Eżekjel 2:1-10

2  U qalli: “Bin il-​bniedem,*+ qum fuq saqajk ħa nkellmek.”+  U malli kellimni+ daħal fija l-​ispirtu li qajjimni fuq saqajja sabiex nismaʼ lil Dak li kien qed ikellimni.+  U kompla jgħidli: “Bin il-​bniedem, qed nibagħtek għand ulied Israel,+ għand ġnus ribellużi li rribellaw kontrija.+ Huma u missirijiethom dinbu kontrija u għadhom jagħmlu dan sa llum stess.+  Lilek qed nibagħtek għand l-​ulied li għandhom wiċċhom+ insolenti u qalbhom iebsa,+ u trid tgħidilhom, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova.’*  U huma, sew jekk jisimgħu+ u sew jekk le+—għax huma dar ribelluża+—żgur se jkunu jafu li kien hemm profeta f’nofshom.+  “U int, O bin il-​bniedem, tibżax minnhom;+ u tibżax minn kliemhom, għax huma stinati+ u jniggżuk,+ u int fost l-​iskorpjuni+ qed tgħammar. Tibżax minn kliemhom,+ u tħallix lil wiċċhom iwerwrek,+ għax huma dar ribelluża.+  U trid tgħidilhom kliemi, sew jekk jisimgħu u sew jekk le, għax huma ribellużi.+  “U int, O bin il-​bniedem, ismaʼ dak li qed ngħidlek. Issirx ribelluż bħad-​dar ribelluża.+ Iftaħ ħalqek u kul li qed nagħtik.”+  U bdejt inħares u rajt id ħierġa lejja,+ u fiha kien hemm romblu taʼ ktieb.+ 10  U firxu quddiemi, u kellu l-​kitba fuq quddiem u fuq wara;+ u fih kien hemm miktubin għanjiet taʼ niket u krib u biki.+

Noti taʼ taħt

L-ewwel mid-​93 darba li tidher l-​espressjoni “Bin il-​bniedem” f’Eżekjel.
L-espressjoni “l-​Mulej Sovran Ġeħova” tidher 217-il darba f’Eżekjel.