Eżekjel 19:1-14

19  “U int, semmaʼ għanja taʼ niket+ dwar il-​kapijiet ewlenin taʼ Israel,+  u għid, ‘Ommok x’kienet? Iljunessa fost l-​iljuni.+ Imteddet fost l-​iljuni b’saħħithom. Rabbiet il-​frieħ tagħha.  “‘U bil-​mod il-​mod rawmet wieħed mill-​frieħ tagħha.+ Dan sar iljun b’saħħtu, u beda jitgħallem kif itertaq il-​priża.+ Saħansitra belaʼ lill-​bnedmin.  U l-​ġnus komplew jisimgħu dwaru. Hu nqabad fil-​ħofra tagħhom, u tellgħuh bil-​ganċijiet lejn l-​art taʼ l-​Eġittu.+  “‘Meta rat li kienet stenniet u t-​tama tagħha sfat fix-​xejn, ħadet ieħor mill-​frieħ tagħha+ u għamlitu ljun b’saħħtu.  U beda jimxi qalb l-​iljuni. Iljun b’saħħtu sar. U bil-​mod il-​mod tgħallem kif itertaq il-​priża.+ Saħansitra belaʼ lill-​bnedmin.+  U sar midħla tat-​torrijiet mgħammrin tagħhom, u ħarbat il-​bliet tagħhom,+ u għalhekk l-​art tħalliet abbandunata u mlieha bil-​ħoss taʼ l-​għajta tiegħu.+  U l-​ġnus mill-​provinċji taʼ dawk l-​inħawi daru kontrih+ u firxu x-​xibka tagħhom fuqu.+ Inqabad fil-​ħofra tagħhom.+  Fl-aħħar qegħduh fil-​gaġġa permezz tal-​ganċijiet u ġabuh għand is-​sultan taʼ Babilonja.+ Ġabuh permezz tax-​xbieki tal-​kaċċa, sabiex leħnu ma jinstemax iżjed fuq il-​muntanji taʼ Israel.+ 10  “‘Ommok+ kienet bħal dielja f’demmek,+ imħawla ħdejn l-​ilmijiet. Kellha l-​frott u mtliet bil-​friegħi minħabba l-​abbundanza taʼ l-​ilma.+ 11  U sarulha bsaten b’saħħithom, tajbin għax-​xettri taʼ ħakkiema.+ U bil-​mod il-​mod għoliet fuq il-​friegħi, u bdiet tidher minħabba t-​tul tagħha, għax kellha ħafna friegħi u weraq.+ 12  Imma fl-​aħħar ġiet imqaċċta b’rabja qalila.+ Twaddbet maʼ l-​art, u riħ mil-​lvant nixxfilha frottha.+ Il-​bastun b’saħħtu tagħha nkiser u nixef.+ Belgħu n-​nar.+ 13  U issa mħawla fix-​xagħri,+ f’art bla ilma u għatxana.+ 14  U mill-​bastun tagħha ħareġ nar.+ Dan belaʼ r-​rimjiet tagħha, il-​frott tagħha, u ma baqgħalha ebda bastun b’saħħtu, ebda xettru għall-​ħakma.+ “‘Din hi għanja taʼ niket, u se tkun għanja taʼ niket.’”+

Noti taʼ taħt