2 Slaten 23:1-37

23  Imbagħad is-​sultan bagħat jiġbor għandu lix-​xjuħ kollha taʼ Ġuda u Ġerusalemm.+  U s-​sultan telaʼ lejn id-​dar taʼ Ġeħova, u miegħu l-​irġiel kollha taʼ Ġuda u l-​abitanti kollha taʼ Ġerusalemm, kif ukoll il-​qassisin+ u l-​profeti u n-​nies kollha, mill-​kbir saż-​żgħir;+ u beda jaqralhom+ il-​kliem kollu tal-​ktieb+ tal-​patt+ li kien instab fid-​dar taʼ Ġeħova.+  U s-​sultan qagħad wieqaf ħdejn il-​kolonna+ u għamel il-​patt+ quddiem Ġeħova, biex jimxi+ wara Ġeħova u jħares il-​kmandamenti+ u t-​testimonjanzi*+ u l-​istatuti tiegħu+ b’qalbu kollha+ u b’ruħu kollha+ billi jwettaq il-​kliem taʼ dan il-​patt li kien miktub f’dan il-​ktieb.+ Għaldaqstant, in-​nies kollha qablu mal-​patt.+  U s-​sultan ordna lil Ħilkija+ l-​qassis il-​kbir u lill-​qassisin tat-​tieni grad u lill-​għassiesa tal-​bibien+ biex joħorġu mit-​tempju taʼ Ġeħova l-​għodod kollha li kienu ntgħamlu għal Bagħal+ u għall-​arblu sagru+ u għall-​armata kollha tas-​smewwiet.+ Imbagħad ħaraqhom barra Ġerusalemm fir-​rabaʼ mtarraġ taʼ Kidron,+ u ġab it-​trab tagħhom f’Betel.+  U temm ix-​xogħol tal-​qassisin taʼ l-​allat barranin, li s-​slaten taʼ Ġuda kienu ġabuhom biex joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji fil-​postijiet għall-​qima* fil-​bliet taʼ Ġuda u l-​inħawi taʼ madwar Ġerusalemm, kif ukoll taʼ dawk li kienu joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lil Bagħal,+ lix-​xemx u lill-​qamar u lill-​kostellazzjonijiet taż-​żodjaku u lill-​armata kollha tas-​smewwiet.+  Iżjed minn hekk, hu ħareġ l-​arblu sagru+ mid-​dar taʼ Ġeħova u ħadu barra Ġerusalemm, lejn il-​wied* taʼ Kidron, u ħarqu+ fil-​wied taʼ Kidron u ġabu trab u tefaʼ t-​trab tiegħu fejn kienu jindifnu+ n-​nies komuni.  Barra minn hekk, hu ġarraf id-​djar tal-​prostituti rġiel tat-​tempju+ li kienu fid-​dar taʼ Ġeħova, fejn in-​nisa kienu jinsġu t-​tined bħala santwarji għall-​arblu sagru.  Imbagħad ħareġ lill-​qassisin kollha mill-​bliet taʼ Ġuda, sabiex il-​postijiet għall-​qima fejn il-​qassisin kienu joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji ma jħallihomx adattati għall-​qima, minn Geba+ sa Bir-​xeba;+ u ġarraf il-​postijiet għall-​qima li kienu fid-​daħla tal-​bieb taʼ Ġożwè, il-​kap tal-​belt, li kien fuq ix-​xellug int u dieħel minn bieb il-​belt.  Imma l-​qassisin+ tal-​postijiet għall-​qima ma kinux jitilgħu ħdejn l-​artal taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm, imma kienu jieklu ħobż bla ħmira+ fost ħuthom. 10  U lil Tofet,+ li qiegħed fil-​wied taʼ wlied Ħinnom,+ ma ħalliehx adattat għall-​qima, sabiex ħadd ma jkun jistaʼ jgħaddi lil ibnu jew lil bintu min-​nar+ għal Molek.