2 Timotju 4:1-22

4  Nordnalek solennement quddiem Alla u Kristu Ġesù, li għandu jiġġudika+ l-​ħajjin u l-​mejtin,+ u bil-​manifestazzjoni+ u s-​saltna tiegħu,+  ippriedka l-​kelma+ u agħmel dan b’urġenza fi żmien favorevoli+ u fi żmien taʼ inkwiet,+ widdeb,+ ċanfar, ħeġġeġ, bil-​paċenzja kollha+ u bl-​arti tat-​tagħlim.  Għax ikun hemm perijodu taʼ żmien meta ma jittollerawx it-​tagħlim mimli saħħa,+ imma, fi qbil max-​xewqat tagħhom, jiġbru għalliema madwarhom biex jgħarrxulhom widnejhom;+  u jbiegħdu widnejhom mill-​verità, u jduru lejn stejjer foloz.+  Iżda int ibqaʼ f’sensik f’kollox,+ sofri l-​ħażen,+ agħmel ix-​xogħol taʼ evanġelizzatur,+ wettaq bis-​sħiħ il-​ministeru tiegħek.+  Għax diġà qed niġi mferraʼ bħal offerta tax-​xorb,+ u l-​waqt biex ninħeles+ qorob ħafna.  Jien iġġilidt il-​ġlieda t-​tajba,+ ġrejt il-​korsa sat-​tmiem,+ osservajt il-​fidi.+  Minn issa ’l quddiem hemm merfugħa għalija l-​kuruna tal-​ġustizzja,+ li l-​Mulej, l-​imħallef ġust,+ jagħtini bħala rigal+ f’dak il-​jum,+ iżda mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu ħabbew il-​manifestazzjoni tiegħu.  Agħmel l-​almu tiegħek biex tiġi ħdejja malajr.+ 10  Għax Dema+ telaqni peress li ħabb din is-​sistema,+ u mar Tessalonika; Kreske mar il-​Galazja+ u Titu mar id-​Dalmazja. 11  Luqa biss qiegħed miegħi. Ħu lil Marku u ġibu miegħek, għax hu utli+ għalija biex jaqdini. 12  Lil Tikiku+ bgħattu Efesu. 13  Meta tiġi, ġibli l-​mantar li ħallejt fi Troas+ maʼ Karpu, u r-​rombli, speċjalment il-​parċmini. 14  Alessandru+ li jaħdem ir-​ram aħmar kemm-il darba għamilli l-​ħsara—Ġeħova jħallsu taʼ l-​għemejjel tiegħu+ 15  u int ukoll oqgħod attent minnu, għax hu rreżista kliemna għall-​aħħar. 16  Fl-ewwel difiża tiegħi ħadd ma ġie ħdejja, imma kollha abbandunawni+—jalla ma jintalabx kont minnhom taʼ dan+ 17  imma l-​Mulej qagħad ħdejja+ u mlieni bil-​qawwa,+ biex permezz tiegħi l-​ippridkar jitwettaq bis-​sħiħ u l-​ġnus kollha jisimgħuh;+ u jien inħlist minn ħalq l-​iljun.+ 18  Il-Mulej jeħlisni minn kull għemil ħażin+ u jsalvani għas-​saltna tiegħu tas-​sema.+ Lilu tkun il-​glorja għal dejjem taʼ dejjem. Amen. 19  Sellili għal Priska*+ u għal Akwila u għal dawk taʼ dar Onesiforu.+ 20  Erastu+ baqaʼ Korintu,+ imma lil Trofimu+ ħallejtu marid Miletu.+ 21  Agħmel l-​almu tiegħek biex tasal qabel ix-​xitwa. Ewbolu jibgħat iselli għalik, u anki Pudens u Linu u Klawdja u l-​aħwa kollha. 22  Il-Mulej ikun maʼ l-​ispirtu li turi.+ Il-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu tkun magħkom.

Noti taʼ taħt

Jew, “Prixilla.”