3 Ġwanni 1:1-14

 L-anzjan+ lil Gaju, il-​maħbub, li tassew inħobb.+  Maħbub,+ nitlob li f’kollox ikollok suċċess+ u tkun f’saħħtek,+ bħalma ruħek qed ikollha suċċess.+  Għax jien thennejt ferm meta ġew xi aħwa u xehdu dwar il-​verità li tħaddan, eżatt bħalma qed tkompli miexi fil-​verità.+  M’għandix raġuni akbar minn din biex irrodd ħajr, li nismaʼ li wliedi jkomplu mexjin fil-​verità.+  Maħbub, qed turi fedeltà f’kulma tagħmel għall-​aħwa,+ li huma stranġieri għalik wara kollox.+  Dawn l-​aħwa xehdu dwar imħabbtek quddiem il-​kongregazzjoni. Jekk jogħġbok, lil dawn ibgħathom fi triqithom kif inhu xieraq f’għajnejn Alla.+  Għax kien minħabba ismu li marru, u ma ħadu xejn+ mingħand in-​nies tal-​ġnus.  Għalhekk, aħna għandna l-​obbligu li nilqgħu lil nies bħal dawn bl-​ospitalità,+ biex insiru ħaddiema sħabhom fil-​verità.+  Ktibt xi ħaġa lill-​kongregazzjoni, imma Dijotrefe, li jħobb ikollu l-​pożizzjoni ewlenija+ fosthom, ma jilqaʼ xejn+ mingħandna bir-​rispett.+ 10  Huwa għalhekk li, jekk niġi, infakkar l-​għemil tiegħu li qed ikompli jwettaq+ u l-​kliem mill-​agħar li qed ipaċpaċ fuqna.+ Ukoll, peress li mhux kuntent b’dan, lanqas lill-​aħwa+ ma jilqaʼ bir-​rispett, u lil dawk li jkunu jridu jilqgħuhom,+ jipprova jfixkilhom+ u jkeċċihom+ mill-​kongregazzjoni. 11  Maħbub, timitax dak li hu ħażin, imma dak li hu tajjeb.+ Min jagħmel it-​tajjeb joriġina minn Alla.+ Min jagħmel il-​ħażen ma rahx lil Alla.+ 12  Demetriju ngħata xiehda minnhom ilkoll+ u mill-​verità nfisha. Fil-​fatt, aħna wkoll qed nixhdu,+ u int taf li x-​xiehda li nagħtu hi minnha.+ 13  Kelli ħafna x’niktiblek, iżda ma nixtieqx inkompli niktiblek bil-​linka u l-​pinna.+ 14  Imma qed nittama li ma ndumx ma narak, u nitkellmu wiċċ imbwiċċ.+ Jalla jkollok il-​paċi.+ Il-ħbieb jibagħtu jsellu għalik.+ Sellili+ għall-​ħbieb b’isimhom.

Noti taʼ taħt