2 Slaten 17:1-41

17  Fis-sena tnax t’Aħaż is-​sultan taʼ Ġuda, Ħosegħa+ bin Elah sar sultan fis-​Samarija+ fuq Israel u dam isaltan disaʼ snin.  U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, biss mhux bħas-​slaten taʼ Israel li ġew qablu.+  U Salmaneser+ is-​sultan taʼ l-​Assirja+ telaʼ kontrih, u Ħosegħa sar qaddej tiegħu u beda jħallsu l-​ħaraġ.+  Madankollu, is-​sultan taʼ l-​Assirja skopra+ li Ħosegħa kien qed jikkonfoffa kontrih billi bagħat messaġġiera għand So, is-​sultan taʼ l-​Eġittu,+ u ma ġabx il-​ħaraġ lis-​sultan taʼ l-​Assirja bħalma kien għamel fis-​snin taʼ qabel. Għaldaqstant, is-​sultan taʼ l-​Assirja qaflu u żammu marbut il-​ħabs.+  U s-​sultan taʼ l-​Assirja telaʼ kontra l-​pajjiż kollu u telaʼ lejn is-​Samarija u assedjaha+ għal tliet snin.  Fid-disaʼ sena taʼ Ħosegħa, is-​sultan taʼ l-​Assirja rebaħ is-​Samarija+ u ġarr lil Israel fl-​eżilju+ lejn l-​Assirja u żammhom jgħammru f’Ħala+ u f’Ħabor ħdejn ix-​xmara Gożan+ u fil-​bliet tal-​Medin.+  Issa dan ġara għax ulied Israel kienu dinbu+ kontra Ġeħova Alla tagħhom, li ħariġhom mill-​art taʼ l-​Eġittu minn taħt idejn il-​Fargħun is-​sultan taʼ l-​Eġittu,+ u bdew jibżgħu minn allat oħrajn;+  u baqgħu mexjin maʼ l-​istatuti+ tal-​ġnus li Ġeħova kien keċċa minn quddiem ulied Israel, u maʼ l-​istatuti li kienu għamlu s-​slaten taʼ Israel;  u wlied Israel fittxew affarijiet li ma kinux sewwa għal Ġeħova Alla tagħhom+ u baqgħu jibnu postijiet għall-​qima*+ fil-​bliet kollha tagħhom, mit-​torri+ taʼ l-​għassiesa sal-​belt fortifikata; 10  u waqqfu pilastri sagri+ u arbli sagri+ fuq kull għolja kbira+ u taħt kull siġra tħaddar;+ 11  u f’dawk il-​postijiet għall-​qima komplew joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji bħall-​ġnus+ li Ġeħova kien ħa fl-​eżilju minħabba fihom, u komplew jagħmlu affarijiet ħżiena biex joffendu+ lil Ġeħova. 12  U baqgħu jaqdu l-​idoli moqżieża daqs id-​demel,+ li dwarhom Ġeħova qalilhom: “Tagħmlux din il-​ħaġa”;+ 13  u Ġeħova baqaʼ jwissi+ lil Israel+ u lil Ġuda+ permezz tal-​profeti kollha tiegħu+ u l-​viżjonarji kollha,+ billi jgħidilhom: “Duru lura minn triqatkom il-​ħżiena+ u ħarsu l-​kmandamenti tiegħi,+ l-​istatuti tiegħi,+ skond il-​liġi kollha+ li kkmandajt lil missirijietkom+ u li bgħattilkom permezz tal-​qaddejja tiegħi l-​profeti”;+ 14  u ma semgħux, imma baqgħu jwebbsu rashom*+ bħalma għamlu missirijiethom li m’eżerċitawx il-​fidi+ f’Ġeħova Alla tagħhom; 15  u baqgħu jiċħdu r-​regolamenti tiegħu u l-​patt+ li kien għamel maʼ missirijiethom u t-​tfakkiriet tiegħu+ li wissiehom bihom, u segwew l-​idoli fiergħa+ u saru fiergħa+ huma stess, iva, billi imitaw lill-​ġnus li kienu mdawrin bihom u li dwarhom Ġeħova kien ikkmandahom biex ma jagħmlux bħalhom.+ 16  U telqu l-​kmandamenti kollha+ taʼ Ġeħova Alla tagħhom u għamlu statwi minn metall imdewweb,+ żewġ għoġiela,+ u għamlu arblu sagru,+ u bdew imilu quddiem l-​armata kollha tas-​smewwiet+ u jaqdu lil Bagħal;+ 17  u komplew jgħaddu lil uliedhom subien u bniet min-​nar+ u jipprattikaw it-​teħbir+ u jfittxu sinjali li bihom jaqraw il-​futur,+ u baqgħu jbigħu+ lilhom infushom għal dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova biex joffenduh.+ 18  Għalhekk, Ġeħova għadab ferm+ għal Israel, u neħħiehom minn quddiem wiċċu.+ Ma ħalla lil ħadd ħlief lit-​tribù taʼ Ġuda.+ 19  Lanqas in-​nies taʼ Ġuda ma ħarsu l-​kmandamenti taʼ Ġeħova Alla tagħhom,+ imma mxew maʼ l-​istatuti li kien għamel Israel.+ 20  Għaldaqstant, Ġeħova ċaħad lin-​nisel kollu+ taʼ Israel u ġegħelhom isofru u telaqhom f’idejn dawk li ħatfuhom, sakemm keċċiehom minn quddiemu.