2 Tessalonikin 2:1-17

2  Madankollu, aħwa, dwar il-​preżenza+ tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu u l-​ġbir tagħna flimkien miegħu,+ nitolbukom  biex ma titilfux malajr ir-​raġuni tagħkom, lanqas għandkom teċċitaw ruħkom b’xi espressjoni mnebbħa+ jew b’xi messaġġ bil-​fomm,+ jew b’xi ittra+ li tkun qisha ġejja mingħandna, bħallikieku l-​jum+ taʼ Ġeħova qiegħed hawn.  Tħallu lil ħadd iqarraq bikom b’xi mod, għax ma jiġix jekk l-​ewwel ma tiġix l-​apostasija+ u jiġi rivelat+ il-​bniedem bla liġi,+ bin il-​qerda.+  Hu jiħodha kontra+ u jitgħolla fuq kulmin jissejjaħ “alla” jew fuq kull oġġett taʼ qima, u b’hekk ipoġġi bil-​qiegħda fit-​tempju taʼ L-​Alla, waqt li juri lilu nnifsu pubblikament li hu alla.+  Ma tiftakrux li, waqt li kont għadni magħkom, kont ngħidhulkom+ dan?  U għalhekk issa tafu x’inhu+ li qed iżommu lura,+ sabiex jiġi rivelat meta jasal waqtu.+  Veru, il-​misteru taʼ din is-​sitwazzjoni bla liġi diġà qed jaħdem,+ imma jibqaʼ misteru biss sakemm dak li bħalissa qed iżommu lura jiġi mneħħi min-​nofs.+  Imbagħad, tabilħaqq, jiġi rivelat il-​bniedem bla liġi li l-​Mulej Ġesù jwarrbu bl-​ispirtu taʼ fommu+ u jġibu fix-​xejn bil-​manifestazzjoni+ tal-​preżenza tiegħu.+  Imma l-​preżenza tal-​bniedem bla liġi hi skond il-​ħidma+ taʼ Satana b’kull għemil setgħan u b’sinjali giddibin u għeġubijiet+ 10  u b’kull qerq inġust+ għal dawk li qed jinqerdu,+ bi tpattija talli m’aċċettawx l-​imħabba+ għall-​verità biex jiġu salvati.+ 11  Huwa għalhekk li Alla jħalli l-​iżball jaħdem fuqhom, sabiex jaslu li jemmnu l-​gidba,+ 12  u lkoll jiġu ġudikati għax m’emmnux il-​verità+ imma ħadu gost bl-​inġustizzja.+ 13  Madankollu, aħna obbligati li dejjem irroddu ħajr lil Alla għalikom, aħwa maħbubin minn Ġeħova, għax Alla għażilkom+ mill-​bidu għas-​salvazzjoni billi qaddiskom+ bl-​ispirtu+ u bil-​fidi tagħkom fil-​verità.+ 14  Għal dan l-​għan sejħilkom permezz taʼ l-​aħbar tajba li nxandru,+ biex tiksbu l-​glorja tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu.+ 15  Mela, allura, aħwa, żommu sod+ u ibqgħu fit-​tradizzjonijiet+ li kontu mgħallmin b’xi messaġġ bil-​fomm jew b’xi ittra mingħandna. 16  Iktar minn hekk, jalla l-​Mulej tagħna Ġesù Kristu nnifsu u Alla Missierna, li ħabbewna+ u b’qalb tajba mhix mistħoqqa tawna faraġ dejjiemi u tama sabiħa,+ 17  ifarrġu lil qlubkom u jissodawkom f’kull għemil u kelma tajba.+

Noti taʼ taħt