Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Eżekjel 16:1-63

16  U l-kelma taʼ Ġeħova reġgħet ġiet għandi, tgħid:  “Bin il-bniedem, għarraf+ lil Ġerusalemm bl-affarijiet mistkerrhin tagħha.+  U għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova lil Ġerusalemm: “L-oriġini tiegħek u twelidek kienu mill-pajjiż tal-Kangħanin.+ Missierek kien Amurri,+ u ommok kienet Ħittija.+  U fi twelidek, dakinhar li twilidt+ ma qatgħulekx il-kurdun taʼ żokortok, u ma ħaslukx fl-ilma biex tindaf, u xejn m’għorkuk bil-melħ, u lanqas biss ġejt imgeżwra fil-faxex.  L-ebda għajn ma tħassritek biex tagħmillek xi waħda minn dawn l-affarijiet ħalli turik mogħdrija,+ imma ġejt mitfugħa f’wiċċ ir-rabaʼ għax stmerrewk sa minn jum twelidek.  “‘“U jien għaddejt minn ħdejk u rajtek tagħti b’saqajk f’demmek, u għedtlek meta kont f’demmek, ‘Ibqaʼ għix!’+ iva, għedtlek meta kont f’demmek, ‘Ibqaʼ għix!’  Kotra kbira ħafna bħall-ħaxix li jinbet fl-għalqa għamiltek sabiex tikber+ u titwal u tidħol bl-aqwa tiżjin.+ Sidrek żviluppa u ssoda, u xagħrek twallek ħafna, meta kont għadek għarwiena u mikxufa.”’  “‘U għaddejt minn ħdejk u rajtek meta kien iż-żmien tiegħek għall-espressjonijiet taʼ mħabba.+ Għalhekk, frixt djuli fuqek+ biex ngħatti l-għera tiegħek u għamiltlek ħalfa u dħalt f’patt miegħek,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘u b’hekk sirt tiegħi.+  Iktar minn hekk, ħsiltek bl-ilma+ u laħlaħtek mid-demm u dliktek biż-żejt.+ 10  U libbistek libsa rrakkmata+ u tajtek żarbun mill-ġild tal-bumerin+ u dawwartek b’għażel fin+ u għattejtek b’materjal li jiswa ħafna flus. 11  U żejjintek u poġġejtlek brazzuletti+ maʼ idejk u ġiżirana+ m’għonqok. 12  Iktar minn hekk, qegħedtlek ħolqa taʼ l-imnieħer+ fi mnifsejk u msielet maʼ widnejk+ u kuruna sabiħa fuq rasek.+ 13  U int bqajt tiżżejjen b’deheb u fidda, u ħwejġek kienu għażel fin u materjal li jiswa ħafna flus u libsa rrakkmata.+ Dqiq fin u għasel u żejt+ kont tiekol, u sbiħt fuq li sbiħt, u bil-mod il-mod sirt xierqa għal pożizzjoni rjali.’”+ 14  “‘U ħareġ ismek fost il-ġnus minħabba sbuħitek, għax kienet perfetta minħabba l-glorja tiegħi li qegħedtlek fuqek,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.” 15  “‘Imma int bdejt tafda fis-sbuħija tiegħek+ u sirt prostituta minħabba l-isem+ li kellek u għamilt atti taʼ prostituzzjoni bl-addoċċ maʼ kulmin kien għaddej;+ u sbuħitek saret tiegħu. 16  U ħadt ftit minn ħwejġek u għamilt postijiet għall-qima*+ mżewqin b’ħafna kuluri u kont tipprostitwixxi ruħek fuqhom+—affarijiet bħal dawn m’għandhomx isiru, u qatt m’għandhom ikunu. 17  U kont tieħu l-oġġetti sbieħ tiegħek mid-deheb u l-fidda tiegħi li kont tajtek+ u kont tagħmel għalik xbihat taʼ raġel+ u tipprostitwixxi ruħek magħhom.+ 18  U kont tieħu l-ilbiesi rrakkmati tiegħek u tgħattihom; u kont tqiegħed quddiemhom iż-żejt tiegħi u l-inċens tiegħi.+ 19  U l-ħobż tiegħi li kont tajtek—id-dqiq fin u ż-żejt u l-għasel li tajtek biex tiekol+—int qegħedtu quddiemhom bħala riħa pjaċevoli,+ u dan bqajt tagħmlu,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.” 20  “‘U kont tieħu lil uliedek subien u bniet li wlidtli,+ u kont tissagrifikahom lill-idoli biex jinbelgħu+—mhux biżżejjed l-atti taʼ prostituzzjoni li għamilt? 21  Kont toqtol lil uliedi,+ u billi tgħaddihom min-nar kont tagħtihom lilhom.+ 22  U int u tagħmel l-affarijiet mistkerrhin kollha tiegħek u l-atti tiegħek taʼ prostituzzjoni ma ftakartx f’jiem żgħożitek meta kont għarwiena u mikxufa, u kont qed tagħti b’saqajk f’demmek.