Eżekjel 14:1-23

14  U xi rġiel minn fost ix-​xjuħ taʼ Israel ġew għandi u qagħdu bil-​qiegħda quddiemi.+  Imbagħad il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid:  “Bin il-​bniedem, dawn l-​irġiel daħħlu f’qalbhom l-​idoli tagħhom moqżieża daqs id-​demel, u quddiem wiċċhom qiegħdu t-​tfixkil li qed iġegħelhom jiżbaljaw.+ U jien se nħallihom b’xi mod jistaqsuni?+  Għaldaqstant kellimhom u għidilhom, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Kull wieħed minn dar Israel li jdaħħal f’qalbu l-​idoli tiegħu moqżieża daqs id-​demel+ u li jqiegħed quddiem wiċċu t-​tfixkil li jġiegħlu jiżbalja u jiġi għand il-​profeta, jien, Ġeħova, se nwieġbu dwar il-​kwistjoni skond il-​kotra taʼ l-​idoli tiegħu moqżieża daqs id-​demel,+  sabiex naqbad lil dar Israel minn qalbhom,+ għax telquni minħabba l-​idoli tagħhom moqżieża daqs id-​demel—ilkoll kemm huma.”’+  “Għaldaqstant għid lil dar Israel, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Erġgħu lura u duru mill-​idoli tagħkom moqżieża daqs id-​demel+ u dawru wiċċkom mill-​affarijiet mistkerrhin kollha tagħkom;+  għax kull raġel minn dar Israel jew mir-​residenti barranin li jgħixu bħala barranin f’Israel, li ma jibqax jimxi warajja+ u li jdaħħal f’qalbu l-​idoli tiegħu moqżieża daqs id-​demel u li jqiegħed quddiem wiċċu t-​tfixkil li jġiegħlu jiżbalja u jiġi għand il-​profeta biex jistaqsi għalih innifsu x’ngħid,+ jien, Ġeħova, jien stess inwieġbu.  U ndawwar wiċċi kontra dak ir-​raġel+ u nqiegħdu bħala sinjal+ u bħala qawl,+ u naqtgħu minn fost il-​poplu tiegħi;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.”’+  “‘U min-​naħa tal-​profeta, f’każ li jiġi mqarraq u jgħid xi ħaġa, jien stess, Ġeħova, inkun qarraqt b’dak il-​profeta;+ u mmidd idi kontrih u neqirdu għalkollox minn fost il-​poplu tiegħi Israel.+ 10  U jkollhom iġorru l-​iżball tagħhom.+ L-​iżball taʼ min jistaqsi jkun l-​istess bħall-​iżball tal-​profeta,+ 11  sabiex dawk taʼ dar Israel ma jwarrbux iżjed minn warajja+ u ma jitniġġsux iktar bil-​ksur tal-​liġi kollu tagħhom. U huma jsiru l-​poplu tiegħi u jien insir Alla tagħhom,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.”+ 12  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 13  “Bin il-​bniedem, jekk pajjiż jidneb kontrija billi jaġixxi bla fedeltà,+ jien immidd idi kontrih u nkissirlu l-​bsaten li jdendlu l-​ftajjar magħhom,+ u nibgħat fuqu l-​ġuħ+ u naqtaʼ minnu l-​bniedem u l-​annimal domestiku.”+ 14  “‘U kieku kellu jkun hemm fih dawn it-​tlett irġiel, Noè,+ Danjel,+ u Ġob,+ kienu jeħilsu biss lilhom infushom minħabba s-​sewwa tagħhom,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.”+ 15  “‘Jew kieku kelli nġiegħel lill-​bhejjem salvaġġi li jagħmlu l-​ħsara biex jgħaddu mill-​pajjiż+ u jħalluh bla tfal+ u jsir art abbandunata li ħadd ma jgħaddi minnha minħabba l-​bhejjem salvaġġi,+ 16  u jkun hemm dawn it-​tlett irġiel fih, daqskemm jien ħaj,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘dawn la jeħilsu wlied subien u lanqas bniet; ikunu huma biss li jinħelsu u l-​pajjiż isir art abbandunata.’”+ 17  “‘Jew kieku kelli nġib sejf fuq il-​pajjiż,+ u ngħid: “Ħa jgħaddi sejf mill-​pajjiż,” u naqtaʼ minnu l-​bniedem u l-​annimal domestiku,+ 18  anki kieku dawn it-​tlett irġiel kellhom ikunu hemmhekk,+ daqskemm jien ħaj,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘dawn la jeħilsu wlied subien u lanqas bniet, imma jkunu huma biss li jinħelsu.’”+ 19  “‘Jew kieku kelli nibgħat il-​pesta fuq il-​pajjiż+ u nferraʼ l-​korla tiegħi fuqu bid-​dmija,+ sabiex naqtaʼ minnu l-​bniedem u l-​annimal domestiku, 20  u li kieku Noè,+ Danjel,+ u Ġob+ kellhom ikunu hemmhekk,+ daqskemm jien ħaj,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘la jeħilsu wlied subien u lanqas bniet; kienu jeħilsu biss lilhom infushom minħabba s-​sewwa tagħhom.’”+ 21  “Għax hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Mela, hekk ukoll iseħħ meta jkun hemm l-​erbaʼ atti tiegħi taʼ ġudizzju+ li jagħmlu l-​ħsara—sejf u ġuħ u bhejjem salvaġġi li jagħmlu l-​ħsara u pesta+—li se nibgħat fuq Ġerusalemm sabiex naqtaʼ minnha l-​bniedem u l-​annimal domestiku.+ 22  Imma, ara, se jibqaʼ fiha grupp li jeħilsuha, dawk li joħorġu.+ Ulied subien u bniet, hawn huma! Ġejjin għandkom, u intom taraw triqithom u l-​għemejjel tagħhom.+ U se titfarrġu għall-​gwaj li nkun ġibt fuq Ġerusalemm, iva, dak kollu li se nkun ġibt fuqha.’” 23  “‘U se jfarrġukom meta taraw triqithom u l-​għemejjel tagħhom; u se jkollkom tkunu tafu li mhux għalxejn inkun għamilt dak kollu li se jkolli nagħmel kontriha,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.”+

Noti taʼ taħt