Eżekjel 12:1-28

12  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Bin il-​bniedem, fost dar ribelluża qed tgħammar,+ li għandhom għajnejn biex jaraw imma ma jarawx,+ li għandhom widnejn biex jisimgħu imma ma jisimgħux,+ għax huma dar ribelluża.+  U int, O bin il-​bniedem, agħmel sorra għalik bħallikieku għall-​eżilju u mur fl-​eżilju bi nhar quddiem għajnejhom, u minfejn qiegħed mur fl-​eżilju lejn post ieħor quddiem għajnejhom. Forsi jieħdu l-​messaġġ, għalkemm huma dar ribelluża.+  U bi nhar oħroġ is-​sorra tiegħek quddiem għajnejhom, bħallikieku s-​sorra għall-​eżilju, u int stess oħroġ fil-​għaxija quddiem għajnejhom bħal dawk li jinħarġu għall-​eżilju.+  “Quddiem għajnejhom, ħaffer il-​ħajt biex tgħaddi minnu, u oħroġ is-​sorra minn ġo fih.+  Quddiem għajnejhom ġorrha fuq spallejk, u oħroġha fid-​dlam. U għatti wiċċek sabiex ma tarax l-​art, għax sinjal+ għamiltek għal dar Israel.”+  U jien għamilt eżatt kif ġejt kmandat.+ Bi nhar ħriġt is-​sorra tiegħi, bħas-​sorra għall-​eżilju; u fil-​għaxija ħaffirt il-​ħajt b’idi biex ngħaddi minnu. Fid-​dlam ħriġt is-​sorra u ġarrejtha fuq spallejja, quddiem għajnejhom.  U fil-​għodu l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Bin il-​bniedem, ma qalulekx dawk taʼ dar Israel, id-​dar ribelluża,+ ‘X’int tagħmel?’ 10  Mela għidilhom, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Għall-​kap ewlieni+ hemm din id-​dikjarazzjoni kontra Ġerusalemm u d-​dar kollha taʼ Israel li jinsabu hemmhekk.”’ 11  “Għid, ‘Jien sinjal+ għalikom. Kif għamilt jien, hekk se jiġrilhom. Fl-​eżilju, fil-​jasar imorru.+ 12  U l-​kap ewlieni li jinsab fosthom, fuq l-​ispallejn iġorr is-​sorra fid-​dlam u joħroġ; iħaffru l-​ħajt sabiex joħorġuha minnu.+ Wiċċu jgħattih sabiex ma jarax l-​art b’għajnejh.’ 13  U jien nifrex ix-​xibka tiegħi fuqu, u jinqabad fix-​xibka tal-​kaċċa tiegħi;+ u nġibu Babilonja, lejn l-​art tal-​Kaldin,+ imma hu ma jarahiex; u hemmhekk imut.+ 14  U kulmin ikun madwaru biex jgħinu, u l-​qtajjaʼ militari kollha tiegħu, inxerridhom maʼ kull riħ;+ u nislet sejf għal warajhom.+ 15  U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta nxerridhom fost il-​ġnus u nferrixhom fost il-​pajjiżi.+ 16  U nħalli minnhom ftit irġiel meħlusin mis-​sejf,+ mill-​ġuħ u mill-​pesta, sabiex ikunu jistgħu jirrakkontaw fost il-​ġnus li jkunu fihom+ dwar l-​affarijiet mistkerrhin kollha tagħhom;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.” 17  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 18  “Bin il-​bniedem, ħobżok kulu bit-​tregħid; u bl-​inkwiet u bl-​ansjetà ixrob l-​ilma tiegħek.+ 19  U għid lin-​nies tal-​pajjiż, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova lill-​abitanti taʼ Ġerusalemm fl-​art taʼ Israel:+ “Bl-​ansjetà jieklu ħobżhom, u bit-​twerwir jixorbu l-​ilma tagħhom, għax l-​art tkun abbandunata u mbattla minn kollox+ minħabba l-​vjolenza taʼ dawk kollha li jgħammru fiha.+ 20  U l-​bliet abitati jitħarbtu,+ u l-​art infisha ssir abbandunata;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.”’”+ 21  U l-​kelma taʼ Ġeħova reġgħet ġiet għandi, tgħid:   22  “Bin il-​bniedem, x’inhu dan il-​qawl li għandkom fl-​art taʼ Israel,+ li jgħid, ‘Iż-​żmien qed jitwal,+ imma kull viżjoni ġiet fix-​xejn’?+ 23  Għaldaqstant għidilhom, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Se ntemm dan il-​qawl, u ma jibqgħux jgħidu iktar dan il-​proverbju f’Israel.”’+ Imma għidilhom, ‘Iż-​żmien qorob,+ u anki t-​twettiq taʼ kull viżjoni.’ 24  Għax mhux se jibqaʼ jkun hemm viżjoni bla siwi+ jew teħbir b’żewġ uċuħ fost id-​dar taʼ Israel.+ 25  ‘“Għax jien, Ġeħova, se nitkellem, u l-​kelma li ngħid se sseħħ.+ Mhux se jkun hemm iktar dewmien,+ għax fi żmienkom,+ O dar ribelluża, se ngħid kelma u nagħmilha,” hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.’” 26  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 27  “Bin il-​bniedem, ara! Dawk taʼ dar Israel qed jgħidu, ‘Il-​viżjoni li qed jara hi għal ħafna żmien ieħor, u dwar żminijiet fil-​bogħod qed jipprofetizza.’+ 28  Għaldaqstant għidilhom, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “‘Xejn minn kliemi ma se jdum iktar biex jitwettaq.+ Il-​kelma li ngħid se sseħħ,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.”’”+

Noti taʼ taħt