2 Slaten 25:1-30

25  U ġara li fid-​disaʼ+ sena tiegħu bħala sultan, fl-​għaxar xahar, fl-​għaxar+ jum tax-​xahar, ġie Nebukadnessar,+ is-​sultan taʼ Babilonja,+ hu u l-​qawwa militari kollha tiegħu, kontra Ġerusalemm u waqqaf il-​kamp kontriha u bena ħajt taʼ l-​assedju dawramejt.+  U l-​belt baqgħet assedjata sas-​sena ħdax tas-​Sultan Sedekija.  Fid-disaʼ+ jum tar-​rabaʼ xahar il-​ġuħ+ ħrax fil-​belt, u ma kienx hemm ħobż+ għan-​nies tal-​pajjiż.  U l-​belt ġiet minfuda,+ u l-​gwerriera kollha ħarbu bil-​lejl mill-​bieb taʼ bejn iż-​żewġ ħitan li hemm ħdejn il-​ġnien tas-​sultan,+ waqt li l-​Kaldin+ kienu madwar il-​belt kollha; u s-​sultan telaq+ fid-​direzzjoni taʼ l-​Għaraba.+  U waħda mill-​qawwiet militari tal-​Kaldin+ marret għal wara s-​sultan, u laħquh+ fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Ġeriko;+ u l-​qawwa militari kollha li kellu miegħu xterdet.  Imbagħad qabdu lis-​sultan+ u ħaduh għand is-​sultan taʼ Babilonja f’Ribla,+ sabiex tinqatagħlu s-​sentenza.  U wlied Sedekija nqatlu quddiem għajnejh;+ u lil Sedekija għamieh,+ u mbagħad rabtu bi rbit tar-​ram aħmar+ u ħadu f’Babilonja.+  U fil-​ħames xahar fis-​sebaʼ jum tax-​xahar, jiġifieri, fis-​sena dsatax+ tas-​Sultan Nebukadnessar, is-​sultan taʼ Babilonja, Nebużaradan,+ il-​kap tal-​gwardji persunali tas-​sultan, il-​qaddej tas-​sultan taʼ Babilonja, ġie f’Ġerusalemm.+  U ħaraq id-​dar taʼ Ġeħova+ u d-​dar tas-​sultan+ u d-​djar kollha f’Ġerusalemm;+ u d-​dar taʼ kull raġel importanti ħaraqha bin-​nar.+ 10  U l-​qawwa militari kollha tal-​Kaldin li kienet mal-​kap tal-​gwardji ġarrfu s-​swar taʼ Ġerusalemm dawramejt.+ 11  U lill-​bqija tan-​nies+ li kien għad fadal fil-​belt u lil dawk li kienu marru jagħtu ruħhom f’idejn is-​sultan taʼ Babilonja u lill-​bqija tal-​folla, Nebużaradan, il-​kap tal-​gwardji, ħadhom fl-​eżilju.+ 12  U lil xi wħud mill-​foqra+ tal-​pajjiż il-​kap tal-​gwardji ħalliehom jibqgħu biex jieħdu ħsieb id-​dwieli u jagħmlu xogħol obbligatorju.+ 13  U l-​Kaldin kissru biċċiet il-​kolonni+ tar-​ram aħmar li kienu fid-​dar taʼ Ġeħova u l-​karrijiet+ u l-​baħar tar-​ram aħmar+ li kienu fid-​dar taʼ Ġeħova, u ġarrew ir-​ram tagħhom lejn Babilonja.+ 14  U ħadu r-​reċipjenti għall-​irmied u l-​pali u l-​imqassijiet li jitfu l-​ftila u l-​kwies u l-​għodod kollha+ tar-​ram aħmar li kienu jużaw biex jaqdu bihom. 15  U l-​kap tal-​gwardji ħa r-​reċipjenti għall-​ġamar u l-​iskutelli li kienu tad-​deheb pur+ u dawk tal-​fidda pura.+ 16  U inkwantu għaż-​żewġ kolonni, il-​baħar, u l-​karrijiet li Salamun kien għamel għad-​dar taʼ Ġeħova, ma kienx hemm mezz kif jintiżen ir-​ram aħmar taʼ dawn l-​għodod kollha.