2 Timotju 2:1-26

2  Għalhekk, int, ibni,+ ibqaʼ ikseb il-​qawwa+ permezz tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ li tiġi milli tkun f’unjoni maʼ Kristu Ġesù;  u dak li smajt mingħandi u li ssaħħaħ minn ħafna xhieda+ għaddih lil nies leali li, mill-​banda l-​oħra, ikunu kwalifikati biżżejjed biex jgħallmu lil oħrajn.+  Bħala suldat tajjeb+ taʼ Kristu Ġesù aċċetta li ssofri l-​ħażen int ukoll.+  Ebda raġel li jaqdi bħala suldat+ ma jinvolvi ruħu fin-​negozju tal-​ħajja ċivili,+ sabiex jikseb l-​approvazzjoni taʼ min ingaġġah bħala suldat.  Iktar minn hekk, anki jekk xi ħadd jitqabad fil-​logħob,+ ma jiġix inkurunat jekk ma jkunx tqabad skond ir-​regoli.  Il-bidwi li jaħdem iebes għandu jkun l-​ewwel wieħed li jieħu mill-​frott.+  Aħseb kontinwament f’dak li qed ngħid; il-​Mulej tassew jagħtik id-​dixxerniment+ f’kollox.  Ftakar li Ġesù Kristu kien imqajjem mill-​imwiet+ u kien minn nisel David,+ skond l-​aħbar tajba li nippriedka;+  li minħabba fiha qed insofri l-​ħażen tant li ġejt marbut fil-​ħabs+ bħala raġel ħażin. Minkejja dan, il-​kelma t’Alla m’hijiex marbuta.+ 10  Għalhekk, nibqaʼ nissaporti kollox minħabba l-​magħżulin,+ sabiex huma wkoll jiksbu s-​salvazzjoni li hi fi Kristu Ġesù flimkien mal-​glorja taʼ dejjem.+ 11  Minnu hu dak li ntqal:+ Ċertament li jekk mitna flimkien, se ngħixu wkoll flimkien;+ 12  jekk nibqgħu nissaportu, se nsaltnu wkoll flimkien;+ jekk niċħdu,+ hu se jiċħadna wkoll; 13  jekk ma nurux fedeltà, hu jibqaʼ juri fedeltà,+ għax ma jistax jiċħad lilu nnifsu. 14  Ibqaʼ fakkarhom+ dawn l-​affarijiet u bħala xhud+ ordnalhom+ quddiem Alla biex ma jiġġildux dwar kliem,+ ħaġa li ma tiswa għal xejn għax tħawwad lil dawk li jisimgħu. 15  Agħmel l-​almu tiegħek biex tidher quddiem Alla bħala bniedem approvat,+ ħaddiem+ li m’għandux minn xiex jistħi,+ billi timmaniġġa sew il-​kelma tal-​verità.+ 16  Imma aħrab minn diskors vojt li jipprofana dak li hu qaddis;+ għax huma se jkomplu jagħmlu iktar u iktar dak li hu kontra r-​rieda t’Alla,+ 17  u kelmithom se tinxtered bħall-​kankru.+ Fost dawn hemm Imeni u Filetu.+ 18  Dawn l-​irġiel tbiegħdu mill-​verità,+ għax jgħidu li l-​irxoxt diġà seħħ;+ u qed jaqilbu l-​fidi taʼ xi wħud.+ 19  Madankollu, il-​pedament sod t’Alla jibqaʼ wieqaf,+ għax għandu dan il-​kliem bħala siġill: “Ġeħova jafhom lil dawk li huma tiegħu,”+ u: “Kulmin isejjaħ isem Ġeħova,+ ħa jwarrab l-​inġustizzja.”+ 20  Issa f’dar kbira ma jkunx hemm biss reċipjenti tad-​deheb u l-​fidda imma wkoll taʼ l-​injam u l-​fuħħar, u xi wħud għal skop onorabbli imma oħrajn għal skop mhux onorabbli.+ 21  Għalhekk, jekk xi ħadd iżomm ’il bogħod minn dawn taʼ l-​aħħar, ikun reċipjent għal skop onorabbli, imqaddes, utli għal sidu, imħejji għal kull għemil tajjeb.+ 22  Għaldaqstant aħrab mix-​xewqat li jistaʼ jkollok fiż-​żgħożija,+ imma iġri wara s-​sewwa,+ il-​fidi, l-​imħabba, il-​paċi,+ flimkien maʼ dawk li b’qalb nadifa jsejħu lill-​Mulej.+ 23  Iktar minn hekk, warrab kwistjonijiet bla sens u stupidi,+ għax taf li dawn iġibu l-​ġlied.+ 24  Ilsir tal-​Mulej m’għandux għalfejn jiġġieled,+ imma għandu jkun ġentili* maʼ kulħadd,+ kwalifikat biex jgħallem,+ iżomm ruħu mrażżan quddiem il-​ħażen,+ 25  jistruwixxi bil-​ħlewwa lil dawk li ma jurux attitudni favorevoli;+ għax forsi lil dawn Alla jagħtihom indiema+ li twassalhom għal għarfien eżatt dwar il-​verità,+ 26  u jerġgħu jiġu f’sensihom u joħorġu min-​nassa+ tax-​Xitan, peress li kien qabadhom+ biex jagħmlu r-​rieda tiegħu.

Noti taʼ taħt

Jew, “juża t-​tattika.”