+ 23  Għalhekk, wara dan il-ħażen kollu tiegħek (“gwaj, gwaj għalik,”+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova) 24  bnejt għalik għolja u għamilt post għoli f’kull pjazza.+ 25  F’kull ras it-triq bnejt il-post għoli tiegħek+ u bdejt tagħmel is-sbuħija tiegħek xi ħaġa mistkerrha+ u tiftaħ saqajk beraħ għal kulmin kien jgħaddi+ u tkattar l-atti tiegħek taʼ prostituzzjoni.+ 26  U pprostitwejt ruħek maʼ wlied l-Eġittu,+ il-ġirien tiegħek taʼ ġisem* imlaħħam,+ u komplejt tkattar il-prostituzzjoni tiegħek sabiex toffendini. 27  U jien se mmidd idi kontrik+ u nnaqqaslek sehmek+ u nerħik għax-xewqa+ tan-nisa li jobogħduk,+ il-bniet tal-Filistin,+ in-nisa li ġew umiljati minħabba l-kondotta laxka tiegħek.+ 28  “‘U int mort tipprostitwixxi ruħek maʼ wlied l-Assirja għax ma kontx sodisfatta,+ u komplejt tipprostitwixxi ruħek magħhom u xorta ma ssodisfajtx ruħek. 29  Għalhekk, żidt il-prostituzzjoni tiegħek fl-art taʼ Kangħan,+ u mal-Kaldin;+ u lanqas b’dan ma ssodisfajt ruħek. 30  O kemm jien inkorlat+ għalik,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘talli għamilt dawn l-affarijiet kollha, l-għemejjel taʼ mara+ prostituta bla mistħija!+ 31  Meta bnejt l-għolja tiegħek f’ras kull triq u għamilt post għoli f’kull pjazza, xorta kont differenti minn prostituta għax int tistmerr il-ħlas. 32  Il-mara miżżewġa li tagħmel adulterju tilqaʼ l-istranġieri minflok lir-raġel tagħha.+ 33  Hija drawwa li kull prostituta tingħata rigal,+ imma int—int tajt ir-rigali tiegħek lil dawk kollha li jħobbuk b’mod appassjonat,+ u toffrilhom tixħim biex jiġu għandek minn kullimkien għal atti+ taʼ prostituzzjoni miegħek. 34  U fil-każ tiegħek jiġri l-oppost tan-nisa l-oħrajn fl-atti tiegħek taʼ prostituzzjoni, u għadha ma saret l-ebda prostituzzjoni bl-istil tiegħek, iva, li tħallas int meta int stess ma tkunx tħallast, u b’hekk isir l-oppost.’ 35  “Għalhekk,  O  prostituta,+ ismaʼ l-kelma taʼ Ġeħova.+ 36  Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Minħabba li l-passjoni tiegħek issawbet+ u l-partijiet privati tiegħek+ jinkixfu fl-atti tiegħek taʼ prostituzzjoni maʼ dawk li jħobbuk b’mod appassjonat+ u maʼ l-idoli tiegħek mistkerrhin u moqżieża daqs id-demel,+ iva, bid-demm taʼ wliedek li int tajt lilhom,+ 37  minħabba dan, jien qed niġbor lil dawk kollha li ħabbewk b’mod appassjonat u li int tajthom pjaċir u lil dawk kollha li ħabbejt flimkien maʼ dawk li bgħadt, u niġborhom flimkien kontrik minn kullimkien u nikxiflek il-partijiet privati quddiemhom, u huma jarawlek il-partijiet privati kollha tiegħek.+ 38  “‘U jien niġġudikak bil-ġudizzji tan-nisa adulteri+ u n-nisa li jxerrdu d-demm,+ u nġib fuqek id-demm tal-korla u taʼ l-għira* tiegħi.+ 39  U jien nagħtik f’idejhom, u jġarrfulek l-għolja tiegħek+ u jwaqqgħu l-postijiet għoljin tiegħek,+ u jneżżgħuk minn ħwejġek+ u jiħdulek l-oġġetti sbieħ+ u jħalluk għarwiena u mikxufa. 40  U jġibu ġemgħa+ kontrik u jħaġġruk+ u joqtluk bi sjufhom.+ 41  U jaħarqulek djarek bin-nar+ u jwettqu fik atti taʼ ġudizzju quddiem għajnejn ħafna nisa;+ u ma nħallikx iktar prostituta,+ u ma tibqax tagħti iktar ħlas. 42  U nserraħ il-korla tiegħi fik,+ u l-għira tiegħi twarrab minnek;+ u noqgħod kwiet u ma nħossnix iktar offiż.’ 43  “‘Talli ma ftakartx f’jiem żgħożitek+ u ġegħeltni ninkedd b’dawn l-affarijiet kollha,+ jien ukoll, min-naħa tiegħi, se nġib triqtek fuq rasek stess,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘u ma tkomplix tieħu sehem f’kondotta laxka flimkien maʼ l-affarijiet mistkerrhin kollha li qed tagħmel. 