+ 17  Kull kolonna kienet twila tmintax-il kubitu,+ u l-​kaptell+ taʼ fuqha kien tar-​ram aħmar; u l-​għoli tal-​kaptell kien tliet kubiti; u l-​parti maħduma xibka u r-​rummien+ mad-​dawra kollha tal-​kaptell kienu kollha tar-​ram aħmar; u t-​tieni kolonna kellha l-​istess affarijiet fuq il-​parti maħduma xibka. 18  Iktar minn hekk, il-​kap tal-​gwardji ħa lil Seraja,+ il-​qassis ewlieni, u lil Sofonija,+ it-​tieni qassis, u lil tliet għassiesa tal-​bibien;+ 19  u mill-​belt ħa wkoll uffiċjal tal-​palazz li kien jikkmanda lill-​gwerriera, u lil ħamest irġiel minn dawk li kienu jistgħu jersqu quddiem is-​sultan u li nstabu fil-​belt; u lis-​segretarju tal-​kap taʼ l-​armata, dak li jiġbor lin-​nies tal-​pajjiż għall-​militar, u lil sittin raġel min-​nies tal-​pajjiż li nstabu fil-​belt;+ 20  u lil dawn Nebużaradan,+ il-​kap tal-​gwardji, imbagħad qabadhom+ u ħadhom għand is-​sultan taʼ Babilonja f’Ribla.+ 21  U s-​sultan taʼ Babilonja darabhom+ u tahom il-​mewt f’Ribla fl-​art taʼ Ħamat.+ B’hekk, Ġuda telaq minn artu u mar fl-​eżilju.+ 22  U lin-​nies+ li tħallew fl-​art taʼ Ġuda, li Nebukadnessar, is-​sultan taʼ Babilonja, ħalliehom warajh, ħatrilhom fuqhom lil Gedalija,+ bin Aħikam,+ bin Safan.+ 23  Meta l-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari,+ huma u l-​irġiel li kellhom magħhom, semgħu li s-​sultan taʼ Babilonja kien ħatar lil Gedalija, huma minnufih ġew għand Gedalija f’Mispa,+ jiġifieri, Ismagħel bin Netanija u Ġoħanan bin Kareja u Seraja bin Tanħumet in-​Netofati u Ġagħżanija bin il-​Magħkati, huma u l-​irġiel li kellhom magħhom. 24  Imbagħad Gedalija ħalfilhom,+ lilhom u lill-​irġiel li kellhom magħhom, u qalilhom: “Tibżgħux tkunu l-​qaddejja tal-​Kaldin. Għammru fil-​pajjiż u aqdu lis-​sultan taʼ Babilonja, u jaħbtilkom tajjeb.”+ 25  U ġara fis-​sebaʼ+ xahar li Ismagħel,+ bin Netanija, bin Elisama, min-​nisel irjali, ġie flimkien m’għaxart irġiel u ħabtu għal Gedalija+ u qatluh, lilu u lil-​Lhud u l-​Kaldin li kienu miegħu f’Mispa.+ 26  Imbagħad in-​nies kollha, miż-​żgħir sal-​kbir, u l-​kapijiet tal-​qawwiet militari qamu u marru l-​Eġittu;+ għax bdew jibżgħu mill-​Kaldin.+ 27  Fl-aħħar ġara fis-​sena sebgħa u tletin taʼ l-​eżilju taʼ Ġeħojakin,+ is-​sultan taʼ Ġuda, fit-​tnax-il xahar, fis-​sebgħa u għoxrin tax-​xahar, li Evil-merodak,+ is-​sultan taʼ Babilonja, fis-​sena li sar sultan, refaʼ ras+ Ġeħojakin, is-​sultan taʼ Ġuda, u ħarġu mill-​ħabs; 28  u beda jkellmu b’qalb tajba, u mbagħad għolla t-​tron tiegħu ’l fuq mit-​tronijiet tas-​slaten li kienu miegħu f’Babilonja.+ 29  U biddel il-​ħwejjeġ tiegħu tal-​ħabs,+ u baqaʼ jiekol il-​ħobż+ quddiemu tul ħajtu kollha. 30  U s-​sultan baqaʼ jagħtih porzjon taʼ ikel,+ dak li kien imissu kuljum, tul ħajtu kollha.

Noti taʼ taħt