2 Slaten 3:1-27

3  U Ġeħoram+ bin Aħab sar sultan fuq Israel fis-​Samarija fis-​sena tmintax taʼ Ġeħosafat is-​sultan taʼ Ġuda, u kompla jsaltan tnax-il sena.  U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ biss mhux bħal missieru+ jew ommu, imma neħħa l-​pilastru sagru+ taʼ Bagħal li kien għamel missieru.+  Iżda baqaʼ mqabbad mad-​dnubiet taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb.+ Ma telaqhomx.  U Mesa,+ is-​sultan taʼ Mowab, beda jrabbi n-​nagħaġ, u ħallas lis-​sultan taʼ Israel mitt elf ħaruf u mitt elf muntun mhux imqarweż.  U ġara li malli miet Aħab,+ is-​sultan taʼ Mowab beda jirvella+ kontra s-​sultan taʼ Israel.  Għaldaqstant, dak iż-​żmien is-​Sultan Ġeħoram ħareġ mis-​Samarija u ġabar+ lil Israel kollu.  U iżjed minn hekk, hu bagħat jgħid lil Ġeħosafat is-​sultan taʼ Ġuda: “Is-​sultan taʼ Mowab irvella kontrija. Tiġi miegħi Mowab għall-​gwerra?” Għal dan, qallu: “Niġi.+ Jien għal miegħek; in-​nies tiegħi għal man-​nies tiegħek;+ iż-​żwiemel tiegħi għal maż-​żwiemel tiegħek.”  U żied jgħid: “Minn liema triq se nitilgħu?” Qallu: “Mit-​triq tax-​xagħri t’Edom.”+  U s-​sultan taʼ Israel u s-​sultan taʼ Ġuda u s-​sultan t’Edom+ marru, u ħaduha bid-​dawra u damu sejrin sebat ijiem, u ma kienx hemm ilma għall-​kamp u għall-​annimali domestiċi li kienu mexjin warajhom. 10  Fl-aħħar, is-​sultan taʼ Israel qal: “X’ħasra li Ġeħova sejħilna, it-​tliet slaten, biex jagħtina f’idejn Mowab!”+ 11  Għal dan, Ġeħosafat qal:+ “Hawnhekk m’hawnx profeta taʼ Ġeħova?+ Mela ejja nistaqsu lil Ġeħova permezz tiegħu.”+ Għalhekk, wieħed mill-​qaddejja tas-​sultan taʼ Israel wieġeb u qal: “Hawnhekk joqgħod Eliżew+ bin Safat, li kien iferraʼ l-​ilma f’idejn Elija.”+ 12  Imbagħad Ġeħosafat qal: “Il-​kelma taʼ Ġeħova hija miegħu.” Għaldaqstant, is-​sultan taʼ Israel u Ġeħosafat u s-​sultan t’Edom niżlu għandu. 13  U Eliżew qal lis-​sultan taʼ Israel: “X’għandi x’naqsam miegħek?+ Mur għand il-​profeti+ taʼ missierek u għand il-​profeti t’ommok.” Imma s-​sultan taʼ Israel qallu: “Le, għax Ġeħova sejjaħ lil dawn it-​tliet slaten biex jagħtihom f’idejn Mowab.”+ 14  U Eliżew qal: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova taʼ l-​armati li ninsab wieqaf quddiemu,*+ li kieku mhux għax qed nikkunsidra l-​preżenza taʼ Ġeħosafat is-​sultan taʼ Ġuda,+ ma kontx inħares lejk jew narak.+ 15  U issa ġibuli lil xi ħadd li jdoqq strument tal-​korda.”+ U ġara li, malli l-​mużiċist beda jdoqq, id+ Ġeħova ġiet fuqu. 16  U kompla jgħid: “Hekk qal Ġeħova, ‘Imlew dan il-​wied* kollu bil-​kanali;+ 17  għax hekk qal Ġeħova: “La se taraw riħ u lanqas xita; imma l-​wied se jimtela bl-​ilma,+ u intom se tixorbu minnu,+ intom u l-​bhejjem u l-​annimali domestiċi tagħkom.”’ 18  U din tabilħaqq se tkun xi ħaġa żgħira f’għajnejn Ġeħova,+ u hu żgur jagħti lil Mowab f’idejkom.+ 19  U għandkom taħbtu għal kull belt fortifikata+ u kull belt mill-​aqwa, u taqtgħu+ kull siġra tajba,+ u ssoddu l-​għejun kollha taʼ l-​ilma, u kull medda art tajba għandkom tħassruha bil-​ġebel.” 20  U fil-​għodu,+ fil-​ħin li titlaʼ l-​offerta tal-​qmuħ,+ ara, l-​ilma kien ġej mid-​direzzjoni t’Edom, u l-​art imtliet bl-​ilma. 21  U l-​Mowabin kollha semgħu li s-​slaten kienu ġew jiġġieldu kontrihom. Għalhekk, sejħu lill-​irġiel flimkien, dawk li kienu kapaċi jitħażżmu+ b’ċinturin, mill-​iżgħar sa l-​akbar wieħed fosthom, u marru u waqfu fil-​fruntiera. 22  Meta qamu kmieni fil-​għodu, ix-​xemx bdiet tiddi fuq l-​ilma, u allura l-​Mowabin min-​naħa l-​oħra bdew jaraw l-​ilma aħmar bħad-​demm. 23  U bdew jgħidu: “Dak demm! Żgur li s-​slaten darbu u qatlu lil xulxin bis-​sejf. Mela issa, imxi għall-​priża,+ O Mowab!” 24  Meta waslu fil-​kamp taʼ Israel, l-​Israelin+ minnufih qamu u bdew jidorbu lill-​Mowabin u dawn ħarbu minn quddiemhom.+ Għalhekk, daħlu Mowab u darbu lill-​Mowabin hekk kif kienu deħlin. 25  U ġarrfu l-​bliet,+ u kull wieħed tefaʼ l-​ġebla tiegħu f’kull medda art tajba sa ma mlewha; u saddew kull għajn taʼ l-​ilma,+ u qatgħu kull siġra tajba,+ sakemm fih ħallew biss il-​ġebel taʼ Kir-ħareset;+ u dawk li kienu bl-​iżbandoli bdew iduru magħha u ġarrfuha. 26  Malli s-​sultan taʼ Mowab ra li l-​battalja kienet iebsa wisq għalih, hu ħa miegħu sebaʼ mitt raġel li jisiltu s-​sejf biex jilħaq lis-​sultan t’Edom;+ imma ma rnexxilhomx. 27  Fl-aħħar ħa lil ibnu l-​kbir li kien se jsaltan minfloku u offrieh+ bħala sagrifiċċju tal-​ħruq fuq is-​sur. U qam għadab kbir kontra Israel, u għalhekk dawn irtiraw minn kontrih u marru lura pajjiżhom.

Noti taʼ taħt

Jew, “li lilu naqdi.”
Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.