+ 11  U ż-​żwiemel li s-​slaten taʼ Ġuda kienu taw lix-​xemx ma ħallihomx ikomplu jidħlu fid-​dar taʼ Ġeħova, ħdejn il-​kamra taʼ l-​ikel+ taʼ Natan-melek, l-​uffiċjal tal-​palazz, li kienet fil-​portiċi; u l-​karrijiet tax-​xemx+ ħaraqhom fin-​nar. 12  U l-​artali li kienu fuq il-​bejt+ taʼ l-​għorfa t’Aħaż li għamlu s-​slaten taʼ Ġuda, u l-​artali+ li għamel Manasse fiż-​żewġ btieħi tad-​dar taʼ Ġeħova, is-​sultan ġarrafhom u farrakhom hemmhekk, u tefaʼ t-​trab tagħhom fil-​wied taʼ Kidron. 13  U l-​postijiet għall-​qima li kienu quddiem+ Ġerusalemm u fuq il-​lemin tal-​Muntanja tar-​Rovina,* li Salamun+ is-​sultan taʼ Israel kien bena lil Għastoret,+ il-​ħaġa moqżieża tas-​Sidonin, u lil Kemos,+ il-​ħaġa moqżieża taʼ Mowab, u lil Milkom,+ il-​ħaġa mistkerrha taʼ wlied Għammon, is-​sultan ma ħallihomx adattati għall-​qima. 14  U kisser+ il-​pilastri sagri u qaċċat l-​arbli sagri u mela posthom bl-​għadam tal-​bnedmin. 15  Barra minn hekk, l-​artal li kien f’Betel,+ il-​post għall-​qima li kien għamel Ġerobogħam+ bin Nebat, li ġiegħel lil Israel jidneb,+ iva, l-​artal u l-​post għall-​qima ġarrafhom. Imbagħad ħaraq il-​post għall-​qima; ġabu trab u ħaraq l-​arblu sagru. 16  Imbagħad Ġosija dar u ra l-​postijiet għad-​dfin li kien hemm fuq il-​muntanja. Għalhekk, bagħat iġib l-​għadam mill-​postijiet għad-​dfin u ħaraqhom+ fuq l-​artal, sabiex ma jħallihx adattat għall-​qima, skond il-​kelma taʼ Ġeħova+ li kien xandar il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru,+ li kien xandar dawn l-​affarijiet. 17  Imbagħad qal: “X’inhi din il-​lapida li qed nara?” U n-​nies tal-​belt qalulu: “Dan hu l-​post fejn indifen+ il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru li ġie minn Ġuda+ u li xandar dawn l-​affarijiet li int għamilt kontra l-​artal taʼ Betel.”+ 18  Għalhekk, qalilhom: “Ħalluh jistrieħ.+ Tħallu ’l ħadd iċaqlaq l-​għadam tiegħu.” Għaldaqstant ħallewlu għadmu kif kien m’għadam il-​profeta+ li kien ġie mis-​Samarija. 19  Iżjed minn hekk, Ġosija neħħa s-​santwarji kollha+ fil-​postijiet għall-​qima li kien hemm fil-​bliet+ tas-​Samarija u li kienu bnewhom is-​slaten+ taʼ Israel biex joffendu+ lil Alla. U għamlilhom eżatt kif għamel f’Betel.+ 20  Għaldaqstant, lill-​qassisin kollha+ tal-​postijiet għall-​qima li kien hemm issagrifikahom fuq l-​artali u ħaraq fuqhom l-​għadam tal-​bnedmin.+ Imbagħad reġaʼ lura Ġerusalemm. 21  Imbagħad is-​sultan ordna lill-​poplu kollu: “Iċċelebraw Qbiż+ lil Ġeħova Alla tagħkom skond kif hemm miktub f’dan il-​ktieb tal-​patt.”+ 22  Għax ma kien sar l-​ebda Qbiż bħal dan minn żmien l-​imħallfin li kienu jiġġudikaw lil Israel,+ u lanqas matul iż-​żmien kollu tas-​slaten taʼ Israel u s-​slaten taʼ Ġuda.+ 23  Imma fis-​sena tmintax tas-​Sultan Ġosija ġie ċelebrat dan il-​Qbiż lil Ġeħova f’Ġerusalemm.+ 24  U Ġosija neħħa wkoll il-​medji taʼ l-​ispirti+ u dawk li xogħolhom kien li jbassru l-​ġrajjiet+ u t-​terafim*+ u l-​idoli moqżieża daqs id-​demel+ u l-​qżiżijiet kollha+ li kienu tfaċċaw fl-​art taʼ Ġuda u f’Ġerusalemm, sabiex ikun jistaʼ verament iwettaq il-​kliem tal-​liġi+ li kien miktub fil-​ktieb+ li Ħilkija l-​qassis kien sab fid-​dar taʼ Ġeħova.