2 Slaten 4:1-44

4  Issa kien hemm waħda mara min-​nisa taʼ wlied+ il-​profeti li għajtet lil Eliżew u qaltlu: “Il-​qaddej tiegħek, ir-​raġel tiegħi, miet; u int taf li l-​qaddej tiegħek dejjem beżaʼ+ minn Ġeħova, u dak li għandna d-​dejn+ miegħu ġie biex jieħu liż-​żewġt itfal tiegħi bħala lsiera tiegħu.”  Għal dan, Eliżew qalilha: “X’nistaʼ nagħmillek?+ Għidli; x’għandek id-​dar?” Qaltlu: “Il-​qaddejja tiegħek m’għandha xejn id-​dar ħlief ġarra biż-​żennuna li fiha ż-​żejt.”+  Imbagħad qalilha: “Mur barra għand il-​ġirien tiegħek kollha u itlobhom jagħtuk reċipjenti vojta; u ġġibx ftit.  Imbagħad mur u agħlaq il-​bieb warajk u wara wliedek, u ferraʼ ż-​żejt f’dawn ir-​reċipjenti kollha, u l-​mimlijin warrabhom għalihom.”  U telqet minn ħdejh. Meta għalqet il-​bieb warajha u wara wliedha, huma bdew iġibulha r-​reċipjenti ħdejha u hi qagħdet tferraʼ ż-​żejt.+  U malli r-​reċipjenti mtlew qalet lil binha: “Ġibli reċipjent ieħor.”+ Imma qalilha: “Ma baqax iżjed.” Imbagħad iż-​żejt waqaf.+  Għalhekk, marret u qalet lill-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru, u hu qalilha: “Mur, bigħ iż-​żejt u ħallas id-​djun tiegħek,+ u int u wliedek għandu jkollkom biżżejjed biex tgħixu b’dak li jibqaʼ.”+  U ġara darba waħda li Eliżew kien għaddej minn Sunem,+ fejn kienet toqgħod mara prominenti, u din ġegħlitu+ jiekol biċċa ħobż għandha. U kulmeta kien ikun għaddej minn hemmhekk, kien jgħaddi s’għandha biex jiekol.  U wara xi żmien, qalet lil żewġha:+ “Issa, ara, jien naf li r-​raġel li dejjem jgħaddi minn ħdejna huwa bniedem qaddis t’Alla.+ 10  Jekk jogħġbok, ejja ntellgħu għorfa żgħira+ fuq il-​bejt u nqegħdulu sodda, mejda, siġġu, u gandlier;+ u kulmeta jiġi għandna jkun jistaʼ jidħol jistrieħ hemmhekk.”+ 11  U darba waħda ġara li bħas-​soltu għadda s’hemm u daħal jistrieħ fl-​għorfa u mtedd hemmhekk. 12  U qal lil Geħażi+ l-​qaddej tiegħu: “Sejjaħ lil din is-​Sunamija.”+ U sejħilha biex tiġi quddiemu. 13  U qallu: “Jekk jogħġbok għidilha, ‘Ara, int qgħadt titħabat daqshekk għalina;+ issa aħna x’nistgħu nagħmlulek?+ Hemm xi ħaġa li nistgħu ngħidu lis-​sultan+ jew lill-​kap+ taʼ l-​armata għalik?’” U hi qalet: “Jien fost il-​poplu tiegħi qed ngħammar.”+ 14  U qal: “Mela, x’nistgħu nagħmlulha?” U Geħażi qal: “Naf fiċ-​ċert li m’għandhiex iben,+ u r-​raġel tagħha għandu ż-​żmien.” 15  Minnufih qallu: “Sejħilha.” U sejħilha, u baqgħet barra ħdejn id-​daħla. 16  U qalilha: “Is-​sena d-​dieħla f’dan iż-​żmien stabbilit int se tkun qed tħaddan iben.”+ Imma hi qalet: “Le, sidi, O bniedem taʼ l-​Alla l-​veru! Toqgħodx tigdeb dwar il-​qaddejja tiegħek.” 17  Madankollu, il-​mara ħarġet tqila u wildet iben+ f’dak iż-​żmien stabbilit is-​sena taʼ wara, eżatt kif kien qalilha Eliżew.+ 18  U t-​tifel baqaʼ jikber, u darba minnhom ħareġ bħas-​soltu jiltaqaʼ maʼ missieru li kien mal-​ħassada.+ 19  U lil missieru baqaʼ jgħidlu: “Rasi, ajma rasi!”+ Fl-​aħħar, hu qal lill-​qaddej: “Erfgħu u ħudu għand ommu.”+ 20  Għalhekk, refgħu u ġabu għand ommu. U baqaʼ bil-​qiegħda f’ħoġorha sa nofsinhar, u miet.+ 21  Imbagħad telgħet fuq, medditu fuq is-​sodda+ tal-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru,+ u għalqitlu l-​bieb u ħarġet. 22  U sejħet lir-​raġel tagħha u qaltlu: “Ibgħatli wieħed mill-​qaddejja u ħmara, jekk jogħġbok, ħalli mmur b’ġirja s’għand il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru u nerġaʼ lura.”+ 23  Imma hu qalilha: “Għala sejra għandu llum? M’huwiex qamar ġdid,+ u lanqas xi Sabat.”