Eżekjel 21:1-32

21  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Bin il-​bniedem, dawwar wiċċek lejn Ġerusalemm u lissen+ kliem lejn il-​postijiet qaddisin,+ u pprofetizza kontra l-​art taʼ Israel.+  U għid lill-​art taʼ Israel, ‘Hekk qal Ġeħova: “Ara, jien kontrik,+ u se noħroġ sejfi mill-​għant tiegħu+ u naqtaʼ minnek il-​ġust u l-​ħażin.+  Sabiex naqtaʼ minnek il-​ġust u l-​ħażin, sejfi se joħroġ mill-​għant tiegħu kontra l-​bnedmin kollha min-​nofsinhar sat-​tramuntana.+  U l-​bnedmin kollha se jkollhom ikunu jafu li jien stess, Ġeħova, ħriġt sejfi mill-​għant tiegħu.+ Ma jerġax jidħol lura.”’+  “U int, O bin il-​bniedem, tniehed b’ġenbejn jirtogħdu.+ U wkoll, tniehed bi mrar quddiem għajnejhom.+  U jrid iseħħ li jekk jgħidulek, ‘Għalfejn qed titniehed?’+ int tgħidilhom, ‘Minħabba rapport.’+ Għax ġej żgur,+ u kull qalb iddub+ u l-​idejn kollha jintelqu u kull spirtu jiddgħajjef u l-​irkopptejn kollha jqattru l-​ilma.*+ ‘Ara! Żgur ġej+ u jseħħ,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.”  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Bin il-​bniedem, ipprofetizza, u għid, ‘Hekk qal Ġeħova: “Għid, ‘Sejf, sejf!+ Ġie misnun+ u llostrat ukoll. 10  Ġie misnun biex tiġi organizzata qatla; ġie llostrat biex ikun ileqq.’”’”+ “Imma aħna m’għandniex raġun nifirħu?”+ “‘Qiegħed is-​sejf jiċħad ix-​xettru+ taʼ ibni stess,+ bħalma qed jiċħad kull siġra oħra?+ 11  “‘U jingħata biex ikun illostrat, sabiex jinżamm fl-​id u jintuża. Dan—is-​sejf—ġie misnun u llostrat, sabiex jingħata f’idejn wieħed qattiel.+ 12  “‘Għajjat u newwaħ,+ O bin il-​bniedem, għax is-​sejf ġie kontra l-​poplu tiegħi stess;+ ġie kontra l-​kapijiet ewlenin kollha taʼ Israel.+ Dawn intefgħu għas-​sejf flimkien mal-​poplu tiegħi.+ Għalhekk, agħti fuq koxxtok.+ 13  Għax is-​sejf ġie eżaminat,+ u jekk qed jiċħad ukoll lix-​xettru x’se jsir minnu dan?+ Mhux se jibqaʼ jeżisti,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova. 14  “U int, O bin il-​bniedem—ipprofetizza, u ħabbat idek maʼ l-​oħra,+ u rripeti ‘Sejf!’ tliet darbiet.+ Huwa s-​sejf li joqtol. Huwa s-​sejf li joqtol lil xi ħadd kbir, sejf li qed idur madwarhom.+ 15  Sabiex il-​qalb iddub+ u joktru l-​mirbuħin fil-​bibien kollha tal-​belt,+ jien se noqtol bis-​sejf. Ah, hu magħmul biex ileqq, illostrat għall-​qatla!+ 16  Kun sejf li jaqtaʼ,+ mur lejn il-​lemin! Ħu postok; mur lejn ix-​xellug! Lejn kulfejn iħares wiċċek! 17  U jien ukoll inħabbat idi maʼ l-​oħra,+ u nserraħ+ il-​korla tiegħi.+ Jien, Ġeħova, tkellimt.” 18  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 19  “U int, O bin il-​bniedem, agħmel żewġ toroq minfejn jidħol is-​sejf tas-​sultan taʼ Babilonja.+ It-​tnejn li huma joħorġu minn pajjiż wieħed, u agħmel sinjal li jindika d-​direzzjoni;+ agħmlu f’ras it-​triq li tagħti għall-​belt. 20  Triq waħda agħmilha biex is-​sejf jidħol kontra Rabba+ taʼ wlied Għammon, u t-​triq l-​oħra kontra Ġuda, kontra Ġerusalemm fortifikata.+ 21  Għax is-​sultan taʼ Babilonja waqaf f’salib it-​toroq, f’ras iż-​żewġ toroq, sabiex jirrikorri għat-​teħbir.+ Ħawwad il-​vleġeġ. Staqsa permezz tat-​terafim;*+ fittex fil-​fwied. 22  It-teħbir f’idu l-​leminija wera li kellhom imorru kontra Ġerusalemm, biex jitwaqqfu magni li jġarrfu l-​ħitan,+ biex jingħata l-​kmand għall-​qatla, biex tissemmaʼ l-​għajta tal-​gwerra,+ biex jitwaqqfu magni li jġarrfu bibien il-​belt, biex jinbnew rampi għall-​assedju, biex jinbena ħajt taʼ l-​assedju.+ 23  U f’għajnejn dawk li ħalfulhom+ dan kien bħal teħbir mhux veru;+ u hu qed jiftakar fl-​iżball tagħhom,+ u b’hekk jinqabdu.+ 24  “Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli ġegħeltu li l-​iżball tagħkom jitfakkar, meta nkixef il-​ksur tagħkom tal-​liġi, u b’hekk dnubietkom dehru fl-​għemejjel tagħkom kollha, iva, talli qed tiġu miftakrin+ se tinħatfu f’idejn l-​għadu.’+ 25  “U int, O kap ewlieni+ mill-​agħar taʼ Israel,+ ferut għall-​mewt, li wasallu jumu fi żmien l-​iżball taʼ l-​aħħar,+ 26  hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Neħħi t-​turbant, u inżaʼ l-​kuruna.+ L-​affarijiet ma jibqgħux l-​istess.+ Għolli dak li hu baxx,+ u baxxi dak li hu għoli.+ 27  Rovina, rovina, rovina nagħmilha.+ U din ukoll, ma tkun taʼ ħadd sakemm jiġi dak li għandu d-​dritt legali,+ u nagħtihielu.’+ 28  “U int, O bin il-​bniedem, ipprofetizza, u għid, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova dwar ulied Għammon u dwar iż-​żebliħ tagħhom.’ U għid, ‘Sejf, sejf mislut għall-​qatla, illostrat biex ileqq,+ biex jiblaʼ, 29  għax huma jaraw għalik* viżjonijiet mhux reali, għax jeħbrulek gidba,+ sabiex tiġi mitfugħa fuq il-​maqtulin, il-​ħżiena li jumhom waslilhom fi żmien l-​iżball taʼ l-​aħħar.+ 30  Daħħlu lura f’għantu. Se niġġudikak fil-​post fejn inħloqt, fil-​pajjiż minfejn ġejt.+ 31  U nferraʼ kontrik il-​kundanna tiegħi. Nonfoħ fuqek in-​nar tal-​qilla tiegħi,+ u nagħtik f’idejn irġiel li ma jirraġunawx, dawk li s-​sengħa tagħhom hi li jġibu rovina.+ 32  Int tkun ikel għan-​nar.+ Demmek jiġri f’nofs l-​art. Ħadd ma jiftakrek, għax jien, Ġeħova, tkellimt.’”+

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, għax jagħmlu taħthom bil-​biżaʼ.
Ara Ġen 31:19, in-​nota taʼ taħt.
Evidentement dan hu indirizzat lil Rabba taʼ l-​Għammonin.