2 Slaten 14:1-29

14  Fit-tieni sena taʼ Ġeħogħas+ bin Ġeħogħaħaż is-​sultan taʼ Israel, Amażija+ bin Ġeħogħas is-​sultan taʼ Ġuda sar sultan.  Ħamsa u għoxrin sena kellu meta beda jsaltan, u dam isaltan disgħa u għoxrin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ġeħogħaddin+ minn Ġerusalemm.  U għamel dak li hu rett f’għajnejn Ġeħova,+ biss mhux bħal David missieru.+ Għamel skond kulma kien għamel missieru Ġeħogħas.+  Kienu biss il-​postijiet għall-​qima* li ma tneħħewx.+ In-​nies kienu għadhom joffru s-​sagrifiċċji u d-​duħħan tas-​sagrifiċċji fil-​postijiet għall-​qima.+  U ġara li, malli s-​saltna ssodat f’idejh, hu beda joqtol+ lill-​qaddejja tiegħu li kienu qatlu lis-​sultan, missieru.+  U lil ulied il-​qattilin ma qatilhomx, skond dak li hemm miktub fil-​ktieb tal-​liġi taʼ Mosè li Ġeħova ta bi kmand meta qal:+ “Il-​missirijiet m’għandhomx jingħataw il-​mewt għall-​ulied, u l-​ulied m’għandhomx jingħataw il-​mewt għall-​missirijiet; imma kull wieħed għandu jingħata l-​mewt għal dnubu stess.”+  Hu qatel lill-​Edomin+ f’Wied il-​Melħ,+ għaxart elef raġel, u ħa f’idejh lil Sela fil-​gwerra, u bdiet tissejjaħ Ġoktel u baqgħet tissejjaħ hekk sa llum il-​ġurnata.  Kien wara dan li Amażija bagħat messaġġiera għand Ġeħogħas, bin Ġeħogħaħaż, bin Ġeħu, is-​sultan taʼ Israel, biex jgħidlu: “Ejja hawnhekk ħa niltaqgħu wiċċ imbwiċċ.”+  Għal dan, Ġeħogħas is-​sultan taʼ Israel bagħat jgħid lil Amażija s-​sultan taʼ Ġuda: “Ix-​xewka li kienet fil-​Libanu bagħtet tgħid liċ-​ċedru+ li kien fil-​Libanu, ‘Agħti lil bintek biex tkun mart ibni.’ Madankollu, bhima salvaġġa tar-​rabaʼ li kienet fil-​Libanu għaddiet minn hemmhekk u għaffġet ix-​xewka.+ 10  Int bla dubju għelibt+ lil Edom, u qalbek ġegħlitek tintrefaʼ.+ Gawdi l-​unur+ u għammar f’darek. Għala għandek tieħu sehem fil-​ġlied+ meta qiegħed minn taħt+ u jkollok taqaʼ, int u Ġuda miegħek?” 11  Iżda Amażija ma tax widen.+ Għalhekk, Ġeħogħas is-​sultan taʼ Israel telaʼ, u ltaqgħu wiċċ imbwiċċ,+ hu u Amażija s-​sultan taʼ Ġuda, f’Bet-xemex,+ li hi taʼ Ġuda. 12  U Israel għeleb lil Ġuda,+ u dawn ħarbu, kull wieħed lejn it-​tinda tiegħu. 13  U f’Bet-xemex, Ġeħogħas is-​sultan taʼ Israel qabad lil Amażija s-​sultan taʼ Ġuda, bin Ġeħogħas, bin Aħażija, u mbagħad ħadu miegħu Ġerusalemm u waqqaʼ parti mis-​sur taʼ Ġerusalemm minn Bieb Efrajm+ sal-​Bieb tal-​Kantuniera,+ erbaʼ mitt kubitu. 14  U ħa d-​deheb u l-​fidda kollha u l-​oġġetti kollha li kienu fid-​dar taʼ Ġeħova+ u t-​teżori tad-​dar tas-​sultan u xi ostaġġi u mar lura s-​Samarija. 15  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Ġeħogħas, dak li għamel u l-​atti setgħanin tiegħu u kif iġġieled kontra Amażija s-​sultan taʼ Ġuda, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Israel? 16  Fl-aħħar, Ġeħogħas imtedd maʼ missirijietu+ u ndifen fis-​Samarija+ mas-​slaten taʼ Israel, u ibnu Ġerobogħam*+ beda jsaltan minfloku. 17  U Amażija+ bin Ġeħogħas is-​sultan taʼ Ġuda għex ħmistax-il sena+ oħra wara l-​mewt taʼ Ġeħogħas+ bin Ġeħogħaħaż is-​sultan taʼ Israel. 18  U l-​bqija tal-​ġrajjiet t’Amażija, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Ġuda?+ 19  Fl-aħħar ngħaqdu f’konfoffa kontrih+ f’Ġerusalemm, u ħarab lejn Lakis;+ imma bagħtu jfittxuh f’Lakis u qatluh hemmhekk.+ 20  Għalhekk, ġarrewh fuq iż-​żwiemel u ndifen+ f’Ġerusalemm maʼ missirijietu fil-​Belt taʼ David.+ 21  Imbagħad in-​nies kollha taʼ Ġuda ħadu lil Għażarija,*+ li dak iż-​żmien kellu sittax-il sena,+ u għamluh sultan minflok missieru Amażija.+ 22  Kien hu li bena Elat+ u reġaʼ taha lil Ġuda wara li s-​sultan imtedd maʼ missirijietu. 23  Fis-sena ħmistax t’Amażija bin Ġeħogħas is-​sultan taʼ Ġuda, Ġerobogħam+ bin Ġeħogħas is-​sultan taʼ Israel sar sultan fis-​Samarija u dam isaltan wieħed u erbgħin sena. 24  U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova. Ma telaqx id-​dnubiet kollha taʼ Ġerobogħam bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb.+ 25  Hu rrestawra l-​fruntiera taʼ Israel mid-​daħla taʼ Ħamat+ sal-​baħar taʼ l-​Għaraba,+ skond il-​kelma li Ġeħova l-​Alla taʼ Israel qal permezz tal-​qaddej tiegħu Ġona+ bin Amittaj, il-​profeta li kien minn Gat-ħefer.+ 26  Għax Ġeħova kien ra s-​sofferenza kollha mrar li ġarrab Israel.+ Ma kien fadal ħadd, lanqas l-​iktar wieħed baxx, u lanqas ma kien hemm min jgħin lil Israel.+ 27  Iżda Ġeħova kien wiegħed li ma jħassarx isem Israel minn taħt is-​smewwiet.+ Għaldaqstant salvahom+ permezz taʼ id Ġerobogħam bin Ġeħogħas. 28  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Ġerobogħam u kulma għamel u l-​atti setgħanin tiegħu, kif iġġieled u kif reġaʼ ta l-​bliet taʼ Damasku+ u Ħamat+ lil Ġuda u Israel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Israel? 29  Fl-aħħar, Ġerobogħam imtedd maʼ missirijietu, mas-​slaten taʼ Israel, u ibnu Żakkarija+ beda jsaltan minfloku.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.
Jiġifieri, Ġerobogħam II.
Imsejjaħ ukoll “Użżija.”