* Madankollu, hi qaltlu: “Toqgħodx tinkwieta; kollox sew.” 24  Għalhekk, xeddet is-​sarġ lill-​ħmara+ u qalet lill-​qaddej tagħha: “Suq u imxi. Tiqafx issuq minħabba fija sakemm ma nkunx għedtlek jien.” 25  U marret u waslet għand il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru fuq il-​Muntanja Karmel. U ġara li, malli l-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru raha mill-​bogħod, hu fil-​pront qal lil Geħażi l-​qaddej tiegħu:+ “Ara! Dik is-​Sunamija hemmhekk. 26  Iġri ltaqaʼ magħha, jekk jogħġbok, u għidilha, ‘Kollox sew? Żewġek tajjeb? Ibnek tajjeb?’” Meta qalilha dan, hi qaltlu: “Kollox sew.” 27  Hekk kif waslet ħdejn il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru fuq il-​muntanja, hi qabditlu saqajh.+ Malli ra dan, Geħażi resaq lejha biex iwarrabha,+ imma l-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru+ qallu: “Ħalliha,+ għax ruħha mimlija mrar;+ u Ġeħova ħbieh+ minni u ma qallix.” 28  U qalet: “Jaqaw jien tlabt permezz taʼ sidi biex ikolli iben? M’għedtlekx jien, ‘Tħallinix nittama għalxejn’?”+ 29  Minnufih qal lil Geħażi:+ “Xammar il-​libsa*+ u ħu l-​bastun tiegħi+ f’idek u mur. Jekk tiltaqaʼ maʼ xi ħadd, issellimlux;+ u jekk xi ħadd isellimlek, twiġbux. U qiegħed il-​bastun tiegħi fuq wiċċ it-​tifel.”+ 30  Għal dan, omm it-​tifel qalet: “Daqskemm Ġeħova hu ħaj+ u daqskemm ruħek hi ħajja,+ m’iniex se nitilqek.”+ Għalhekk, qam u mar magħha. 31  U Geħażi għaddiehom u qiegħed il-​bastun fuq wiċċ it-​tifel, imma ma kien hemm ebda ħoss jew reazzjoni.+ Għalhekk, mar lura jiltaqaʼ miegħu u qallu: “It-​tifel ma qamx.”+ 32  Fl-aħħar, Eliżew wasal id-​dar, u t-​tifel kien mejjet, mimdud fuq is-​sodda tiegħu.+ 33  U daħal, għalaq il-​bieb warajhom it-​tnejn,+ u beda jitlob lil Ġeħova.+ 34  Imbagħad telaʼ u mtedd fuq it-​tifel+ u qiegħed ħalqu maʼ ħalqu u għajnejh m’għajnejh u l-​pali taʼ idejh mal-​pali taʼ idejh u baqaʼ milwi fuqu, u bil-​mod il-​mod ġisem* it-​tifel beda jisħon. 35  U reġaʼ mexa fid-​dar, darba ’l hawn u darba ’l hemm, u mbagħad telaʼ u ltewa fuqu. U t-​tifel għatas sebaʼ darbiet, u wara fetaħ għajnejh.+ 36  Imbagħad sejjaħ lil Geħażi u qallu: “Sejjaħ lis-​Sunamija.”+ U sejħilha u hi daħlet ħdejh. U qalilha: “Erfaʼ lil ibnek.”+ 37  U daħlet u niżlet ħdejn saqajh u mielet fl-​art quddiemu;+ imbagħad refgħet lil binha u ħarġet.+ 38  U Eliżew mar lura Gilgal,+ u kien hemm il-​ġuħ+ fil-​pajjiż. U ħin minnhom, waqt li wlied+ il-​profeti kienu bil-​qiegħda quddiemu,+ qal lill-​qaddej tiegħu:+ “Qiegħed il-​borma fuq in-​nar u sajjar naqra soppa għal ulied il-​profeti.”+ 39  Għaldaqstant wieħed minnhom ħareġ fir-​rabaʼ jiġbor il-​ħobbejż,+ u sab dielja salvaġġa u beda jaqtaʼ l-​qaraʼ salvaġġ minnha, u mela ħwejġu. Imbagħad ġie u qattgħu u tefgħu fil-​borma, għax ma kinux jafu x’inhu. 40  Imbagħad qalbu s-​soppa lill-​irġiel biex jieklu minnha. U ġara li, malli ħadu mis-​soppa, bdew jgħajtu u jgħidu: “Hemm il-​mewt fil-​borma,+ O bniedem taʼ l-​Alla l-​veru.”+ U ma setgħux jieklu. 41  Għalhekk, qalilhom: “Mela ġibu d-​dqiq.” U tefgħu fil-​borma, u kompla jgħid: “Aqilbulhom lin-​nies ħa jieklu.” U dak li kien hemm fil-​borma m’għamlilhom ebda ħsara.+ 42  U kien hemm raġel minn Bagħal-salisa,+ u ġab+ lill-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru ħobż mill-​ewwel frott misjur,+ għoxrin ħobża tax-​xgħir,+ u qmuħ ġodda fil-​basket tiegħu tal-​ħobż. U qal: “Agħtuh lin-​nies ħa jieklu.”+ 43  Madankollu, il-​qaddej tiegħu li jservi l-​ikel qal: “Kif se nqassmu lil mitt raġel?”+ Għal dan qallu: “Agħtih lin-​nies ħa jieklu, għax hekk qal Ġeħova, ‘Iridu jieklu u jifdal ukoll.’”+ 44  Għalhekk, qassamhulhom u bdew jieklu, u kien għad fadal minnu skond il-​kelma taʼ Ġeħova.+

Noti taʼ taħt

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “Ħażżem ġenbejk.”
Letteralment, “laħam.”