2 Slaten 9:1-37

9  U l-​profeta Eliżew sejjaħ lil wieħed minn ulied+ il-​profeti u qallu: “Xammar il-​libsa*+ u ħu dan il-​flixkun+ żejt f’idek u mur Ramot-gilegħad.+  Meta tasal hemmhekk, mur ara lil Ġeħu,+ bin Ġeħosafat, bin Nimsi; u idħol u qajmu minn fost ħutu u ħudu fil-​kamra taʼ ġewwanett.+  U ħu l-​flixkun taż-​żejt u sawbu fuq rasu+ u għid, ‘Hekk qal Ġeħova: “Qed nidilkek+ bħala sultan+ fuq Israel.”’ U iftaħ il-​bieb u aħrab u toqgħodx tistenna.”  U l-​qaddej, il-​qaddej tal-​profeta, telaq għal Ramot-gilegħad.  Meta wasal, il-​kapijiet tal-​qawwa militari kienu bil-​qiegħda. U hu qal: “Għandi kelma għalik,+ O kap.” U Ġeħu qal: “Għal min minna lkoll?” U qallu: “Għalik, O kap.”  Għalhekk, qam u daħal id-​dar; u sawwablu ż-​żejt fuq rasu u qallu: “Hekk qal Ġeħova l-​Alla taʼ Israel, ‘Qed nidilkek bħala sultan+ fuq il-​poplu taʼ Ġeħova,+ jiġifieri, fuq Israel.  U trid taħbat għal dar Aħab sidek, u jien nitħallas+ għad-​demm tal-​qaddejja tiegħi l-​profeti u d-​demm kollu tal-​qaddejja taʼ Ġeħova minn id Ġeżabel.+  U d-​dar kollha t’Aħab tgħib; u jien neqred minn dar Aħab+ lill-​irġiel u s-​subien kollha,+ sa l-​iktar wieħed baxx+ f’Israel.  U nagħmel lil dar Aħab bħal dar Ġerobogħam+ bin Nebat u bħal dar Bagħsa+ bin Aħija. 10  U lil Ġeżabel jikluha l-​klieb+ fil-​medda art f’Ġeżragħel, u ma jkun hemm ħadd biex jidfinha.’” B’dan il-​kliem, fetaħ il-​bieb u ħarab.+ 11  U Ġeħu ħareġ ħdejn il-​qaddejja taʼ sidu, u dawn bdew jgħidulu: “Kollox sew?+ Dan il-​miġnun+ għala ġie għalik?” Imma hu qalilhom: “Tafu kif inhu dan ir-​raġel u kif jitkellem.” 12  Imma qalulu: “Mhux veru! Għidilna l-​verità, jekk jogħġbok.” Imbagħad qalilhom: “Hekk u hekk kellimni u qalli, ‘Hekk qal Ġeħova: “Qed nidilkek bħala sultan fuq Israel.”’”+ 13  Għal dan, ilkoll kemm huma malajr malajr qabdu ħwejjiġhom+ u qegħduhom taħtu fuq it-​taraġ għeri, u bdew idoqqu l-​qarn+ u jgħidu: “Ġeħu sar sultan!”+ 14  U Ġeħu,+ bin Ġeħosafat, bin Nimsi+ kkonfoffa+ kontra Ġeħoram. U Ġeħoram kien qiegħed għassa f’Ramot-gilegħad,+ hu u Israel kollu, minħabba Ħażagħel+ is-​sultan tas-​Sirja. 15  Iktar tard is-​Sultan Ġeħoram+ mar lura Ġeżragħel+ biex ifiq mill-​feriti li għamlulu s-​Sirjani meta ġġieled kontra Ħażagħel is-​sultan tas-​Sirja.+ Issa Ġeħu qal: “Jekk taqblu,+ tħallu lil ħadd jaħrab mill-​belt biex imur u jwassal l-​aħbar f’Ġeżragħel.” 16  U Ġeħu rikeb u mar Ġeżragħel; u Ġeħoram kien mimdud hemmhekk, u Aħażija+ s-​sultan taʼ Ġuda kien niżel jara lil Ġeħoram. 17  U l-​għassies+ kien fuq it-​torri+ f’Ġeżragħel,+ u ra l-​irġiel taʼ Ġeħu ġejjin ilebbtu miegħu ġemgħa sħiħa, u minnufih qal: “Qed nara ġemgħa sħiħa taʼ rġiel.” U Ġeħoram qal: “Ħu suldat tal-​kavallerija u ibagħtu jiltaqaʼ magħhom, u għidlu jistaqsi, ‘Paċi hemm?’”+ 18  Għaldaqstant, rikkieb fuq żiemel mar jiltaqaʼ miegħu u qallu: “Hekk qal is-​sultan, ‘Paċi hemm?’” Imma Ġeħu qal: “X’għandek x’taqsam mal-​‘paċi’?+ Ejja warajja!” U l-​għassies+ irrapporta u qal: “Il-​messaġġier wasal sa ħdejhom, imma ma ġiex lura.” 19  Għalhekk, bagħat it-​tieni rikkieb fuq żiemel, li meta wasal ħdejhom qal: “Hekk qal is-​sultan, ‘Paċi hemm?’” Imma Ġeħu qal: “X’għandek x’taqsam mal-​‘paċi’?