44  “‘Ara! Kulmin juża proverbju+ kontrik se juża l-proverbju: “Bħall-omm, il-bint!”+ 45  Int bint ommok,+ waħda li tistmerr lil żewġha+ u lil uliedha. U int oħt ħutek il-bniet, li stmerrew lil żwieġhom u lil uliedhom. Ommkom kienet Ħittija,+ u missierkom kien Amurri.’”+ 46  “‘U oħtok il-kbira hi s-Samarija+ u l-bliet li jiddependu minnha,+ li tgħammar fuq ix-xellug tiegħek, u oħtok iż-żgħira, li tgħammar fuq lemintek, hi Sodoma+ u l-bliet li jiddependu minnha.+ 47  U ma mxejtx fi triqathom, jew għamilt skond l-affarijiet mistkerrhin tagħhom.+ Imma wara ftit, fi triqatek kollha aġixxejt b’mod mill-agħar iktar minnhom.+ 48  Daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘oħtok Sodoma, hi u l-bliet li jiddependu minnha, m’għamlitx bħalma għamilt int, int u l-bliet li jiddependu minnek.+ 49  Ara! Dan kien l-iżball t’oħtok Sodoma: Kburija,+ xabaʼ tal-ħobż+ u moħħ mistrieħ+ mit-tfixkil kellha hi u l-bliet li jiddependu minnha,+ u ma saħħitx id min kien qed isofri+ u id il-fqir.+ 50  U baqgħu suppervi+ u komplew jagħmlu ħaġa mistkerrha quddiemi,+ u fl-aħħar neħħejthom, kif rajt li kien xieraq.+ 51  “‘U s-Samarija+ m’għamlitx nofs id-dnubiet li għamilt int, imma int għamilt affarijiet mistkerrhin iżjed milli għamlu huma, tant li lil ħutek il-bniet għamilthom jidhru ġusti bl-affarijiet mistkerrhin kollha li għamilt.+ 52  Int ukoll se jkollok iġġorr l-umiljazzjoni tiegħek meta tkun qed taqbeż għal ħutek il-bniet. Minħabba dnubietek li bihom aġixxejt b’mod iktar mistkerrah milli għamlu huma, huma iktar ġusti minnek.+ Istħi u kun umiljata għax tagħmel lil ħutek jidhru ġusti.’ 53  “‘U jien niġbor lill-imjassrin tagħhom,+ l-imjassrin taʼ Sodoma u tal-bliet li jiddependu minnha, u l-imjassrin tas-Samarija u tal-bliet li jiddependu minnha; u niġbor ukoll lill-imjassrin tiegħek minn nofshom,+ 54  sabiex iġġorr l-umiljazzjoni tiegħek;+ u se tħossok umiljata minħabba dak kollu li għamilt, talli kont taʼ faraġ għalihom.+ 55  U ħutek, Sodoma u l-bliet li jiddependu minnha, jerġgħu għal li kienu, u s-Samarija u l-bliet li jiddependu minnha jerġgħu għal li kienu, u int stess u l-bliet li jiddependu minnek terġgħu għal li kontu.+ 56  U oħtok Sodoma ma kinitx xi ħaġa taʼ min jismaʼ dwarha minn fommok f’jum kburitek,+ 57  qabel ma nkixef il-ħażen tiegħek stess,+ bħal meta ġejt immaqdra mill-bniet tas-Sirja+ u dawk kollha taʼ madwarha, il-bniet tal-Filistin,+ dawk li żebilħuk minn kull naħa.+ 58  Il-kondotta laxka tiegħek+ u l-affarijiet mistkerrhin tiegħek, int stess trid iġġorrhom,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.” 59  “Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Se nagħmillek bħalma għamilt int,+ għax int stmerrejt il-ħalfa billi ksirt il-patt tiegħi.+ 60  U jien, jien stess, niftakar il-patt tiegħi miegħek f’jiem żgħożitek,+ u nistabbilixxi għalik patt għal żmien indefinit.*+ 61  U int żgur tiftakar triqatek+ u tħossok umiljata meta tilqaʼ lil ħutek il-bniet, dawk akbar minnek kif ukoll dawk iżgħar minnek, u nagħtihomlok bħala wliedek,+ imma mhux minħabba l-patt miegħek.’+ 62  “‘U jien, jien stess, se nistabbilixxi l-patt tiegħi miegħek;+ u int se jkollok tkun taf li jien Ġeħova, 63  sabiex tiftakar u tistħi+ u ma jkollokx għalfejn tiftaħ ħalqek+ iktar minħabba l-umiljazzjoni tiegħek, meta nagħmel tpattija+ għalik għal kulma għamilt,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Jew, “l-organu ġenitali.”
Qabbel Eżo 34:14, in-nota taʼ taħt.
Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt.