Eżekjel 11:1-25

11  U spirtu+ refagħni+ u ħadni lejn il-​bieb tal-​lvant tad-​dar taʼ Ġeħova li jħares lejn il-​lvant,+ u, ara, fid-​daħla tal-​bieb kien hemm ħamsa u għoxrin raġel,+ u rajt f’nofshom lil Ġagħżanija bin Għażżur u lil Pelatija bin Benaja, prinċpijiet tal-​poplu.+  Imbagħad Hu qalli: “Bin il-​bniedem, dawn huma l-​irġiel li qed ifasslu l-​ħsara u jagħtu pariri ħżiena kontra din il-​belt;+  li qed jgħidu, ‘Mhux dalwaqt jinbnew id-​djar?+ Hi l-​borma l-​kbira,+ u aħna l-​laħam.’*  “Għalhekk, ipprofetizza kontrihom. Ipprofetizza, O bin il-​bniedem.”+  Imbagħad niżel fuqi l-​ispirtu taʼ Ġeħova,+ u hu qalli: “Għid, ‘Hekk qal Ġeħova:+ “Intom għedtu sew, O dar Israel; u jien naf+ x’jiġikom f’moħħkom.  Minħabba fikom il-​maqtulin tagħkom f’din il-​belt huma ħafna, u t-​toroq tagħha mlejtuhomlha bil-​maqtulin.”’”+  “Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Il-​maqtulin tagħkom li tfajtu f’nofsha huma l-​laħam,+ u hi l-​borma l-​kbira;+ u intom tiġu maħruġin minn ġo nofsha.’”+  “‘Intom bżajtu mis-​sejf,+ u s-​sejf inġib fuqkom,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.+  ‘U jien noħroġkom minn ġo nofsha u nagħtikom f’idejn l-​istranġieri+ u nwettaq fuqkom atti taʼ ġudizzju.+ 10  Bis-sejf taqgħu.+ Nagħmel ħaqq minnkom fil-​fruntiera taʼ Israel;+ u se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.+ 11  Ma tkunx għalikom borma kbira,+ u intom ma tkunux il-​laħam taʼ ġo fiha. Fil-​fruntiera taʼ Israel nagħmel ħaqq minnkom, 12  u se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova, għax ma mxejtux mar-​regolamenti u mal-​ġudizzji tiegħi,+ imma aġixxejtu skond il-​ġudizzji tal-​ġnus taʼ madwarkom.’”+ 13  U ġara li malli spiċċajt nipprofetizza, Pelatija bin Benaja miet,+ u jien inxtħett wiċċi fl-​art u għajjatt b’leħen qawwi+ u għedt: “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova!+ Se teqridhom għalkollox lil dawk li fadal minn Israel?”+ 14  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 15  “Bin il-​bniedem, inkwantu għal ħutek,+ ħutek, l-​irġiel li jinteressahom mid-​dritt tiegħek li tixtri wirtek lura, u d-​dar kollha taʼ Israel, kollha kemm hi, huma dawk li lilhom l-​abitanti taʼ Ġerusalemm qalulhom, ‘Tbiegħdu minn Ġeħova. L-​art tagħna; lilna ngħatat biex tkun tagħna’;+ 16  għaldaqstant għid, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Għalkemm bgħatthom ’il bogħod fost il-​ġnus, u għalkemm xerridthom fost il-​pajjiżi,+ jien se nsir għalihom santwarju għal ftit żmien fost il-​pajjiżi li marru fihom.”’+ 17  “Għaldaqstant għid, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Se niġborkom mill-​popli u niġmagħkom mill-​pajjiżi li xxerridtu fihom, u nagħtikom l-​art taʼ Israel.+ 18  U huma jmorru hemmhekk u jneħħulha l-​qżiżijiet u l-​affarijiet mistkerrhin kollha tagħha.+ 19  U nagħtihom qalb waħda,+ u ndaħħal fihom spirtu ġdid;+ u nneħħi l-​qalb tal-​ġebel minn ġisimhom+ u nagħtihom qalb tal-​laħam,+ 20  sabiex jimxu maʼ l-​istatuti tiegħi u jħarsu d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi u jwettquhom;+ u huma tassew isiru l-​poplu tiegħi+ u jien insir Alla tagħhom.”’+ 21  “‘“Imma dawk li qalbhom miexja wara l-​qżiżijiet u l-​affarijiet mistkerrhin tagħhom,+ triqithom inġibha fuq rashom,” hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.’”+ 22  U l-​kerubini+ fetħu l-​ġwienaħ tagħhom, u r-​roti kienu qrib ħdejhom,+ u l-​glorja+ taʼ l-​Alla taʼ Israel kienet fuqhom, minn fuq.+ 23  U l-​glorja taʼ Ġeħova+ telgħet minn fuq nofs il-​belt u waqfet fuq il-​muntanja+ li qiegħda lejn il-​lvant tal-​belt.+ 24  U spirtu+ refagħni+ u ħadni l-​Kaldija għand il-​poplu eżiljat,+ fil-​viżjoni mill-​ispirtu t’Alla; u l-​viżjoni li kont rajt intrefgħet minn fuqi. 25  U bdejt inkellem lill-​poplu eżiljat dwar l-​affarijiet kollha li kien ġegħelni nara Ġeħova.+

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, il-​laħam protett fiha.