Eżekjel 15:1-8

15  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Bin il-​bniedem, is-​siġra tad-​dielja,+ jew ir-​rimja tagħha li tikber fost is-​siġar tal-​foresta, kif inhi differenti minn kull siġra oħra?  Jaqaw in-​nies jieħdu minnha xi lasta biex jaħdmu biha? Jew jagħmlu minnha xi musmar biex idendlu xi ħaġa miegħu?  Ara! Fin-​nar tintefaʼ ħalli jkollu biex jaqbad.+ Iż-​żewġt itruf tagħha jiblagħhom in-​nar, u fin-​nofs tinħaraq.+ Imbagħad tkun tajba għal xi xogħol?  Ara! Meta tkun sħiħa, ma tintużax għax-​xogħol. Mela, kemm inqas tistaʼ tintuża għax-​xogħol meta jkun belagħha n-​nar u nħarqet!”+  “Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Bħas-​siġra tad-​dielja fost is-​siġar tal-​foresti, li jien tajt lin-​nar ħalli jkollu biex jaqbad, hekk tajt l-​abitanti taʼ Ġerusalemm.+  U dawwart wiċċi kontrihom.+ Ħarġu min-​nar, imma n-​nar jiblagħhom.+ U intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova, meta ndawwar wiċċi kontrihom.’”+  “‘U l-​pajjiż nagħmlu art abbandunata,+ talli ma wrewx fedeltà,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.”

Noti taʼ taħt