2 Timotju 3:1-17

3  Imma kun af dan, li fl-​aħħar jiem+ ikun hawn żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.+  Għax in-​nies ikunu jħobbu lilhom infushom, iħobbu l-​flus, minfuħin bihom infushom, suppervi, midgħija, diżubbidjenti lejn il-​ġenituri,+ ingrati, żleali,+  mingħajr imħabba naturali,+ ma jkunux iridu jiftiehmu,+ kalunnjaturi,*+ mingħajr rażna, feroċi,+ mingħajr imħabba għat-​tajjeb,+  tradituri,+ rashom iebsa, imkabbrin,+ iħobbu l-​pjaċiri minflok ma jħobbu lil Alla,+  ikollhom għamla taʼ devozzjoni lejn Alla+ imma ma jurux bil-​fatti l-​qawwa tagħha;+ nies bħal dawn aħrabhom.+  Għax fost dawn ikun hemm xi wħud li b’makakkerija jindiehsu fid-​djar+ u jieħdu bħala lsiera tagħhom lil nisa dgħajfin mgħobbijin bid-​dnubiet, imqanqlin minn diversi xewqat,+  dejjem jitgħallmu iżda qatt ma jistgħu jaslu għal għarfien eżatt dwar il-​verità.+  Issa kif Ġanne u Ġambre+ rreżistew lil Mosè, bl-​istess mod dawn ukoll jibqgħu jirreżistu l-​verità,+ nies li għandhom moħħhom korrott+ għalkollox u li huma diżapprovati milli jkunu segwaċi tal-​fidi.+  Minkejja dan, m’huma se jaslu mkien, għax il-​ġenn tagħhom ikun jidher ċar ħafna għal kulħadd, bħalma deher il-​ġenn taʼ dawk iż-​żewġt irġiel.+ 10  Imma int segwejt mill-​qrib it-​tagħlim tiegħi, il-​kondotta tiegħi,+ l-​iskop tiegħi, il-​fidi tiegħi, il-​paċenzja kollha tiegħi, l-​imħabba tiegħi, is-​sabar tiegħi, 11  il-persekuzzjonijiet tiegħi, is-​sofferenzi tiegħi, ix-​xorta t’affarijiet li ġrawli f’Antjokja,+ f’Ikonju,+ u f’Listra,+ ix-​xorta taʼ persekuzzjonijiet li għaddejt minnhom; iżda l-​Mulej ħelisni minnhom kollha.+ 12  Fil-fatt, kulmin jixtieq jgħix bid-​devozzjoni lejn Alla fi sħubija maʼ Kristu Ġesù jkun persegwitat ukoll.+ 13  Imma n-​nies mill-​agħar u l-​impusturi jibqgħu sejrin mill-​ħażin għall-​agħar, iqarrqu u jitqarrqu.+ 14  Madankollu, int kompli f’dak li tgħallimt u li emmint għax sirt konvint li hu minnu,+ billi taf mingħand min tgħallimtu.+ 15  Għax minn mindu kont tarbija+ ilek taf il-​kitba qaddisa, li tistaʼ tagħmlek għaref għas-​salvazzjoni+ permezz tal-​fidi fi Kristu Ġesù.+ 16  L-Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla+ u tiswa biex tgħallem,+ twiddeb,+ tikkoreġi,+ tiddixxiplina+ fis-​sewwa, 17  sabiex il-​bniedem t’Alla jkun kapaċi għalkollox,+ armat bis-​sħiħ għal kull għemil tajjeb.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “xjaten.”