2 Slaten 11:1-21

11  Issa Għatalija+ omm Aħażija+ rat li binha miet. Għalhekk, qamet u qerdet lin-​nisel irjali kollu.+  Madankollu, Ġeħoseba+ bint is-​Sultan Ġeħoram, oħt Aħażija, ħadet lil Ġeħogħas+ bin Aħażija u serqitu minn fost ulied is-​sultan li kienu se jingħataw il-​mewt, iva, lilu u lil dik li kienet treddgħu, u daħħlitu fil-​kamra tas-​sodda taʼ ġewwa, u żammewh moħbi+ minn wiċċ Għatalija, u ma nqatilx.  U baqaʼ magħha fid-​dar taʼ Ġeħova moħbi għal sitt snin, waqt li Għatalija kienet qed issaltan fuq il-​pajjiż.+  U fis-​sebaʼ sena, Ġeħojada+ bagħat għall-​kapijiet tal-​mijiet tal-​gwardji persunali Karin+ u tal-​ġerrejja+ u ħadhom u daħħalhom miegħu fid-​dar taʼ Ġeħova. U għamel patt+ magħhom u ġegħelhom jaħilfu+ fid-​dar taʼ Ġeħova, u wara dan uriehom lil bin is-​sultan.  U kkmandahom: “Hekk agħmlu: Terz minnkom jidħlu f’jum is-​Sabat u jgħassu sew dar is-​sultan;+  u terz joqogħdu f’Bieb+ il-​Pedament u terz joqogħdu fil-​bieb taʼ wara l-​ġerrejja; u għassu sew id-​dar+ skond meta jmisskom.  U żewġ taqsimiet minnkom joħorġu lkoll f’jum is-​Sabat, u għandhom jgħassu sew id-​dar taʼ Ġeħova minħabba s-​sultan.  U oqogħdu dawramejt mas-​sultan, kull wieħed bl-​armi tiegħu f’idu; u kulmin jipprova jgħaddi minn bejn ir-​ringieli jinqatel. U ibqgħu mas-​sultan meta joħroġ u meta jidħol.”  U l-​kapijiet tal-​mijiet+ għamlu skond kulma ordnalhom Ġeħojada l-​qassis. Għalhekk, kull wieħed minnhom ħa lill-​irġiel tiegħu li kienu deħlin f’jum is-​Sabat,+ flimkien maʼ dawk li suppost kienu ħerġin f’jum is-​Sabat, u ġew għand Ġeħojada l-​qassis. 10  Imbagħad il-​qassis ta lill-​kapijiet tal-​mijiet il-​lanez u t-​tarki tondi li kienu tas-​Sultan David u li kienu fid-​dar taʼ Ġeħova.+ 11  U l-​ġerrejja+ baqgħu kull wieħed bl-​armi tiegħu f’idu, min-​naħa tal-​lemin tad-​dar san-​naħa tax-​xellug tad-​dar, ħdejn l-​artal+ u ħdejn id-​dar, dawramejt mas-​sultan. 12  Imbagħad ħareġ lil bin+ is-​sultan u qiegħed fuqu d-​dijadema+ u t-​Testimonjanza;+ u hekk għamluh sultan+ u dilkuh.+ U bdew iċapċpu idejhom+ u jgħidu: “Ħa jgħix is-​sultan!”+ 13  Meta Għatalija semgħet il-​ħoss tan-​nies jiġru, fil-​pront marret ħdejn in-​nies fid-​dar taʼ Ġeħova.+ 14  Imbagħad ħarset, u kien hemm is-​sultan wieqaf ħdejn il-​kolonna+ kif kienet id-​drawwa, u l-​kapijiet u dawk li jdoqqu t-​trumbetti+ kienu ħdejn is-​sultan, u n-​nies kollha tal-​pajjiż kienu qed jifirħu+ u jdoqqu t-​trumbetti. Minnufih Għatalija+ ċarrtet ħwejjiġha u bdiet tgħajjat: “Konfoffa! Konfoffa!”+ 15  Imma Ġeħojada l-​qassis ordna lill-​kapijiet tal-​mijiet, il-​maħturin minn fost il-​qawwa militari,+ u qalilhom: “Oħorġuha minn bejn ir-​ringieli, u kulmin imur warajha ħa jingħata l-​mewt bis-​sejf!”+ Għax il-​qassis kien qalilhom: “Tagħtuhiex il-​mewt fid-​dar taʼ Ġeħova.” 16  Għalhekk, meddew idejhom fuqha u għaddewha mid-​daħla taż-​żwiemel+ taʼ dar is-​sultan,+ u nqatlet hemmhekk.+ 17  Imbagħad Ġeħojada għamel il-​patt+ bejn Ġeħova+ u s-​sultan+ u l-​poplu, biex ikunu l-​poplu taʼ Ġeħova; kif ukoll bejn is-​sultan u l-​poplu.+ 18  Wara dan, in-​nies kollha tal-​pajjiż daħlu fid-​dar taʼ Bagħal u ġarrfu l-​artali tiegħu;+ u x-​xbihat tiegħu kissruhom għalkollox,+ u lil Mattan,+ il-​qassis taʼ Bagħal, qatluh quddiem l-​artali.+ U l-​qassis ħatar indokraturi biex jieħdu ħsieb id-​dar taʼ Ġeħova.+ 19  Iktar minn hekk, hu ħa lill-​kapijiet tal-​mijiet u l-​gwardji persunali Karin+ u l-​ġerrejja+ u n-​nies kollha tal-​pajjiż, sabiex iniżżlu lis-​sultan mid-​dar taʼ Ġeħova; u għaddew mill-​bieb+ tal-​ġerrejja u fl-​aħħar waslu f’dar is-​sultan; u hu qagħad fuq it-​tron+ tas-​slaten. 20  U n-​nies kollha tal-​pajjiż komplew jifirħu;+ u l-​belt ma kellhiex tfixkil, u lil Għatalija kienu qatluha bis-​sejf ħdejn dar is-​sultan.+ 21  Sebaʼ snin kellu Ġeħogħas+ meta beda jsaltan.+

Noti taʼ taħt