+ Ejja warajja!” 20  U l-​għassies irrapporta u qal: “Wasal sa ħdejhom, imma ma ġiex lura; u s-​sewqan hu bħas-​sewqan taʼ Ġeħu+ li nannuh huwa Nimsi,+ għax isuq bħal miġnun.”+ 21  U Ġeħoram qal: “Arma l-​karru!”+ Għalhekk, ramalu l-​karru tal-​gwerra u Ġeħoram is-​sultan taʼ Israel u Aħażija+ s-​sultan taʼ Ġuda ħarġu, kull wieħed fuq il-​karru tiegħu tal-​gwerra. Waqt li kienu sejrin jiltaqgħu maʼ Ġeħu, sabuh fil-​medda art taʼ Nabot+ il-​Ġeżragħeli. 22  U ġara li malli Ġeħoram ra lil Ġeħu, hu mill-​ewwel qal: “Paċi hemm, Ġeħu?” Imma hu qal: “X’paċi+ jistaʼ jkun hemm sakemm jibqgħu ż-​żína t’ommok Ġeżabel+ u l-​ħafna sħarijiet tagħha?”+ 23  Minnufih Ġeħoram dawwar il-​karru biex jaħrab u qal lil Aħażija: “Dan ingann,+ Aħażija!” 24  U Ġeħu qabad qaws f’idu+ u spara għal Ġeħoram bejn dirgħajh, u l-​vleġġa ħarġet minn qalbu, u waqaʼ fil-​karru tiegħu tal-​gwerra.+ 25  Imbagħad qal lil Bidkar l-​ajjutant tiegħu:+ “Erfgħu; itfgħu fl-​għalqa taʼ Nabot il-​Ġeżragħeli;+ għax ftakar li jien u int konna qed insuqu karru b’żewġ żwiemel kull wieħed wara Aħab missieru, u Ġeħova nnifsu ddikjara+ dan kontrih: 26  ‘“Id-​demm+ taʼ Nabot u d-​demm taʼ wliedu+ rajtu l-​bieraħ,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u se nħallsek+ f’din il-​medda art,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.’ Għalhekk issa, erfgħu u itfgħu fil-​medda art skond il-​kelma taʼ Ġeħova.”+ 27  U Aħażija+ s-​sultan taʼ Ġuda ra dan u ħarab mit-​triq ħdejn id-​dar tal-​ġnien.+ (Iktar tard Ġeħu mar warajh u qal: “Lilu wkoll! Aħbtu għalih!” U ħabtu għalih waqt li kien tielaʼ bil-​karru lejn Gur ħdejn Iblegħam.+ U kompla jaħrab lejn Megiddo+ u miet hemmhekk.+ 28  Imbagħad il-​qaddejja tiegħu ġarrewh f’karru lejn Ġerusalemm, u difnuh hemmhekk fil-​qabar tiegħu maʼ missirijietu fil-​Belt taʼ David.+ 29  U kien fis-​sena ħdax taʼ Ġeħoram+ bin Aħab li Aħażija+ kien sar sultan fuq Ġuda.) 30  Fl-aħħar, Ġeħu wasal Ġeżragħel,+ u Ġeżabel+ semgħet b’dan. U żebgħet+ għajnejha b’żebgħa sewda u għamlet xagħarha sabiħ+ u marret tħares ’l isfel mit-​tieqa.+ 31  U Ġeħu daħal mill-​bieb. U hi qalet: “Ħabatlu tajjeb lil Żimri+ meta qatel lil sidu?” 32  Għal dan għolla wiċċu lejn it-​tieqa u qal: “Min hu miegħi? Min?”+ Immedjatament, tnejn jew tlieta mill-​uffiċjali tal-​palazz+ ħarsu ’l isfel lejh. 33  Għalhekk, qal: “Itfgħuha għal isfel!”+ U tefgħuha, u ftit minn demmha tar fuq il-​ħajt u fuq iż-​żwiemel; u hu baqaʼ għaddej+ minn fuqha. 34  Imbagħad daħal u kiel u xorob u qal: “Jekk jogħġobkom, ħudu ħsieb din il-​misħuta+ u idfnuha, għax hi bint sultan.”+ 35  Imma meta marru biex jidfnuha, ma sabu xejn minnha ħlief l-​għadam taʼ rasha u s-​saqajn u l-​pali taʼ idejha.+ 36  Meta reġgħu lura u qalulu b’dan, hu qalilhom: “Hija l-​kelma taʼ Ġeħova li qal permezz+ tal-​qaddej tiegħu Elija t-​Tisbi, meta qal, ‘Fil-​medda art f’Ġeżragħel il-​klieb se jieklu l-​laħam taʼ Ġeżabel.+ 37  U l-​ġisem mejjet taʼ Ġeżabel se jsir bħad-​demel+ f’wiċċ l-​għalqa fil-​medda art f’Ġeżragħel, sabiex ma jgħidux: “Din hi Ġeżabel.”’”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “Ħażżem ġenbejk.”