llum. Is-​sultan taʼ Babilonja ntefaʼ kontra Ġerusalemm illum.+  U int lissen qawl dwar id-​dar ribelluża,+ u għid dwarhom, “‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Poġġi l-​borma l-​kbira fuq in-​nar; poġġiha, u ferraʼ l-​ilma ġo fiha.+  Iġbor il-​biċċiet+ tal-​laħam fiha, kull biċċa tajba, il-​koxxa u l-​ispalla; imlieha bl-​aħjar għadam.  Ħu l-​aħjar nagħaġ,+ u agħmel ukoll munzell ħatab f’ċirku taħtha. Għalli l-​biċċiet tal-​laħam, u sajjar l-​għadam taʼ ġo fiha.”’”+  “Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Gwaj għall-​belt tat-​tixrid taʼ demm,+ il-​borma l-​kbira mimlija sadid li ma jinqalax! Oħorġu l-​laħam biċċa biċċa;+ m’għandhiex tintefaʼ x-​xorti għalihom.+  Għax id-​demm li xerrdet qiegħed f’nofsha.+ Qegħditu fuq il-​wiċċ ileqq u għeri tal-​blat. Ma sawbitux maʼ l-​art, sabiex tgħattih bit-​trab.+  Id-demm li xerrdet jien qegħedtu fuq il-​wiċċ ileqq u għeri tal-​blat, sabiex ma jkunx mgħotti,+ u biex tqum il-​korla ħalli nagħmel vendetta.’+  “Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Gwaj għall-​belt tat-​tixrid taʼ demm!+ Tabilħaqq, jien stess se nkabbar il-​munzell.+ 10  Żid il-​ħatab. Kebbes in-​nar. Għalli l-​laħam sew. Battal il-​brodu, u ħalli l-​għadam jisħon ferm. 11  Qegħedha vojta fuq il-​ġamar tagħha sabiex issir taħraq; u r-​ram aħmar tagħha jsir jikwi, u n-​nuqqas taʼ ndafa tagħha jdub f’nofsha.+ Ħa jintemm is-​sadid tagħha.+ 12  X’taħbit! X’kedda tat! Imma l-​ħafna sadid tagħha xorta ma jridx jinqalaʼ.+ Għal ġon-​nar bis-​sadid b’kollox!’ 13  “‘Kien hemm kondotta laxka fin-​nuqqas taʼ ndafa tiegħek.+ Għalhekk kelli nnaddfek, imma int ma tnaddaftx min-​nuqqas taʼ ndafa tiegħek.+ M’intix se tindaf iżjed sakemm inserraħ il-​korla li għandi għalik.+ 14  Jien, Ġeħova, tkellimt.+ Dan se jseħħ,+ u jien se naġixxi. M’iniex se nħalli l-​affarijiet għaddejjin,+ u la se tiġini ħasra+ u lanqas jiddispjaċini.+ Skond triqatek u skond l-​għemejjel tiegħek se jiġġudikawk,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.” 15  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 16  “Bin il-​bniedem, se nagħtik daqqa+ u niħodlok il-​ħaġa sabiħa+ f’għajnejk, u m’għandekx tħabbat fuq sidrek, lanqas m’għandek tibki jew jaqbiżlek id-​dmugħ.+ 17  Tniehed bla kliem. Tagħmilx vistu għall-​mejtin.+ Orbot l-​għata fuq rasek,+ u ilbes is-​sandli f’saqajk.+ U tgħattix il-​mustaċċi,+ u tikolx ħobż mingħand in-​nies.”+ 18  U kellimt lin-​nies fil-​għodu, u marti mietet sa fil-​għaxija. Għalhekk, fil-​għodu għamilt eżatt bħalma ġejt kmandat. 19  U n-​nies qaluli: “M’intix se tgħidilna x’għandhom x’jaqsmu magħna dawn l-​affarijiet li qed tagħmel?”+ 20  Imbagħad għedtilhom: “Il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid, 21  ‘Għid lil dar Israel: “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, qed nipprofana s-​santwarju tiegħi,+ il-​kburija taʼ saħħitkom,+ il-​ħaġa sabiħa f’għajnejkom+ u l-​ħaġa li ruħkom tagħder, u wliedkom subien u bniet li intom ħallejtu warajkom—bis-​sejf se jaqgħu.+ 22  U se jkollkom tagħmlu bħalma għamilt jien. Il-​mustaċċi ma tgħattuhomx,+ u ma tiklux ħobż mingħand in-​nies.+ 23  U l-​għata tar-​ras tkun fuq raskom, u s-​sandli f’saqajkom. Ma tħabbtux fuq sidirkom u lanqas tibku,+ u jkollkom titmermru fl-​iżbalji tagħkom,+ u tokorbu bejnietkom.+ 24  U Eżekjel sar għalikom sinjal.+ Skond kulma għamel hu, hekk se tagħmlu intom. Meta dan iseħħ,+ intom se jkollkom tkunu tafu li jien il-​Mulej Sovran Ġeħova.’”’”+ 25  “U inkwantu għalik, O bin il-​bniedem, dakinhar li niħdilhom il-​fortizza, il-​ħaġa kollha ġmiel li jifirħu biha, il-​ħaġa sabiħa f’għajnejhom+ u x-​xenqa taʼ ruħhom, uliedhom subien u bniet,+ 26  dakinhar ma jiġix għandek wieħed maħrub li jsemmaʼ l-​aħbar lil widnejk?+ 27  Dakinhar fommok jinfetaħ mal-​wasla tal-​maħrub,+ u titkellem u ma tibqax mutu;+ u ssir għalihom sinjal,+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.”+

Noti taʼ taħt