2 Slaten 12:1-21

12  Fis-sebaʼ sena taʼ Ġeħu,+ Ġeħogħas+ sar sultan, u dam isaltan erbgħin sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Sibjah minn Bir-​xeba.  U Ġeħogħas għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova matul il-​jiem kollha li kien istruwit minn Ġeħojada l-​qassis.+  Kienu biss il-​postijiet għall-​qima* li ma tneħħewx.+ In-​nies kienu għadhom joffru s-​sagrifiċċji u d-​duħħan tas-​sagrifiċċji fil-​postijiet għall-​qima.  U Ġeħogħas qal lill-​qassisin:+ “Il-​flus kollha għall-​offerti+ mqaddsin li jinġiebu fid-​dar taʼ Ġeħova+—l-​ammont stipulat li għandu jħallas kulħadd,+ il-​flus li jingħataw min-​nies* li jkunu għamlu xi wegħdi,+ u l-​flus kollha li kull wieħed iġib fid-​dar taʼ Ġeħova skond kemm tqanqlu qalbu+  ħa jiħduhom il-​qassisin, kull wieħed mingħand dawk li jkun jaf;+ u huma min-​naħa tagħhom isewwu x-​xquq tad-​dar kulfejn hemm xi xaqq.”+  U ġara li sas-​sena tlieta u għoxrin tas-​Sultan Ġeħogħas, il-​qassisin kienu għadhom ma sewwewx ix-​xquq tad-​dar.+  Għalhekk, is-​Sultan Ġeħogħas sejjaħ lil Ġeħojada+ l-​qassis u lill-​qassisin u qalilhom: “Għala m’intomx issewwu x-​xquq tad-​dar? Mela, issa tiħdux iktar flus mingħand dawk li tafu, imma agħtuhom għax-​xquq tad-​dar.”+  Għaldaqstant, il-​qassisin qablu li ma jiħdux iktar flus mingħand in-​nies u li ma jsewwuhx huma x-​xquq tad-​dar.  Ġeħojada l-​qassis imbagħad ħa kaxxa+ u taqqab toqba fl-​għatu tagħha u qegħedha ħdejn l-​artal fuq il-​lemin hekk kif dak li jkun jidħol fid-​dar taʼ Ġeħova, u hemmhekk il-​qassisin, l-​għassiesa tal-​bibien,+ kienu jqiegħdu l-​flus+ kollha li kienu qed jinġiebu fid-​dar taʼ Ġeħova. 10  U kien jiġri li malli kienu jaraw li hemm ħafna flus fil-​kaxxa, is-​segretarju+ tas-​sultan u l-​qassis il-​kbir kienu jitilgħu, u jorbtu f’soror il-​flus li kien hemm fid-​dar taʼ Ġeħova u jgħodduhom.+ 11  U kienu jagħtu l-​flus magħdudin f’idejn dawk li nħatru biex jieħdu ħsieb+ ix-​xogħol fid-​dar taʼ Ġeħova. Min-​naħa tagħhom, dawn kienu jużawhom biex iħallsu lil dawk li kienu jaħdmu l-​injam u lill-​bennejja li kienu qed jaħdmu fid-​dar taʼ Ġeħova, 12  u lill-​ħaddiema fil-​ġebel u lin-​naġġara tal-​ġebel,+ u biex jixtru l-​injam u l-​ġebel minġur ħalli jsewwu x-​xquq tad-​dar taʼ Ġeħova u għal dak kollu li kien jintefaq biex tissewwa d-​dar. 13  Imma bil-​flus li kienu qed jinġiebu fid-​dar taʼ Ġeħova ma saru ebda bwieqi tal-​fidda, imqassijiet li jitfu l-​ftila,+ skutelli,+ trumbetti,+ u ebda tip t’oġġett tad-​deheb jew tal-​fidda għad-​dar taʼ Ġeħova;+ 14  għax kienu jagħtuhom lil dawk li kienu jieħdu ħsieb ix-​xogħol, u bihom kienu jsewwu d-​dar taʼ Ġeħova.+ 15  U ma kinux jitolbu kont+ mill-​irġiel li kienu jingħataw il-​flus f’idejhom biex jagħtuhom lil dawk li kienu jieħdu ħsieb ix-​xogħol,+ għax kienu jaħdmu b’fedeltà.+ 16  U l-​flus taʼ l-​offerti għall-​ħtija+ u l-​flus taʼ l-​offerti għad-​dnub ma kinux jinġiebu fid-​dar taʼ Ġeħova. Għalhekk, dawn saru tal-​qassisin.+ 17  Kien dak iż-​żmien li Ħażagħel+ is-​sultan tas-​Sirja telaʼ jiġġieled kontra Gat+ u ħadha taħt idejh; u wara dan Ħażagħel għamel il-​ħsieb li*+ jitlaʼ kontra Ġerusalemm.+ 18  Għal dan, Ġeħogħas is-​sultan taʼ Ġuda ħa l-​offerti mqaddsin kollha+ li kienu qaddsu missirijietu Ġeħosafat u Ġeħoram u Aħażija, is-​slaten taʼ Ġuda, u l-​offerti li kien qaddes hu u d-​deheb kollu li kien hemm fit-​teżori tad-​dar taʼ Ġeħova u d-​dar tas-​sultan u bagħathom+ lil Ħażagħel is-​sultan tas-​Sirja. U b’hekk dan irtira minn kontra Ġerusalemm. 19  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Ġeħogħas u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Ġuda? 20  Madankollu, il-​qaddejja tiegħu+ qamu u ngħaqdu flimkien f’konfoffa+ u ħabtu għal Ġeħogħas fid-​dar+ taʼ l-​Għolja,*+ fit-​triq li tinżel lejn Silla. 21  U Ġożakar bin Simegħat u Ġeħożabad+ bin Somer, il-​qaddejja tiegħu, kienu dawk li ħabtu għalih, u b’hekk miet. U difnuh maʼ missirijietu fil-​Belt taʼ David; u ibnu Amażija+ beda jsaltan minfloku.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “mill-​erwieħ.”
Letteralment, “dawwar wiċċu biex.”
Ara t-​2Sa 5:9, in-​nota taʼ taħt.