2 Slaten 20:1-21

20  Dak iż-​żmien Ħeżekija marad u kien qed imut.+ Għaldaqstant, il-​profeta Isaija+ bin Għamoż daħal ħdejh u qallu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Agħti ordnijiet lil taʼ darek,+ għax m’intix se ddum ħaj; dalwaqt tmut.’”+  Għalhekk, dar wiċċu mal-​ħajt+ u beda jitlob lil Ġeħova+ u jgħid:  “Nissupplikak,* O Ġeħova, ftakar,+ jekk jogħġbok, kif jien imxejt+ quddiemek bil-​verità+ u b’qalb sħiħa,+ u għamilt dak li hu tajjeb f’għajnejk.”+ U Ħeżekija beka fuq li beka.+  U ġara li lanqas laħaq ħareġ fil-​bitħa tan-​nofs li ma ġietx għand Isaija kelmet Ġeħova+ tgħid:  “Erġaʼ lura u għid lil Ħeżekija l-​mexxej+ tal-​poplu tiegħi, ‘Hekk qal Ġeħova l-​Alla+ taʼ David missierek: “Jien smajt+ it-​talba tiegħek.+ Rajt id-​dmugħ tiegħek.+ Ara, se nfejqek.+ Fit-​tielet jum se titlaʼ fid-​dar taʼ Ġeħova.+  U nżidlek ħmistax-il sena oħra maʼ ħajtek, u lilek u lil din il-​belt neħliskom minn idejn is-​sultan taʼ l-​Assirja, u niddefendi+ lil din il-​belt minħabba fija stess u minħabba David il-​qaddej tiegħi.”’”+  U Isaija żied jgħid: “Ġibu ċappa tin niexef u pressat.”+ Għalhekk, ġabuha u qegħduhielu fuq il-​musmar,+ u wara dan hu fieq.+  Sadanittant, Ħeżekija kien qal lil Isaija: “X’inhu s-​sinjal+ li juri li Ġeħova se jfejjaqni u li fit-​tielet jum se nitlaʼ fid-​dar taʼ Ġeħova?”  Għal dan, Isaija qal: “Dan hu s-​sinjal+ mingħand Ġeħova li Ġeħova se jwettaq il-​kelma li qal: Trid li d-​dell jimxi għaxar tarġiet ’il quddiem jew għaxra lura?” 10  U Ħeżekija qal: “Ħaġa ħafifa li d-​dell jitwal għaxar tarġiet, imma mhux li d-​dell imur għaxar tarġiet lura.”+ 11  U l-​profeta Isaija beda jsejjaħ lil Ġeħova; u d-​dell li kien niżel mexxieh lura bil-​mod il-​mod fuq it-​taraġ, jiġifieri, fuq it-​taraġ t’Aħaż, għaxar tarġiet lura.+ 12  Dak iż-​żmien Berodak-baladan+ bin Baladan is-​sultan taʼ Babilonja+ bagħat xi ittri+ u rigal lil Ħeżekija għax kien semaʼ li Ħeżekija kien marad. 13  U Ħeżekija semaʼ mill-​irġiel u wriehom kulma kien hemm fid-​dar tat-​teżor tiegħu,+ il-​fidda u d-​deheb+ u ż-​żejt tal-​balzmu+ u ż-​żejt tajjeb u l-​armerija tiegħu u kulma kien hemm fit-​teżori tiegħu. Ma kien hemm xejn f’daru u fid-​dominju kollu tiegħu li Ħeżekija ma wrihulhomx.+ 14  Imbagħad il-​profeta Isaija mar għand is-​Sultan Ħeżekija u qallu:+ “X’qalu dawn l-​irġiel u minfejn ġew għandek?”+ U Ħeżekija qallu: “Ġew minn art imbiegħda, minn Babilonja.” 15  U kompla jgħidlu: “X’raw mid-​dar tiegħek?” U Ħeżekija qal: “Kulma hawn f’dari rawh. Ma kien hemm xejn li ma wrejthomx mit-​teżori tiegħi.”+ 16  Imbagħad Isaija qal lil Ħeżekija: “Ismaʼ l-​kelma taʼ Ġeħova,+ 17  ‘“Ara! Għad jiġu jiem meta kulma hu f’darek+ u kulma ħażnu missirijietek sa llum se jinġarr lejn Babilonja.+ Xejn ma jitħalla,”+ qal Ġeħova. 18  “U xi wħud minn uliedek stess, li se joħorġu minnek u li int se ssir missierhom, se jittieħdu+ u jsiru uffiċjali+ tal-​palazz fil-​palazz tas-​sultan taʼ Babilonja.”’”+ 19  Għal dan, Ħeżekija qal lil Isaija: “Il-​kelma taʼ Ġeħova li għedt hi tajba.”+ U żied jgħid: “Mhux hekk hu, ladarba l-​paċi u l-​verità+ se jkomplu fi żmieni?”+ 20  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Ħeżekija u l-​atti setgħanin kollha tiegħu u kif għamel l-​għadira+ u l-​kanal+ u mbagħad ġab l-​ilma fil-​belt, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Ġuda? 21  Fl-aħħar, Ħeżekija mtedd maʼ missirijietu;+ u ibnu Manasse beda jsaltan minfloku.+

Noti taʼ taħt

Jew, “nitolbok bil-​ħerqa.”