+ 21  Għax hu ċarrat lil Israel minn maʼ dar David, u huma għamlu sultan lil Ġerobogħam bin Nebat; u Ġerobogħam+ fired lil Israel milli jimxi wara Ġeħova, u ġegħelhom jidinbu bi dnub kbir.+ 22  U wlied Israel imxew wara d-​dnubiet kollha li kien għamel Ġerobogħam.+ Ma telquhomx, 23  sakemm Ġeħova neħħa lil Israel minn quddiem wiċċu,+ bħalma kien qal permezz tal-​qaddejja kollha tiegħu l-​profeti.+ Għalhekk, Israel telaq minn artu u mar fl-​eżilju lejn l-​Assirja u għadu hemmhekk sa llum.+ 24  Imbagħad is-​sultan taʼ l-​Assirja ġab nies minn Babilonja+ u Kuta u Għawwa+ u Ħamat+ u Sefarwajim+ u qegħedhom jgħammru fil-​bliet tas-​Samarija+ minflok ulied Israel; u dawn ħadu f’idejhom is-​Samarija u għammru fi blietha. 25  U ġara li meta bdew jgħammru hemmhekk ma beżgħux+ minn Ġeħova. Għalhekk, Ġeħova bagħat l-​iljuni+ f’nofshom, u bdew joqtluhom. 26  U bagħtu jgħidu lis-​sultan taʼ l-​Assirja: “Il-​ġnus li ħadt fl-​eżilju u li mbagħad qegħedthom fil-​bliet tas-​Samarija ma jafux ir-​reliġjon taʼ l-​Alla tal-​pajjiż, u għalhekk hu qed jibgħat l-​iljuni f’nofshom;+ u qed joqtluhom, għax m’hemm ħadd li jaf ir-​reliġjon taʼ l-​Alla tal-​pajjiż.” 27  Għal dan, is-​sultan taʼ l-​Assirja ordna: “Ibagħtu hemmhekk qassis+ minn dawk li ġarrejtu fl-​eżilju minn dak il-​pajjiż, sabiex imur u jgħammar hemmhekk u jgħallimhom ir-​reliġjon taʼ l-​Alla tal-​pajjiż.” 28  Għaldaqstant, wieħed mill-​qassisin li kienu nġarru fl-​eżilju mis-​Samarija ġie u beda jgħammar f’Betel,+ u beda jgħallimhom kif għandhom jibżgħu minn Ġeħova.+ 29  Madankollu, kull ġens differenti għamel alla għalih,+ u mbagħad qegħduh fis-​santwarji fil-​postijiet għall-​qima li kienu għamlu s-​Samaritani, kull ġens differenti, fil-​bliet tagħhom fejn kienu qed jgħammru. 30  U n-​nies taʼ Babilonja għamlu lil Sukkot-benot, u n-​nies taʼ Kut+ għamlu lil Nergal, u n-​nies taʼ Ħamat għamlu lil Asima. 31  U l-​Għawwin+ għamlu lil Nibħaż u lil Tartak; u s-​Sefarwajin+ kienu jaħarqu lil uliedhom fin-​nar+ għal Adrammelek u Anammelek, l-​allat taʼ Sefarwajim. 32  U bdew jibżgħu minn Ġeħova u għamlu minn nieshom stess qassisin+ għall-​postijiet għall-​qima, u dawn kienu jaqdu għan-​nom tagħhom fis-​santwarji fil-​postijiet għall-​qima. 33  Kienu jibżgħu minn Ġeħova+ imma jqimu lill-​allat tagħhom,+ skond ir-​reliġjon tal-​ġnus minfejn ittieħdu fl-​eżilju.+ 34  Sa llum għadhom jagħmlu skond ir-​reliġjonijiet tagħhom taʼ qabel.+ Ma kien hemm ħadd li jibżaʼ minn Ġeħova+ u ħadd li jagħmel skond l-​istatuti u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu+ u l-​liġi+ u l-​kmandament+ li Ġeħova kien ikkmanda lil ulied Ġakobb,+ li semmieh Israel;+ 35  meta Ġeħova għamel patt+ magħhom u kkmandahom: “Tibżgħux minn allat oħrajn,+ u tmilux quddiemhom u lanqas taqduhom jew toffrulhom sagrifiċċji.+ 36  Imma minn Ġeħova, li ħariġkom mill-​art taʼ l-​Eġittu b’qawwa kbira u bi driegħ maħruġ ’il barra,+ minnu għandkom tibżgħu,+ u quddiemu għandkom tmilu,+ u lilu għandkom toffru s-​sagrifiċċji.+ 37  U r-​regolamenti+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ u l-​liġi u l-​kmandament li kitbilkom,+ ħudu ħsieb li tagħmluhom dejjem;+ u tibżgħux minn allat oħrajn. 38  U tinsewx il-​patt li għamilt magħkom;+ u tibżgħux minn allat oħrajn.+ 39  Imma ibżgħu minn Ġeħova+ Alla tagħkom, għax hu li jeħliskom minn id l-​għedewwa kollha tagħkom.”+ 40  U m’obdewx, imma għamlu skond ir-​reliġjon tagħhom taʼ qabel.+ 41  U dawn il-​ġnus saru jibżgħu minn Ġeħova,+ imma kienu jaqdu lix-​xbihat minquxin tagħhom. U kemm uliedhom kif ukoll ulied uliedhom baqgħu jagħmlu bħal missirijiethom sa llum.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “iwebbsu għonqhom.”