2 Slaten 19:1-37

19  U ġara li malli s-​Sultan Ħeżekija+ semaʼ dan, hu ċarrat ħwejġu+ u libes ilbies taʼ l-​ixkora+ u daħal fid-​dar taʼ Ġeħova.+  Barra minn hekk, hu bagħat lil Eljakim,+ li kien jieħu ħsieb id-​dar, u lil Sebnah+ is-​segretarju u lix-​xjuħ fost il-​qassisin għand il-​profeta Isaija+ bin Għamoż+ lebsin ilbies taʼ l-​ixkora.  U qalulu: “Hekk qal Ħeżekija, ‘Dan il-​jum huwa jum taʼ niket,+ taʼ ċanfir,+ u taʼ insolenza bi stmerrija;+ għax l-​ulied waslu f’fomm il-​ġuf,+ imma m’hemmx saħħa biex jitwieldu.+  Għandu mnejn Ġeħova Alla tiegħek jismaʼ+ l-​kliem kollu tar-​Rabsake* li ntbagħat minn sidu s-​sultan taʼ l-​Assirja biex iwaqqaʼ għaċ-​ċajt+ lill-​Alla l-​ħaj, u jitlob kont minnu għall-​kliem li semaʼ Ġeħova Alla tiegħek.+ U int itlob+ għan-​nom tal-​fdal+ li għad baqaʼ.’”  Għalhekk, il-​qaddejja tas-​Sultan Ħeżekija marru għand Isaija.+  U Isaija qalilhom: “Dan għidulu lil sidkom, ‘Hekk qal Ġeħova:+ “Tibżax+ minħabba l-​kliem li smajt u li l-​qaddejja tas-​sultan taʼ l-​Assirja maqdruni bih.+  Ara, se nqiegħed spirtu+ fih, u hu jismaʼ rapport+ u jmur lura lejn pajjiżu; u nġiegħlu jaqaʼ bis-​sejf f’pajjiżu stess.”’”+  Wara dan, ir-​Rabsake+ semaʼ li s-​sultan taʼ l-​Assirja kien telaq minn Lakis,+ u għalhekk reġaʼ lura għandu u sabu jiġġieled kontra Libna.+  U semagħhom jgħidu dwar Tirħaka s-​sultan taʼ l-​Etjopja: “Ara! Ħareġ jiġġieled kontrik.” Għaldaqstant reġaʼ bagħat messaġġiera+ għand Ħeżekija biex jgħidlu: 10  “Hekk għidulu lil Ħeżekija s-​sultan taʼ Ġuda, ‘Tħallix lil Alla tiegħek li qed tafda fih iqarraq bik,+ billi jgħidlek: “Ġerusalemm+ mhix se tingħata f’idejn is-​sultan taʼ l-​Assirja.”+ 11  Ara! Int stess smajt x’għamlu s-​slaten taʼ l-​Assirja lill-​pajjiżi kollha, kif ħarbtuhom;*+ u taħseb li int se teħlisha?+ 12  Jaqaw ħelsuhom l-​allat+ tal-​ġnus li missirijieti għamluhom ħerba, lil Gożan+ u Ħaran+ u Reżef u wlied Għeden+ li kienu f’Tel-assar?+ 13  Fejn hu—is-​sultan taʼ Ħamat+ u s-​sultan t’Arfad+ u s-​sultan tal-​bliet taʼ Sefarwajim, taʼ Ħena, u taʼ Iwwa?’”+ 14  Imbagħad Ħeżekija ħa l-​ittra minn id il-​messaġġiera u qraha,+ u Ħeżekija telaʼ lejn id-​dar taʼ Ġeħova u firixha quddiem Ġeħova.+ 15  U Ħeżekija beda jitlob+ quddiem Ġeħova u jgħid: “O Ġeħova l-​Alla taʼ Israel,+ li qiegħed bil-​qiegħda fuq il-​kerubini,+ int waħdek l-​Alla l-​veru tas-​saltniet kollha+ taʼ l-​art.+ Int għamilt is-​smewwiet+ u l-​art.+ 16  Mejjel widintek u ismaʼ,+ O Ġeħova. Iftaħ għajnejk+ u ara, O Ġeħova, u ismaʼ l-​kliem li Sennakerib bagħat biex iwaqqaʼ għaċ-​ċajt+ lill-​Alla l-​ħaj. 17  Huwa fatt, O Ġeħova, li s-​slaten taʼ l-​Assirja ħarbtu lill-​ġnus u l-​artijiet tagħhom.+ 18  U tefgħulhom l-​allat tagħhom fin-​nar, għax ma kienu allat+ xejn imma xogħol idejn il-​bniedem,+ injam u ġebel; għalhekk qerduhom. 19  U issa, O Ġeħova Alla tagħna,+ salvana,+ jekk jogħġbok, minn idejh, sabiex is-​saltniet kollha taʼ l-​art ikunu jafu li int, O Ġeħova, int waħdek Alla.”+ 20  U Isaija bin Għamoż bagħat jgħid lil Ħeżekija: “Hekk qal Ġeħova l-​Alla taʼ Israel,+ ‘Dak li tlabtni+ dwar Sennakerib is-​sultan taʼ l-​Assirja smajtu.