2 Slaten 16:1-20

16  Fis-sena sbatax taʼ Pekaħ bin Remalija, Aħaż+ bin Ġotam is-​sultan taʼ Ġuda sar sultan.  Għoxrin sena kellu Aħaż meta beda jsaltan, u dam isaltan sittax-il sena f’Ġerusalemm; u m’għamilx dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova Alla tiegħu bħal David missieru.+  U mexa fit-​triq tas-​slaten taʼ Israel,+ u saħansitra għadda lil ibnu min-​nar,+ skond l-​affarijiet mistkerrhin+ tal-​ġnus li Ġeħova keċċa minħabba wlied Israel.  U kompla joffri s-​sagrifiċċji u d-​duħħan tas-​sagrifiċċji fil-​postijiet għall-​qima*+ u fuq l-​għoljiet+ u taħt kull siġra tħaddar.+  Imbagħad Resin+ is-​sultan tas-​Sirja u Pekaħ+ bin Remalija s-​sultan taʼ Israel telgħu jiggwerraw kontra Ġerusalemm u għamlu assedju kontra Aħaż, imma ma setgħux jirbħu.+  Dak iż-​żmien Resin is-​sultan tas-​Sirja reġaʼ ta l-​belt t’Elat+ lil Edom, u mbagħad neħħa l-​Lhud minn Elat; u l-​Edomin daħlu Elat u baqgħu jgħammru hemmhekk sa llum.  Għalhekk, Aħaż bagħat messaġġiera għand Tiglat-pileser+ is-​sultan taʼ l-​Assirja biex jgħidlu: “Jien il-​qaddej tiegħek+ u ibnek. Itlaʼ u salvani+ minn idejn is-​sultan tas-​Sirja u minn idejn is-​sultan taʼ Israel, li qamu kontrija.”  Għaldaqstant, Aħaż ħa l-​fidda u d-​deheb li kien hemm fid-​dar taʼ Ġeħova u fit-​teżori taʼ dar is-​sultan+ u bagħathom lis-​sultan taʼ l-​Assirja b’tixħim.+  Minħabba f’hekk, is-​sultan taʼ l-​Assirja semaʼ minnu u s-​sultan taʼ l-​Assirja telaʼ Damasku+ u ħadha taħt idejh+ u ġarr in-​nies tagħha fl-​eżilju lejn Kir,+ u lil Resin+ qatlu. 10  Imbagħad is-​Sultan Aħaż+ mar Damasku jiltaqaʼ maʼ Tiglat-pileser+ is-​sultan taʼ l-​Assirja, u ra l-​artal+ li kien hemm f’Damasku. Għalhekk, is-​Sultan Aħaż bagħat lil Urijah il-​qassis id-​disinn u l-​mudell taʼ l-​artal, skond kif kien maħdum eżatt.+ 11  U Urijah+ il-​qassis bena l-​artal.+ Sakemm is-​Sultan Aħaż ġie minn Damasku, Urijah il-​qassis għamel l-​artal skond kulma kien bagħatlu s-​Sultan Aħaż minn Damasku. 12  Meta s-​sultan ġie minn Damasku ra l-​artal; u s-​sultan resaq lejn l-​artal+ u għamel offerti fuqu.+ 13  U ħaraq*+ l-​offerta tal-​ħruq+ u l-​offerta tal-​qmuħ tiegħu+ u sawwab l-​offerta tax-​xorb+ u raxxax id-​demm tas-​sagrifiċċji taʼ sħubija* fuq l-​artal. 14  U l-​artal tar-​ram aħmar+ li kien quddiem Ġeħova ressqu minn quddiem id-​dar, minn bejn l-​artal tiegħu u d-​dar taʼ Ġeħova,+ u qiegħdu fuq in-​naħa tat-​tramuntana taʼ l-​artal tiegħu. 15  U s-​Sultan Aħaż ordna lil Urijah+ il-​qassis: “Fuq l-​artal il-​kbir aħraq l-​offerta tal-​ħruq taʼ fil-​għodu,+ kif ukoll l-​offerta tal-​qmuħ taʼ fil-​għaxija+ u l-​offerta tal-​ħruq tas-​sultan+ u l-​offerta tal-​qmuħ tiegħu u l-​offerta tal-​ħruq tan-​nies kollha tal-​pajjiż u l-​offerta tal-​qmuħ u l-​offerti tax-​xorb tagħhom; u roxx fuqu d-​demm kollu taʼ l-​offerta tal-​ħruq u d-​demm kollu taʼ xi sagrifiċċju. U inkwantu għall-​artal tar-​ram aħmar ħallih fi ħsiebi.” 16  U Urijah+ il-​qassis għamel skond kulma ordnalu s-​Sultan Aħaż.+ 17  Iżjed minn hekk, is-​Sultan Aħaż qattaʼ+ biċċiet il-​panewijiet tal-​ġnub+ tal-​karrijiet+ u neħħiehom minn mal-​vaski;+ u niżżel il-​baħar*+ minn fuq il-​barrin tar-​ram aħmar+ li kienu taħtu u qiegħdu fuq paviment tal-​ġebel. 18  U l-​parti msaqqfa għas-​Sabat li kienu bnew fid-​dar u d-​daħla taʼ barra tas-​sultan neħħiehom mid-​dar taʼ Ġeħova minħabba s-​sultan taʼ l-​Assirja. 19  U l-​bqija tal-​ġrajjiet t’Aħaż, dak li għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Ġuda? 20  Fl-aħħar, Aħaż imtedd maʼ missirijietu u ndifen maʼ missirijietu fil-​Belt taʼ David;+ u ibnu Ħeżekija+ beda jsaltan minfloku.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “għamel idaħħnu.”
Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-​qassis, l-​aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.
Ara l-​1Sl 7:23, in-​nota taʼ taħt.