Eżekjel 17:1-24

17  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Bin il-​bniedem, ippreżenta ħaġa moħġaġa+ u lissen qawl lil dar Israel.+  U għid, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “L-​ajkla l-​kbira,+ bi ġwienaħ kbar,+ bi truf ġwinħajha twal, mimlija rix taʼ lwien differenti, ġiet il-​Libanu+ u ħadet il-​quċċata tas-​siġra+ taċ-​ċedru.+  Qaċċtet il-​quċċata tar-​rimjiet żgħar tagħha u ġabitha fl-​art taʼ Kangħan;+ qegħditha f’belt taʼ negozjanti.  Iktar minn hekk, ħadet ftit żerriegħa mill-​pajjiż+ u żergħetha f’għalqa lesta għaż-​żrigħ. Bħal żafżafa ħdejn ilmijiet vasti,+ bħal siġra taż-​żafżaf żergħetha.  U bdiet tinbet u bil-​mod il-​mod saret dielja tħaddar u baxxa,+ li l-​friegħi tagħha kienu jduru lejha; u bil-​mod il-​mod l-​għeruq tagħha niżlu taħtha. U fl-​aħħar saret dielja u rmiet u ħarġet il-​friegħi.+  “‘“U kien hemm ajkla kbira oħra,+ li kellha ġwienaħ kbar, u truf ġwinħajha kbar;+ u din id-​dielja firxet għeruqha lejha bil-​ġuħ.+ U l-​friegħi tagħha meddithom lejha sabiex issaqqiha, lil hinn mir-​roqgħa fejn kienet imħawla fil-​ġnien.+  Kienet diġà tħawlet f’rabaʼ tajjeb,+ ħdejn ilmijiet vasti, sabiex toħroġ il-​friegħi u tagħmel il-​frott u ssir dielja maestuża.”’  “Għid, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Se tirnexxi din?+ Pjuttost mhux se jkun hemm xi ħadd li jqaċċtilha l-​għeruq+ u jħassrilha frottha? U r-​rimjiet kollha li jkunu għadhom kemm ġew imqaċċtin, ma jinxfux?+ Se tinxef. Biex tintrefaʼ minn għeruqha la se jkollha bżonn driegħ qawwi u lanqas xi kotra nies. 10  U, ara, għalkemm titħawwel mill-​ġdid, se tirnexxi? Mhux se tinxef għalkollox, bħal meta jolqotha r-​riħ mil-​lvant?+ Fir-​roqgħa fil-​ġnien fejn nibtet se tinxef.”’”+ 11  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 12  “Jekk jogħġbok, għid lid-​dar ribelluża,+ ‘Ma tafux xi jfissru dawn l-​affarijiet?’ Għid, ‘Ara! Is-​sultan taʼ Babilonja ġie Ġerusalemm u ħa lis-​sultan+ u l-​prinċpijiet tagħha u ġabhom għandu f’Babilonja.+ 13  Iktar minn hekk, ħa wieħed min-​nisel* irjali+ u għamel patt miegħu u daħħlu f’ħalfa;+ u ħa lill-​irġiel importanti tal-​pajjiż,+ 14  sabiex is-​saltna titbaxxa,+ u ma tkunx tistaʼ tintrefaʼ, u billi jħares il-​patt tiegħu tibqaʼ wieqfa.+ 15  Imma hu rribella+ kontrih billi bagħat il-​messaġġiera tiegħu l-​Eġittu, biex dan jagħtih iż-​żwiemel+ u kotra nies. Se jirnexxi? Se jaħrab dak li qed jagħmel dawn l-​affarijiet u kiser il-​patt? Se jirnexxilu jaħrab?’+ 16  “‘“Daqskemm jien ħaj,”+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, “fl-​istess post tas-​sultan li għamel sultan lil dak li stmerr il-​ħalfa tiegħu+ u li kiser il-​patt, miegħu f’nofs Babilonja jmut.+ 17  U l-​Fargħun, b’qawwa militari kbira u b’ġemgħa kotrana, ma jgħinux fil-​gwerra+ billi jwaqqaf rampa għall-​assedju u jibni ħajt taʼ l-​assedju, sabiex jeqred lil ħafna nies.*+ 18  Hu stmerr il-​ħalfa+ billi kiser il-​patt, u, ara, hu kien ħadlu b’idu+ bi ftehim u għamel dawn l-​affarijiet kollha. Mhux se jaħrab.”’+ 19  “‘Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Daqskemm jien ħaj, żgur li l-​ħalfa tiegħi li stmerr+ u l-​patt tiegħi li kiser se nitħallas tagħhom minn fuq rasu. 20  U jien nifrex ix-​xibka tiegħi fuqu, u jinqabad fix-​xibka tal-​kaċċa tiegħi;+ u nġibu Babilonja u jkolli xi ngħid miegħu hemmhekk dwar in-​nuqqas taʼ fedeltà li wera kontrija.+ 21  U dawk kollha li qed jaħarbu mill-​qtajjaʼ tiegħu, bis-​sejf jaqgħu, u dawk li jitħallew se jinxterdu maʼ kull riħ.+ U intom se jkollkom tkunu tafu li jien, Ġeħova, għedtu dan.”’+ 22  “‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Jien stess nieħu ftit mill-​quċċata għolja taċ-​ċedru u nħawwilha;+ mill-​quċċata tal-​friegħi tagħha nqaċċat waħda tarija+ u nħawwilha fl-​għoli fuq muntanja għolja.+ 23  Fuq il-​muntanja għolja taʼ Israel inħawwilha,+ u toħroġ il-​friegħi u tagħmel il-​frott+ u ssir siġra taċ-​ċedru maestuża.+ U taħtha jgħammru għasafar taʼ kull tip; f’dell il-​weraq tagħha jgħammru.+ 24  U s-​siġar kollha tar-​rabaʼ se jkollhom ikunu jafu li jien, Ġeħova,+ baxxejt is-​siġra għolja,+ għollejt is-​siġra baxxa,+ nixxift is-​siġra ħadra+ u ġegħelt lis-​siġra niexfa twarrad. Jien, Ġeħova, tkellimt u wettaqt.”’”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “żerriegħa.”
Letteralment, “erwieħ.”