+ 25  U qablu ma kienx hemm sultan bħalu li reġaʼ lura lejn+ Ġeħova b’qalbu kollha u b’ruħu kollha+ u bil-​forza kollha tiegħu, skond il-​liġi kollha taʼ Mosè; u lanqas warajh ma qam wieħed bħalu. 26  Madankollu, Ġeħova ma reġax lura mit-​tħeġġiġ kbir tar-​rabja tiegħu, li bih ir-​rabja tiegħu kienet qed tħeġġeġ kontra Ġuda+ minħabba l-​affarijiet kollha li bihom Manasse ġegħelhom joffenduh.+ 27  Imma Ġeħova qal: “Lil Ġuda+ wkoll se nneħħih minn quddiem wiċċi,+ bħalma neħħejt lil Israel;+ u se niċħad lil din il-​belt li għażilt, iva, lil Ġerusalemm, u lid-​dar li dwarha għedt, ‘Ismi se jibqaʼ hemmhekk.’”+ 28  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Ġosija u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Ġuda? 29  Fi żmienu l-​Fargħun Neko,+ is-​sultan taʼ l-​Eġittu, kien tielaʼ jiltaqaʼ mas-​sultan taʼ l-​Assirja ħdejn ix-​xmara Ewfrat+ u s-​Sultan Ġosija mar għal kontrih;+ imma qatlu+ f’Megiddo+ malli rah. 30  Għalhekk, il-​qaddejja tiegħu ġarrewh mejjet f’karru minn Megiddo u ġabuh Ġerusalemm+ u difnuh f’qabru. Imbagħad in-​nies tal-​pajjiż ħadu lil Ġeħogħaħaż+ bin Ġosija u dilkuh u għamluh sultan minflok missieru. 31  Tlieta u għoxrin sena kellu Ġeħogħaħaż+ meta beda jsaltan, u dam isaltan tliet xhur f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ħamutal+ bint Ġeremija minn Libna. 32  U beda jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, skond kulma kienu għamlu missirijietu.+ 33  U l-​Fargħun Neko+ rabtu+ f’Ribla+ fl-​art taʼ Ħamat, biex ma jħallihx isaltan f’Ġerusalemm, u mbagħad ta multa+ lill-​pajjiż taʼ mitt talent fidda+ u talent wieħed deheb.+ 34  Iżjed minn hekk, il-​Fargħun Neko għamel lil Eljakim+ bin Ġosija sultan minflok missieru Ġosija u biddillu ismu għal Ġeħojakim; u lil Ġeħogħaħaż qabdu u ħadu l-​Eġittu, fejn eventwalment miet.+ 35  U Ġeħojakim ta l-​fidda+ u d-​deheb lill-​Fargħun. Imma sabiex jagħti l-​fidda skond l-​ordni tal-​Fargħun intaxxa+ lill-​pajjiż. U ġabar il-​fidda u d-​deheb mingħand in-​nies tal-​pajjiż skond ir-​rata individwali tat-​taxxa+ taʼ kull wieħed, biex jagħtihom lill-​Fargħun Neko. 36  Ħamsa u għoxrin sena kellu Ġeħojakim+ meta beda jsaltan, u dam isaltan ħdax-il sena f’Ġerusalemm.+ U ommu kien jisimha Żebida bint Pedaja minn Rumah. 37  U kompla jagħmel dak li hu ħażin+ f’għajnejn Ġeħova, skond kulma kienu għamlu missirijietu.+

Noti taʼ taħt

Jew, “it-​tfakkiriet.”
Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.
Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.
Jiġifieri, il-​Muntanja taż-​Żebbuġ, b’mod partikulari l-​parti t’isfelnett magħrufa wkoll bħala l-​Muntanja taʼ l-​Offiża.
Ara Ġen 31:19, in-​nota taʼ taħt.