2 Slaten 13:1-25

13  Fis-sena tlieta u għoxrin taʼ Ġeħogħas+ bin Aħażija+ s-​sultan taʼ Ġuda, Ġeħogħaħaż+ bin Ġeħu+ sar sultan fuq Israel fis-​Samarija u dam isaltan sbatax-il sena.  U għamel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova+ u mexa wara d-​dnub taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li bih ġiegħel lil Israel jidneb.+ Ma warrabx minnu.  U r-​rabja taʼ Ġeħova+ xegħlet kontra Israel, u għalhekk tul jiemhom kollha tahom f’idejn Ħażagħel+ is-​sultan tas-​Sirja u f’idejn Ben-ħadad+ bin Ħażagħel.  Maż-żmien, Ġeħogħaħaż taffa+ l-​korla taʼ Ġeħova, u għalhekk Ġeħova semgħu;+ għax kien ra l-​moħqrija fuq Israel,+ peress li s-​sultan tas-​Sirja kien ħaqarhom.+  Għaldaqstant, Ġeħova ta lil Israel salvatur,+ u b’hekk huma ħelsu minn taħt idejn is-​Sirja, u wlied Israel baqgħu jgħammru fi djarhom bħalma kienu jagħmlu qabel.+  (Biss ma telqux id-​dnub taʼ dar Ġerobogħam, li bih ġiegħel lil Israel jidneb.+ Fih imxew;+ anki l-​arblu sagru+ baqaʼ wieqaf fis-​Samarija.)  U Ġeħogħaħaż ma kienx baqagħlu nies ħlief ħamsin rikkieb taż-​żwiemel u għaxar karrijiet u għaxart elef raġel bil-​mixi,+ għax is-​sultan tas-​Sirja kien qeridhom,+ sabiex jagħmilhom bħat-​trab li joħroġ fid-​dris.+  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Ġeħogħaħaż u kulma għamel u l-​atti setgħanin tiegħu, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Israel?  Fl-aħħar, Ġeħogħaħaż imtedd maʼ missirijietu, u difnuh fis-​Samarija;+ u ibnu Ġeħogħas+ beda jsaltan minfloku. 10  Fis-sena sebgħa u tletin taʼ Ġeħogħas is-​sultan taʼ Ġuda, Ġeħogħas+ bin Ġeħogħaħaż sar sultan fuq Israel fis-​Samarija u dam isaltan sittax-il sena. 11  U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.+ Ma telaqx id-​dnubiet kollha taʼ Ġerobogħam bin Nebat, li bihom ġiegħel lil Israel jidneb.+ Fihom mexa. 12  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Ġeħogħas u kulma għamel u l-​atti setgħanin tiegħu u kif iġġieled+ kontra Amażija s-​sultan taʼ Ġuda, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Israel? 13  Fl-aħħar, Ġeħogħas imtedd maʼ missirijietu, u Ġerobogħam*+ qagħad fuq it-​tron tiegħu. U Ġeħogħas indifen fis-​Samarija mas-​slaten taʼ Israel.+ 14  U Eliżew+ marad bil-​marda li kien se jmut biha.+ Għalhekk, Ġeħogħas is-​sultan taʼ Israel niżel għandu u beda jibki fuq wiċċu u jgħid: “Missieri,+ missieri, il-​karru tal-​gwerra taʼ Israel u r-​rikkieba taż-​żwiemel tiegħu!”*+ 15  U Eliżew qallu: “Ħu qaws u xi vleġeġ.” U ħa qaws u xi vleġeġ. 16  U qal lis-​sultan taʼ Israel: “Agħmel idek mal-​qaws.” U għamel idu mal-​qaws, u Eliżew qiegħed idejh fuq idejn+ is-​sultan. 17  Imbagħad qal: “Iftaħ it-​tieqa lejn il-​lvant.” U fetaħha. Fl-​aħħar, Eliżew qallu: “Spara!” U spara. Imbagħad qallu: “Il-​vleġġa taʼ salvazzjoni taʼ Ġeħova, iva, il-​vleġġa taʼ salvazzjoni+ kontra s-​Sirja! U int se tidrob lis-​Sirja f’Afek+ sa ma ttemmha.” 18  U kompla jgħidlu: “Aqbad il-​vleġeġ.” U qabadhom. Imbagħad qal lis-​sultan taʼ Israel: “Idrob l-​art.” U darab l-​art tliet darbiet u waqaf.+ 19  U l-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru+ għadab għalih; għaldaqstant qallu: “Suppost drabt ħames jew sitt darbiet! Kieku għamilt hekk kont tidrob lis-​Sirja sa ma ttemmha, imma issa tidrobha biss tliet darbiet.”+ 20  Wara dan, Eliżew miet u difnuh.+ U kien hemm qtajjaʼ taʼ ħallelin+ Mowabin+ li regolarment kienu jidħlu fil-​pajjiż fil-​bidu tas-​sena. 21  U waqt li xi nies kienu qed jidfnu lil wieħed raġel, raw qatgħa ħallelin. Malajr malajr tefgħu lir-​raġel fil-​qabar t’Eliżew u telqu ’l hemm. Meta r-​raġel mess maʼ l-​għadam t’Eliżew, hu mill-​ewwel ħa l-​ħajja+ u qam fuq saqajh.+ 22  U Ħażagħel+ is-​sultan tas-​Sirja baqaʼ jaħqar+ lil Israel il-​jiem kollha taʼ Ġeħogħaħaż. 23  Madankollu, Ġeħova wriehom qalb tajba+ u ħenn+ għalihom u dar lejhom minħabba l-​patt tiegħu+ m’Abraham,+ Iżakk,+ u Ġakobb;+ u ma riedx jeqridhom,+ u ma keċċihomx minn quddiem wiċċu s’issa. 24  Fl-aħħar, Ħażagħel is-​sultan tas-​Sirja miet, u ibnu Ben-ħadad beda jsaltan minfloku. 25  U Ġeħogħas bin Ġeħogħaħaż ħa lura minn id Ben-ħadad bin Ħażagħel il-​bliet li dan kien ħa minn id Ġeħogħaħaż missieru fil-​gwerra. Tliet darbiet għelbu Ġeħogħas, u ħa lura l-​bliet taʼ Israel.+

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, Ġerobogħam II.
Dan il-​kliem jistaʼ jinvolvi talba għall-​għajnuna mingħand Alla jew ir-​rappreżentanti tiegħu.