Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

2 Tessalonikin 1:1-12

1  Pawlu u Silvanu* u Timotju+ lill-kongregazzjoni tat-Tessalonikin f’unjoni m’Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu:  Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom mingħand Alla l-Missier u l-Mulej Ġesù Kristu.+  Aħna obbligati li dejjem irroddu ħajr lil Alla għalikom,+ aħwa, għax hekk jixraq, peress li l-fidi tagħkom qed tikber+ bil-bosta u l-imħabba taʼ kull wieħed minnkom qed tiżdied lejn l-ieħor.+  Għaldaqstant, aħna kburin+ bikom fost il-kongregazzjonijiet t’Alla minħabba s-sabar u l-fidi tagħkom fil-persekuzzjonijiet kollha tagħkom u t-tribulazzjonijiet li qed tissaportu.+  Dan hu prova tal-ġudizzju ġust t’Alla,+ li jwassal biex titqiesu denji tas-saltna t’Alla,+ li għaliha tassew qed tbatu.+  Dan hu fi qbil mal-fatt li hu ġust min-naħa t’Alla li jpatti bi tribulazzjoni lil dawk li jaqilgħulkom it-tribulazzjoni,+  imma lilkom li ssofru t-tribulazzjoni, serħan flimkien magħna fir-rivelazzjoni+ tal-Mulej Ġesù mis-sema maʼ l-anġli setgħanin tiegħu+  f’nar iħeġġeġ, hekk kif iġib vendetta+ fuq dawk li ma jafux lil Alla+ u dawk li ma jobdux+ l-aħbar tajba dwar il-Mulej tagħna Ġesù.+  Dawn l-istess nies jieħdu l-kastig ġudizzjarju+ taʼ qerda għal dejjem+ ’il bogħod minn quddiem il-Mulej u mill-glorja tas-saħħa tiegħu,+ 10  meta jiġi biex ikun glorifikat mal-qaddisin tiegħu+ u biex f’dak il-jum jitqies b’ammirazzjoni fost dawk kollha li eżerċitaw fidi, għax ix-xiehda li tajna ntlaqgħet b’fidi fostkom. 11  Tabilħaqq, għal dan l-għan dejjem nitolbu għalikom biex Alla tagħna jqiskom denji tas-sejħa tiegħu+ u jwettaq bis-sħiħ u bil-qawwa kulma jogħġbu f’dik li hi tjubija u fl-għemil tal-fidi tagħkom; 12  sabiex isem il-Mulej tagħna Ġesù jiġi glorifikat fikom,+ u intom f’unjoni+ miegħu, fi qbil mal-qalb tajba mhix mistħoqqa+ t’Alla tagħna u tal-Mulej Ġesù Kristu.

Noti taʼ taħt

Jew, “Sila.”