+ 21  Din hi l-​kelma li Ġeħova qal kontrih:“Il-​verġni, bint Sijon, stmerritek,+ ħaditek biċ-​ċajt.+Minn warajk bint Ġerusalemm+ xenglet rasha.+ 22  Lil min waqqajt għaċ-​ċajt+ u maqdart?+Kontra min għollejt leħnek+U terfaʼ għajnejk fl-​għoli?+Kontra l-​Qaddis taʼ Israel!+ 23  Bil-messaġġiera tiegħek+ waqqajt għaċ-​ċajt lil Ġeħova u għedt,+‘Bil-​kotra taʼ karrijiet tal-​gwerra li għandi, jien+Jien se nitlaʼ fl-​għoli tal-​muntanji,+L-​iktar partijiet ’il bogħod tal-​Libanu;+U naqtaʼ ċ-​ċedri kbar tiegħu,+ l-​aħjar siġar tal-​ġnibru tiegħu.+U nidħol fl-​iktar post imbiegħed fejn jgħammar, il-​foresta tas-​siġar tal-​frott tiegħu.+ 24  Inħaffer u nixrob ilmijiet barranin,U nnixxef b’qiegħ saqajja l-​kanali kollha tan-​Nil taʼ l-​Eġittu.’+ 25  Ma smajtx?+ Sa minn żmien twil ilu hekk iddeċidejt li nagħmel.+Minn jiem mgħoddija sawwartu dan.+Issa se nġiegħlu jseħħ.+U ninqeda bik biex il-​bliet fortifikati nagħmilhom gozz rovini abbandunati.+ 26  U l-​abitanti tagħhom se jkollhom idejhom dgħajfin;+Se jibżgħu u jistħu.+Se jiddgħajfu bħall-​ħaxix tar-​rabaʼ u bħall-​ħaxix aħdar tari,+Ħaxix taʼ fuq il-​bjut+ li jitħassar bir-​riħ jaħraq mil-​lvant.+ 27  U jien naf tajjeb+ meta int toqgħod bil-​qiegħda bil-​kwiet u meta toħroġ+ u meta tidħol,U meta tirrabja għalija,+ 28  Għax ir-​rabja li għandek għalija+ u l-​għajat tiegħek waslu f’widnejja.+U se nqiegħed il-​ganċ tiegħi fi mnieħrek u l-​ilġiem tiegħi bejn xofftejk,+U rreġġgħek lura mit-​triq li ġejt minnha.”+ 29  “‘U dan ikun is-​sinjal għalik:+ Din is-​sena jittiekel dak li jinbet miż-​żerriegħa mxerrda,+ u fit-​tieni sena l-​qmuħ li jinbtu waħedhom; imma fit-​tielet sena iżirgħu ż-​żerriegħa+ u aħsdu u ħawlu l-​għelieqi bid-​dwieli u kulu frotthom.+ 30  U dawk taʼ dar Ġuda li jeħilsuha, dawk li jifdal,+ se jniżżlu l-​għeruq u jtellgħu l-​frott.+ 31  Għax minn Ġerusalemm se joħroġ fdal,+ u mill-​Muntanja Sijon ikun hemm dawk li jeħilsuha.+ Iż-​żelu nnifsu+ taʼ Ġeħova taʼ l-​armati se jagħmel dan. 32  “‘Huwa għalhekk li Ġeħova qal dan dwar is-​sultan taʼ l-​Assirja:+ “Ma jidħolx f’din il-​belt+ u ebda vleġġa+ ma jispara hemmhekk, u la jersaq lejha b’tarka u lanqas itellaʼ kontriha rampa għall-​assedju.+ 33  Mit-triq li ġie minnha se jerġaʼ lura, u f’din il-​belt ma jidħolx, hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+ 34  U żgur niddefendi+ din il-​belt biex insalvaha minħabba fija stess+ u minħabba David il-​qaddej tiegħi.”’”+ 35  U ġara dak il-​lejl li l-​anġlu taʼ Ġeħova ħareġ u qatel mija u ħamsa u tmenin elf ruħ fil-​kamp+ taʼ l-​Assirjani.+ Meta n-​nies qamu kmieni fil-​għodu, sabuhom ilkoll iġsma mejtin.+ 36  Għalhekk, Sennakerib+ is-​sultan taʼ l-​Assirja rtira mill-​battalja u telaq u mar lura,+ u qagħad Ninwe.+ 37  U ġara li meta kien qed imil fid-​dar taʼ Nisrok+ l-​alla tiegħu,+ uliedu Adrammelek u Sareser qatluh bis-​sejf,+ u huma nfushom ħarbu lejn l-​art t’Ararat.+ U ibnu Esar-ħaddon+ beda jsaltan minfloku.

Noti taʼ taħt

Ara t-​2Sl 18:17, in-​nota taʼ taħt, “Ir-​Rabsake.”
Jew, “iddedikawhom għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.