Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Eżekjel 13:1-23

13  U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Bin il-bniedem, ipprofetizza dwar il-profeti taʼ Israel li qed jipprofetizzaw,+ u għid lil dawk li qed jipprofetizzaw skond kif tgħidilhom qalbhom,+ ‘Isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova.+  Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Gwaj għall-profeti stupidi,+ li qed jimxu wara qalbhom+ meta ma raw xejn!+  Bħal volpijiet f’postijiet imħarbtin saru l-profeti tiegħek, O Israel.+  Intom ma titilgħux fil-fetħiet tal-ħitan, u lanqas tibnu sur tal-ġebel+ għal dar Israel, sabiex tibqgħu weqfin fil-battalja f’jum Ġeħova.”+  “Kellhom viżjonijiet taʼ dak li m’huwiex veru u teħbir giddieb,+ dawk li qed jgħidu, ‘Il-kelma taʼ Ġeħova hija,’ meta ma kienx Ġeħova li bagħathom, u stennew biex titwettqilhom kelma.+  Mhux viżjoni li m’hijiex vera rajtu, u teħbir giddieb tkellimtu, meta għedtu, ‘Il-kelma taʼ Ġeħova hija,’ meta jien ma kont għedt xejn?”’+  “‘Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “‘Talli ma tkellimtux il-verità u rajtu gidba bħala viżjoni, ara, jien kontrikom,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”  U mmidd idi kontra l-profeti li qed jaraw viżjonijiet mhux veri, u li qed jeħbru gidba.+ Mhux se jibqgħu fost il-ġemgħa intima+ tal-poplu tiegħi, u fir-reġistru taʼ dar Israel ma jinkitbux,+ u lejn l-art taʼ Israel ma jiġux;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien il-Mulej Sovran Ġeħova,+ 10  għar-raġuni, iva, għar-raġuni li huma żvijaw lill-poplu tiegħi, billi qalu, “Hemm il-paċi!” meta m’hemm l-ebda paċi,+ u hemm min qed jibni ħajt, imma għalxejn+ hemm dawk li qed jiksuh bit-tibjid.’+ 11  “Għid lil dawk li qed jiksu bit-tibjid li dan se jaqaʼ. Se tinżel xita bil-qliel, u intom, O biċċiet tas-silġ, se tinżlu, u buffura taʼ rwiefen qawwijin taqsmu.+ 12  U, ara, il-ħajt jaqaʼ. Imbagħad jintqalilkom, ‘Fejn hu l-kisi li ksejtu bih?’+ 13  “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Bil-korla tiegħi, jien inqajjem buffura taʼ rwiefen qawwijin, u bir-rabja tiegħi tinżel xita bil-qliel, u bil-korla jinżlu biċċiet tas-silġ li jeqirdu kollox.+ 14  U nġarraf il-ħajt li tkunu ksejtu bit-tibjid u nitfgħu maʼ l-art, u l-pedament tiegħu jinkixef.+ U hi taqaʼ, u intom tintemmu f’nofsha; u se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.’+ 15  “‘U ntemm il-korla tiegħi fuq il-ħajt u fuq dawk li ksewh bit-tibjid, u ngħidilkom: “Il-ħajt m’għadux iktar, u dawk li ksewh m’għadhomx iktar,+ 16  il-profeti taʼ Israel li qed jipprofetizzaw lil Ġerusalemm u li qed jaraw għaliha viżjoni taʼ paċi,+ meta m’hemm l-ebda paċi,”’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.+ 17  “U int, O bin il-bniedem, dawwar wiċċek+ lejn il-bniet tal-poplu tiegħek li qed jaqdu bħala profetessi+ skond kif tgħidilhom qalbhom,+ u pprofetizza kontrihom. 18  U għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Gwaj għan-nisa li qed iħitu flimkien strixxi għal kull minkeb u jagħmlu velijiet għar-ras taʼ persuni taʼ kull daqs sabiex jonsbu għall-erwieħ!+ Jaqaw intom in-nisa qed tonsbu għall-erwieħ tal-poplu tiegħi, u tħallu ħajjin l-erwieħ tagħkom? 19  U se tkasbruni mal-poplu tiegħi għal ponn xgħir u biċċa ħobż,+ billi tagħtu l-mewt lir-ruħ li m’għandhiex tmut+ u tħallu ħajja lir-ruħ li m’għandhiex tgħix billi tigdbu lill-poplu tiegħi, dawk li jisimgħu l-gideb?”’+ 20  “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, jien se naġixxi kontra l-istrixxi tagħkom, li bihom qed tonsbu għall-erwieħ bħallikieku kienu tjur, u jien inċarrathom minn maʼ dirgħajkom u neħles lill-erwieħ li qed tonsbu għalihom, l-erwieħ qishom tjur.+ 21  U nċarrat il-velijiet tagħkom u neħles lill-poplu tiegħi minn idejkom, u ma jibqgħux iktar f’idejkom bħal xi ħaġa li nqabdet fil-kaċċa; u se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.+ 22  Talli sewwidtu qalb il-ġust bil-gideb,+ meta jien stess ma kontx weġġajtu, u talli saħħaħtu+ idejn il-ħażin sabiex ma jerġax lura minn triqtu l-ħażina u jibqaʼ ħaj,+ 23  m’intomx se taraw iktar viżjonijiet mhux veri,+ u m’intomx se teħbru+ iktar;+ u jien neħles lill-poplu tiegħi minn idejkom,+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.’”+

Noti taʼ taħt