2 Timotju 1:1-18

1  Pawlu, appostlu taʼ Kristu Ġesù bir-​rieda t’Alla+ skond il-​wegħda tal-​ħajja+ li hi fi Kristu Ġesù,+  lil Timotju, iben maħbub:+ Qalb tajba mhix mistħoqqa, ħniena, u paċi mingħand Alla l-​Missier u Kristu Ġesù, il-​Mulej tagħna.+  Jien grat lejn Alla, li lilu qed nagħti servizz sagru+ bħalma għamlu missirijieti+ u dan qed nagħmlu b’kuxjenza nadifa,+ li niftakar fik bla heda meta nitlob bil-​ħerqa,+ lejl u nhar  nixxennaq biex narak,+ meta niftakar fid-​dmugħ tiegħek, biex nimtela bil-​ferħ.  Għax inġib quddiem għajnejja l-​fidi+ li għandek mingħajr ebda ipokrisija,+ u li l-​ewwel kienet f’nanntek Lojs u f’ommok Ewniċe, u li jien fiduċjuż li qiegħda fik ukoll.  Minħabba f’hekk infakkrek biex tkebbes bħan-​nar+ l-​għotja+ t’Alla li qiegħda fik permezz tat-​tqegħid taʼ idejja fuqek.+  Għax Alla ma taniex spirtu beżżiegħ,+ imma spirtu taʼ qawwa+ u taʼ mħabba u taʼ moħħ f’loku.+  Għalhekk, tistħix minħabba x-​xiehda dwar il-​Mulej tagħna,+ lanqas minħabba fija priġunier għalih,+ imma aċċetta li ssofri+ l-​ħażen int ukoll għall-​aħbar tajba permezz tal-​qawwa t’Alla.+  Hu salvana+ u sejħilna b’sejħa qaddisa,+ mhux minħabba l-​għemejjel tagħna,+ imma minħabba l-​iskop u l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu. Din intweritilna fi Kristu Ġesù minn żmien twil ilu,+ 10  imma issa ntgħamlet tidher ċar bil-​manifestazzjoni+ tas-​Salvatur tagħna, Kristu Ġesù, li ġab il-​mewt fix-​xejn+ u tefaʼ dawl+ fuq il-​ħajja+ u n-​nuqqas taʼ taħsir+ permezz taʼ l-​aħbar tajba,+ 11  li għaliha nħtart predikatur u appostlu u għalliem.+ 12  Minħabba f’hekk ukoll qed insofri+ dan, imma ma nistħix.+ Għax naf f’min emmint, u jien fiduċjuż li hu kapaċi jgħasses+ dak li fdajtlu f’idejh sa dak il-​jum.+ 13  Ibqaʼ żomm il-​mudell taʼ kliem mimli saħħa+ li smajt mingħandi bil-​fidi u l-​imħabba li huma fi Kristu Ġesù.+ 14  Dan it-​teżor li ġejt fdat+ bih għassu permezz taʼ l-​ispirtu qaddis li qed jgħammar fina.+ 15  Kif taf int, dawk kollha fid-​distrett taʼ l-​Asja+ telquni,+ fosthom Figelu u Ermoġene. 16  Jalla l-​Mulej iħenn għad-​dar t’Onesiforu,+ għax hu spiss ġabli serħan,+ u ma staħax minħabba l-​ktajjen tiegħi.+ 17  Għall-kuntrarju, meta inzerta Ruma, fittixni bir-​reqqa sakemm sabni.+ 18  Jalla l-​Mulej jagħtih li jsib ħniena+ mingħand Ġeħova f’dak il-​jum.+ U int taf tajjeb b’dak kollu li għamel biex jaqdi f’Efesu.

Noti taʼ taħt