2 Tessalonikin 3:1-18

3  Fl-aħħarnett, aħwa, komplu itolbu għalina,+ biex il-​kelma taʼ Ġeħova+ tibqaʼ tixtered bil-​ħeffa+ u tkun glorifikata bħalma fil-​fatt hi fostkom;  u biex ninħelsu minn bnedmin mill-​agħar li jagħmlu l-​ħsara,+ għax mhux kulħadd għandu l-​fidi.+  Imma l-​Mulej hu leali, u jissodakom u jħariskom mill-​Ħażin.+  Iktar minn hekk, għandna fiduċja+ fikom fil-​Mulej, li qed tagħmlu u se tibqgħu tagħmlu dak li nordnawlkom.+  Jalla l-​Mulej ikompli jidderieġi lil qlubkom b’suċċess fl-​imħabba+ t’Alla u fis-​sabar+ li għandkom bżonn biex taqdu lill-​Kristu.  Issa qed nordnawlkom,+ aħwa, f’isem il-​Mulej Ġesù Kristu, biex twarrbu+ minn kull ħu li hu miexi bid-​diżordni+ u mhux skond it-​tradizzjoni li rċivejtu mingħandna.+  Għax intom stess tafu kif għandkom timitawna,+ għax ma ġibniex ruħna bid-​diżordni fostkom+  lanqas ma kilna b’xejn mingħand ħadd.+ Għall-​kuntrarju, bit-​taħbit u t-​tbatija+ lejl u nhar ħdimna biex ma nkunu taʼ piż finanzjarju għal ħadd minnkom.+  Mhux għax m’għandniex awtorità,+ imma sabiex noffrulkom lilna nfusna bħala eżempju biex timitawna.+ 10  Fil-fatt, ukoll, meta konna magħkom, konna nordnawlkom dan:+ “Min ma jridx jaħdem, ma jikolx.”+ 11  Għax qed nisimgħu li xi wħud qed jimxu bid-​diżordni+ fostkom; m’humiex jaħdmu imma jindaħlu fejn ma jesagħhomx.+ 12  Lil nies bħal dawn nordnawlhom u nwissuhom fil-​Mulej Ġesù Kristu biex jaħdmu bil-​kwiet u jieklu l-​ikel li jkunu ħadmu għalih huma stess.+ 13  Min-naħa tagħkom, aħwa, tiqfux tagħmlu dak li hu sewwa.+ 14  Imma jekk xi ħadd ma jobdix dak li qed ngħidulkom+ b’din l-​ittra, lil dan żommuh immarkat+ u tibqgħux tissieħbu miegħu,+ biex jistħi.+ 15  Iżda tqisuhx bħala għadu, imma komplu widdbuh+ bħala ħu. 16  Issa jalla l-​Mulej tal-​paċi nnifsu jagħtikom il-​paċi l-​ħin kollu b’kull mod.+ Il-​Mulej ikun magħkom ilkoll. 17  Din hi t-​tislija tiegħi, taʼ Pawlu, minn idi stess,+ li hi sinjal f’kull ittra; hekk nikteb jien. 18  Il-qalb tajba mhix mistħoqqa+ tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu tkun magħkom ilkoll.

Noti taʼ taħt