2 Slaten 18:1-37

18  U ġara li fit-​tielet sena taʼ Ħosegħa+ bin Elah is-​sultan taʼ Israel, Ħeżekija+ bin Aħaż+ is-​sultan taʼ Ġuda sar sultan.  Ħamsa u għoxrin sena kellu meta beda jsaltan, u dam isaltan disgħa u għoxrin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Abi bint Żakkarija.+  U għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova,+ skond kulma kien għamel David missieru.+  Kien hu li neħħa l-​postijiet għall-​qima*+ u kisser il-​pilastri sagri+ u qaċċat l-​arblu sagru+ u farrak is-​serp tar-​ram aħmar+ li kien għamel Mosè;+ għax sa dak iż-​żmien ulied Israel kienu baqgħu joffrulu d-​duħħan tas-​sagrifiċċji,+ u lill-​idolu kienu jsejħulu s-​serp tar-​ram aħmar.+  Hu fada f’Ġeħova l-​Alla taʼ Israel;+ u warajh ma kien hemm ħadd bħalu fost is-​slaten kollha taʼ Ġuda,+ u lanqas fost dawk li ġew qablu.+  U baqaʼ mqabbad maʼ Ġeħova.+ Ma warrabx minn warajh, imma kompla jħares il-​kmandamenti li Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+  U Ġeħova kien miegħu.+ F’kulma kien jagħmel kien jaġixxi bil-​prudenza;+ u rribella kontra s-​sultan taʼ l-​Assirja u ma qdiehx.+  U kien hu li ħarbat lill-​Filistin+ sa Gaża+ kif ukoll it-​territorji tagħha, mit-​torri+ taʼ l-​għassiesa sal-​belt fortifikata.  U ġara fir-​rabaʼ sena tas-​Sultan Ħeżekija, jiġifieri, fis-​sebaʼ sena taʼ Ħosegħa+ bin Elah is-​sultan taʼ Israel, li Salmaneser+ is-​sultan taʼ l-​Assirja telaʼ kontra s-​Samarija u assedjaha.+ 10  U rebħuha+ wara kważi tliet snin; fis-​sitt sena taʼ Ħeżekija, jiġifieri, fid-​disaʼ sena taʼ Ħosegħa s-​sultan taʼ Israel, is-​Samarija ntrebħet.+ 11  Wara dan, is-​sultan taʼ l-​Assirja+ ħa lil Israel fl-​eżilju+ lejn l-​Assirja u ħalliehom f’Ħala+ u f’Ħabor+ ħdejn ix-​xmara Gożan u fil-​bliet tal-​Medin,+ 12  għax ma semgħux+ minn leħen Ġeħova Alla tagħhom, imma baqgħu jiksru l-​patt tiegħu,+ iva, kulma kien ikkmandahom+ Mosè,+ il-​qaddej taʼ Ġeħova. La semgħuh u lanqas wettquh. 13  U fis-​sena erbatax tas-​Sultan Ħeżekija, Sennakerib+ is-​sultan taʼ l-​Assirja+ telaʼ kontra l-​bliet fortifikati kollha taʼ Ġuda u ħadhom f’idejh. 14  Għalhekk, Ħeżekija s-​sultan taʼ Ġuda bagħat jgħid lis-​sultan taʼ l-​Assirja f’Lakis: “Jien dnibt. Tiġġilidx iktar kontrija. Se nagħmel kulma timponi fuqi.”+ Għaldaqstant, is-​sultan taʼ l-​Assirja ordna li Ħeżekija s-​sultan taʼ Ġuda jagħtih tliet mitt talent fidda+ u tletin talent deheb. 15  Għalhekk, Ħeżekija tah il-​fidda kollha li kienet fid-​dar taʼ Ġeħova+ u fit-​teżori taʼ dar is-​sultan.+ 16  U Ħeżekija qalaʼ l-​bibien tat-​tempju taʼ Ġeħova+ u l-​koxox tal-​bibien li Ħeżekija s-​sultan taʼ Ġuda kien kesa+ u ta d-​deheb tagħhom lis-​sultan taʼ l-​Assirja. 17  U s-​sultan taʼ l-​Assirja+ bagħat lit-​Tartan*+ u lir-​Rabsaris* u lir-​Rabsake*+ minn Lakis+ lejn Ġerusalemm għand is-​Sultan Ħeżekija b’qawwa militari kbira, sabiex jitilgħu u jmorru Ġerusalemm. U dawn telgħu u waslu u waqfu ħdejn il-​kanal+ taʼ l-​għadira taʼ fuq,+ ħdejn it-​triq ewlenija li tagħti għall-​għalqa tal-​ħassiel.+ 18  U bdew isejħu lis-​sultan, imma minflok ħarġu jiltaqgħu magħhom Eljakim+ bin Ħilkija, li kien jieħu ħsieb id-​dar, u Sebnah+ is-​segretarju u Ġowaħ bin Asaf ir-​reġistratur. 19  Għaldaqstant, ir-​Rabsake+ qalilhom: “Jekk jogħġobkom, għidu lil Ħeżekija, ‘Hekk qal is-​sultan il-​kbir,+ is-​sultan taʼ l-​Assirja: “X’inhi din il-​fiduċja li fdajt fiha?+ 20  Int għedt (imma bil-​kliem biss), ‘Għandi l-​istrateġija+ u s-​setgħa għall-​gwerra.’ Issa f’min fdajt, biex irribellajt+ kontrija? 21  Ara, int fdajt fl-​appoġġ taʼ din il-​qasba mkissra,+ l-​Eġittu,+ li jekk raġel iserraħ fuqha tidħol fil-​pala taʼ idu u tinfidhielu. Hekk hu l-​Fargħun,+ is-​sultan taʼ l-​Eġittu, għal kulmin jafda fih. 22  U jekk tgħiduli, ‘F’Ġeħova+ Alla tagħna fdajna,’+ mhux tiegħu kienu l-​postijiet għall-​qima+ u l-​artali li neħħa Ħeżekija,+ filwaqt li jgħid lil Ġuda u Ġerusalemm, ‘Milu quddiem dan l-​artal f’Ġerusalemm’?”’+ 23  Mela issa, agħmel imħatra,+ jekk jogħġbok, maʼ sidi s-​sultan taʼ l-​Assirja: nagħtik elfejn żiemel u naraw jekk, min-​naħa tiegħek, intix kapaċi tqiegħed rikkieba fuqhom.+ 24  Allura kif tistaʼ tkeċċi gvernatur li huwa fost wieħed mill-​iċken qaddejja taʼ sidi,+ meta int trid tafda fl-​Eġittu għall-​karrijiet+ u r-​rikkieba taż-​żwiemel?+ 25  U issa taħseb li jien tlajt kontra dan il-​post biex nagħmlu ħerba mingħajr l-​awtorizzazzjoni taʼ Ġeħova? Ġeħova nnifsu qalli,+ ‘Itlaʼ kontra dan il-​pajjiż, u agħmlu ħerba.’” 26  Għal dan, Eljakim+ bin Ħilkija u Sebnah+ u Ġowaħ+ qalu lir-​Rabsake:+ “Jekk jogħġbok, tkellem mal-​qaddejja tiegħek bil-​lingwa Sirjana,+ għax aħna nifhmuk; u tkellimniex bil-​lingwa tal-​Lhud+ ħalli ma jisimgħux in-​nies taʼ fuq is-​sur.” 27  Imma r-​Rabsake qalilhom: “Jaqaw sidi bagħatni ngħid dan il-​kliem lil sidkom u lilkom? Mhux lill-​irġiel bil-​qiegħda fuq is-​sur, sabiex jieklu ħmieġhom stess+ u jixorbu l-​awrina tagħhom stess magħkom?”+ 28  U r-​Rabsake baqaʼ wieqaf hemmhekk, jgħajjat b’leħen għoli bil-​lingwa tal-​Lhud;+ u kompla jitkellem u jgħid: “Isimgħu l-​kelma tas-​sultan il-​kbir,+ is-​sultan taʼ l-​Assirja. 29  Hekk qal is-​sultan, ‘Tħallux lil Ħeżekija jqarraq bikom, għax hu ma jistax jeħliskom minn taħt idejja.+ 30  U tħallux lil Ħeżekija jġegħelkom tafdaw f’Ġeħova,+ billi jgħidilkom: “Żgur li Ġeħova se jeħlisna,+ u din il-​belt ma tingħatax f’idejn is-​sultan taʼ l-​Assirja.”+ 31  Tisimgħux minn Ħeżekija; għax hekk qal is-​sultan taʼ l-​Assirja: “Agħmlu ftehim miegħi, u oħorġu u ejjew għandi, u ħa jiekol kull wieħed minnkom mid-​dielja tiegħu u kull wieħed mit-​tina tiegħu+ u ħa jixrob kull wieħed l-​ilma tal-​ġiebja tiegħu,+ 32  sakemm niġi u niħodkom f’art bħall-​art tagħkom,+ art tal-​qmuħ u taʼ l-​inbid ġdid, art tal-​ħobż+ u taʼ l-​għelieqi tad-​dwieli,+ art tas-​siġar taż-​żebbuġ u taʼ l-​għasel;+ u tibqgħu tgħixu u ma tmutux. U tisimgħux minn Ħeżekija għax hu qed jipprova jħajjarkom billi jgħidilkom, ‘Ġeħova nnifsu se jeħlisna.’+ 33  Jaqaw kien hemm xi wieħed mill-​allat tal-​ġnus li b’xi mod ħeles+ lil artu minn taħt idejn is-​sultan taʼ l-​Assirja?+ 34  Fejn huma l-​allat taʼ Ħamat+ u Arfad?+ Fejn huma l-​allat taʼ Sefarwajim,+ Ħena,+ u Iwwa?+ Ħelsuha lis-​Samarija minn taħt idejja?+ 35  Min fost l-​allat kollha taʼ l-​artijiet ħeles lil artu minn taħt idejja,+ biex Ġeħova jeħles lil Ġerusalemm minn taħt idejja?”’”+ 36  U n-​nies baqgħu siktin+ u ma wiġbuhx+ kelma, għax il-​kmand tas-​sultan kien jgħid: “Twiġbuhx.”+ 37  Imma Eljakim+ bin Ħilkija, li kien jieħu ħsieb id-​dar, u Sebnah+ is-​segretarju u Ġowaħ+ bin Asaf ir-​reġistratur marru għand Ħeżekija bi ħwejjiġhom imċarrtin+ u qalulu bil-​kliem tar-​Rabsake.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.
“It-​Tartan.” It-​titlu tal-​kmandant militari ewlieni.
“Ir-​Rabsaris.” It-​titlu taʼ l-​uffiċjal ewlieni tal-​palazz.
“Ir-​Rabsake.” Jew, “il-​kuppier ewlieni.”