Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

2 Slaten 22:1-20

22  Tmien snin kellu Ġosija+ meta beda jsaltan, u dam isaltan wieħed u tletin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ġedida bint Għadaja minn Boskat.+  U għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova+ u mexa fit-triq kollha taʼ David missieru,+ u ma żvijax lejn il-lemin jew lejn ix-xellug.+  U ġara fis-sena tmintax tas-Sultan Ġosija li s-sultan bagħat lil Safan,+ bin Asalija, bin Mesullam, is-segretarju, lejn id-dar taʼ Ġeħova, u qallu:  “Itlaʼ s’għand Ħilkija+ l-qassis il-kbir,+ u ħa jlesti l-flus+ li qed jinġiebu fid-dar taʼ Ġeħova+ u li l-għassiesa tal-bibien+ ġabru mingħand il-poplu;  u ħa jingħataw f’idejn dawk li jieħdu ħsieb ix-xogħol+ fid-dar taʼ Ġeħova, dawk li nħatru, sabiex jagħtuhom lil dawk li qegħdin fid-dar taʼ Ġeħova biex isewwu x-xquq tad-dar,+  lin-nies tas-sengħa u lill-bennejja u lill-ħaddiema fil-ġebel, u biex jixtru l-injam u l-ġebel minġur ħalli jsewwu d-dar.+  Imma m’għandux jintalab kont minnhom tal-flus li qed jingħataw f’idejhom,+ għax qed jaħdmu b’fedeltà.”+  Iktar tard, Ħilkija+ l-qassis il-kbir qal lil Safan+ is-segretarju:+ “Sibt il-ktieb tal-liġi+ fid-dar taʼ Ġeħova!” Għalhekk, Ħilkija ta l-ktieb lil Safan, u dan beda jaqrah.  Imbagħad Safan is-segretarju daħal għand is-sultan u wieġeb lis-sultan u qal: “Il-qaddejja tiegħek battlu l-flus li kien hemm fid-dar, u tawhom f’idejn dawk li qed jieħdu ħsieb ix-xogħol fid-dar taʼ Ġeħova, dawk li nħatru.”+ 10  U Safan is-segretarju kompla jgħid lis-sultan: “Ħilkija l-qassis tani ktieb.”+ U Safan beda jaqrah quddiem is-sultan. 11  U ġara li, malli semaʼ l-kliem tal-liġi, is-sultan minnufih ċarrat ħwejġu.+ 12  Imbagħad is-sultan ordna lil Ħilkija l-qassis, lil Aħikam+ bin Safan, lil Għakbor bin Mikaja, lil Safan is-segretarju, u lil Għasaja+ l-qaddej tas-sultan u qalilhom: 13  “Morru, staqsu+ lil Ġeħova għan-nom tiegħi u tal-poplu u taʼ Ġuda kollu dwar il-kliem taʼ dan il-ktieb li nstab; għax kbira l-korla taʼ Ġeħova+ li xegħlet kontrina minħabba li missirijietna+ ma semgħux mill-kliem taʼ dan il-ktieb u m’għamlux skond kulma hemm miktub dwarna.”+ 14  Għaldaqstant, Ħilkija l-qassis u Aħikam, Għakbor, Safan, u Għasaja marru għand il-profetessa Ħulda+ mart Sallum, bin Tikwa, bin Ħarħas, dak li kien jieħu ħsieb l-ilbies,+ waqt li kienet qed tgħammar f’Ġerusalemm fil-parti l-ġdida tal-belt; u marru jkellmuha.+ 15  U hi qaltilhom: “Hekk qal Ġeħova l-Alla taʼ Israel,+ ‘Għidu lir-raġel li bagħatkom għandi: 16  “Hekk qal Ġeħova, ‘Ara, se nġib gwaj+ fuq dan il-post u fuq l-abitanti tiegħu,+ iva, il-kliem kollu+ li s-sultan taʼ Ġuda qara fil-ktieb;+ 17  talli telquni u marru joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji lil allat oħrajn+ sabiex joffenduni bix-xogħol kollu taʼ idejhom,+ u l-korla tiegħi xegħlet kontra dan il-post u mhix se tintefa.’”’+ 18  U lis-sultan taʼ Ġuda li bagħatkom tistaqsu lil Ġeħova, dan għandkom tgħidulu, ‘Hekk qal Ġeħova l-Alla taʼ Israel inkwantu għall-kliem li smajt:+ 19  “Talli rattabt qalbek,+ u b’hekk umiljajt+ ruħek minħabba Ġeħova meta smajt dak li jien għedt kontra dan il-post u l-abitanti tiegħu, li se jsir oġġett taʼ stagħġib u saħta,+ u ċarratt+ ħwejġek u bdejt tibki quddiemi, jien, iva, jien, smajtek,” hija l-kelma taʼ Ġeħova.+ 20  “Għalhekk, se niġbrok+ maʼ missirijietek, u se tinġabar fis-sliem+ fil-post tiegħek tad-dfin, u għajnejk ma jarawx il-gwaj kollu li se nġib fuq dan il-post.”’” U wasslu r-risposta lis-sultan.

Noti taʼ taħt