Eżekjel 1:1-28

1  Issa ġara fis-​sena tletin, fir-​rabaʼ xahar, fil-​ħames jum tax-​xahar, waqt li kont qalb il-​poplu eżiljat+ ħdejn ix-​xmara Kebar,+ li s-​smewwiet infetħu+ u bdejt nara viżjonijiet t’Alla.+  Fil-ħames jum tax-​xahar, jiġifieri, fil-​ħames sena taʼ l-​eżilju tas-​Sultan Ġeħojakin,+  il-kelma taʼ Ġeħova ġiet+ speċifikament għand Eżekjel+ bin Bużi l-​qassis fl-​art tal-​Kaldin+ ħdejn ix-​xmara Kebar, u id Ġeħova ġiet fuqu f’dak il-​post.+  U bdejt inħares, u rajt riefnu qawwi+ ġej mit-​tramuntana, sħaba kbira+ u nar jaqbad,+ u madwarha kien hemm id-​dija, u f’nofsu, f’nofs in-​nar,+ kien hemm xi ħaġa li tixbah il-​metall imħallat mid-​deheb u l-​fidda.  U f’nofsu kien hemm bħal erbaʼ ħlejjaq ħajjin,+ u hekk kienu jidhru: kienu jixbhu lill-​bniedem.  U kull ħliqa kellha erbaʼ wċuħ,+ u kull waħda kellha erbaʼ ġwienaħ.+  Saqajhom kienu dritti, u qiegħ saqajhom kien bħal qiegħ saqajn t’għoġol;+ u kienu jixegħlu bħar-​ram aħmar illostrat.+  U kellhom idejn taʼ bniedem taħt il-​ġwienaħ tagħhom fuq l-​erbaʼ naħat tagħhom,+ u l-​erbgħa li huma kellhom l-​uċuħ tagħhom u l-​ġwienaħ tagħhom.+  Il-ġwienaħ tagħhom kienu jmissu ġewnaħ maʼ l-​ieħor. Ma kinux iduru huma u sejrin; kull waħda kienet tmur dritt ’il quddiem.+ 10  U l-​erbgħa li huma kellhom wiċċ jixbah lil dak taʼ bniedem+ b’wiċċ taʼ ljun+ fuq il-​lemin,+ u l-​erbgħa li huma kellhom wiċċ taʼ barri+ fuq ix-​xellug;+ u l-​erbgħa li huma kellhom ukoll wiċċ t’ajkla.+ 11  Hekk kienu l-​uċuħ tagħhom. U l-​ġwienaħ+ tagħhom kienu miftuħin ’il fuq. Kull ħliqa kellha tnejn imissu maʼ xulxin, u tnejn kienu jgħattulhom ġisimhom.+ 12  U kull waħda kienet tmur dritt ’il quddiem.+ Kulfejn l-​ispirtu kien iqanqalhom imorru, huma kienu jmorru.+ Ma kinux iduru huma u sejrin.+ 13  U l-​ħlejjaq ħajjin kienu jidhru qishom ġamar tan-​nar.+ Xi ħaġa bħal torċi+ kienet qed tiċċaqlaq lura u ’l quddiem bejn il-​ħlejjaq ħajjin, u n-​nar kien jiddi, u minn ġon-​nar kien ħiereġ il-​beraq.+ 14  U l-​ħlejjaq ħajjin kienu jidhru qishom berqa+ meta kienu jmorru u jiġu lura. 15  Hekk kif bqajt inħares lejn il-​ħlejjaq ħajjin, rajt rota fl-​art ħdejn il-​ħlejjaq ħajjin,+ rota ħdejn kull ħliqa ħajja b’erbaʼ wċuħ.+ 16  U r-​roti+ bl-​għamla tagħhom kienu jidhru qishom qed jixegħlu bħall-​krisolitu;+ u l-​erbgħa li huma kienu l-​istess. U bil-​mod kif kienu maħdumin kienu jidhru bħal meta rota tkun f’nofs rota.+ 17  Meta kienu jitilqu kienu jmorru fl-​erbaʼ naħat rispettivi tagħhom.+ Ma kinux jilwu huma u sejrin.+ 18  U ċ-​ċrieki tagħhom kienu tal-​biżaʼ tant kemm kienu għoljin; u ċ-​ċrieki tagħhom kienu mimlijin għajnejn madwarhom l-​erbgħa.+ 19  U meta l-​ħlejjaq ħajjin kienu jitilqu, ir-​roti kienu jmorru magħhom, u meta l-​ħlejjaq ħajjin kienu jogħlew mill-​art, ir-​roti kienu jogħlew ukoll.+ 20  Kulfejn l-​ispirtu kien iqanqalhom imorru, huma kienu jmorru, għax l-​ispirtu kien iqanqalhom imorru hemmhekk; u r-​roti kienu jogħlew qrib maġenbhom, għax l-​ispirtu li kien fuq il-​ħlejjaq ħajjin kien fuq ir-​roti wkoll. 21  Meta kienu jitilqu, dawn kienu jmorru wkoll; u meta kienu jieqfu, dawn kienu jieqfu wkoll; u meta kienu jogħlew mill-​art, ir-​roti kienu jogħlew qrib maġenbhom, għax l-​ispirtu li kien fuq il-​ħlejjaq ħajjin kien fuq ir-​roti wkoll.+ 22  U fuq l-​irjus tal-​ħlejjaq ħajjin kien hemm qisha firxa+ tleqq bħal silġ impressjonanti, mifruxa fuq irjushom, ’il fuq minnhom.+ 23  U taħt il-​firxa l-​ġwienaħ tagħhom kienu dritti, ġewnaħ maʼ l-​ieħor. U kellhom żewġ ġwienaħ jgħattu naħa waħda u żewġ ġwienaħ jgħattu n-​naħa l-​oħra taʼ ġisimhom. 24  U smajt il-​ħoss tal-​ġwienaħ tagħhom, ħoss bħal dak taʼ ilmijiet kbar,+ bħall-​ħoss taʼ Dak li Jistaʼ Kollox, huma u sejrin, ħoss t’għagħa,+ bħall-​ħoss taʼ kamp tas-​suldati.+ Meta kienu jieqfu, kienu jniżżlu l-​ġwienaħ tagħhom. 25  U nstemaʼ leħen fuq il-​firxa taʼ fuq rashom. (Meta kienu jieqfu, kienu jniżżlu l-​ġwienaħ tagħhom.) 26  U fuq il-​firxa taʼ fuq rashom kien hemm ħaġa li kienet tidher qisha ħaġra taż-​żaffir,+ ħaġa li tixbah lil tron.+ U fuq il-​ħaġa li tixbah lil tron kien hemm xi ħadd jidher qisu bniedem,+ fl-​għoli. 27  U rajt ħaġa tixgħel bħall-​metall imħallat mid-​deheb u l-​fidda,+ li kienet tidher bħal nar magħluq dawramejt,+ minn dawk li kienu jidhru qishom ġenbejh u ’l fuq; u minn dawk li kienu jidhru qishom ġenbejh u ’l isfel rajt bħal nar, u hu kien imdawwar kollu bid-​dija. 28  U kien hemm xi ħaġa qisha l-​qawsalla+ li tfiġġ fis-​sħab f’jum taʼ xita qawwija. Hekk kienet tidher id-​dija dawramejt. Kienet tixbah il-​glorja taʼ Ġeħova.+ Meta rajt dan, inxtħett wiċċi fl-​art,+ u bdejt nismaʼ l-​leħen taʼ wieħed jitkellem.

Noti taʼ taħt