2 Slaten 1:1-18

1  U Mowab+ beda jirvella+ kontra Israel wara l-​mewt t’Aħab.+  Imbagħad Aħażija waqaʼ+ mill-​isprall li kien hemm fl-​għorfa tiegħu+ li kienet fis-​Samarija u marad. Għalhekk, bagħat lil xi messaġġiera u qalilhom: “Morru staqsu+ lil Bagħal-żebub+ l-​alla t’Għekron+ jekk iniex se nfiq minn din il-​marda.”+  U l-​anġlu+ taʼ Ġeħova kellem lil Elija t-​Tisbi+ u qallu: “Qum, itlaʼ ltaqaʼ mal-​messaġġiera tas-​sultan tas-​Samarija u għidilhom, ‘Jaqaw għax m’hemmx Alla+ f’Israel li sejrin tistaqsu lil Bagħal-żebub l-​alla t’Għekron?  Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova: “Is-​sodda li tlajt fuqha, m’intix se tinżel minnha, għax żgur tmut.”’”+ B’dan il-​kliem, Elija telaq ’l hemm.  Meta l-​messaġġiera ġew lura għandu, hu minnufih qalilhom: “Għala ġejtu lura?”  U qalulu: “Kien hemm raġel li telaʼ jiltaqaʼ magħna, u qalilna, ‘Morru, erġgħu lura għand is-​sultan li bagħatkom, u għidulu: “Hekk qal Ġeħova,+ ‘Jaqaw għax m’hemmx Alla f’Israel li sejrin tistaqsu lil Bagħal-żebub l-​alla t’Għekron? Għaldaqstant, is-​sodda li tlajt fuqha, m’intix se tinżel minnha, għax żgur tmut.’”’”+  Għal dan, qalilhom: “X’dehra kellu r-​raġel li telaʼ jiltaqaʼ magħkom u li qalilkom dan il-​kliem?”  U qalulu: “Raġel liebes libsa tax-​xagħar,+ b’ċinturin tal-​ġild imħażżem madwar ġenbejh.”+ Fil-​pront qal: “Dak Elija t-​Tisbi.”  U bagħatlu kap taʼ ħamsin mal-​ħamsin tiegħu.+ Meta telaʼ ħdejh, kien bil-​qiegħda fil-​quċċata tal-​muntanja. Imbagħad qallu: “Bniedem taʼ l-​Alla l-​veru,+ is-​sultan qallek, ‘Inżel.’” 10  Imma Elija wieġeb u qal lill-​kap tal-​ħamsin: “Mela jekk jien bniedem t’Alla, ħa jinżel nar+ mis-​smewwiet u jiblaʼ lilek u lill-​ħamsin tiegħek.” U niżel nar mis-​smewwiet u belaʼ lilu u lill-​ħamsin tiegħu.+ 11  Għaldaqstant reġaʼ bagħatlu kap ieħor taʼ ħamsin mal-​ħamsin tiegħu.+ U wieġbu u qallu: “Bniedem taʼ l-​Alla l-​veru, hekk qal is-​sultan, ‘Inżel malajr.’”+ 12  Imma Elija wieġeb u qalilhom: “Jekk jien bniedem taʼ l-​Alla l-​veru, ħa jinżel nar mis-​smewwiet u jiblaʼ lilek u lill-​ħamsin tiegħek.” U niżel nar t’Alla mis-​smewwiet u belaʼ lilu u lill-​ħamsin tiegħu. 13  U reġaʼ bagħat it-​tielet kap taʼ ħamsin mal-​ħamsin tiegħu.+ Imma t-​tielet kap taʼ ħamsin telaʼ u mar u niżel għarkopptejh+ quddiem Elija u beda jitolbu+ juri ħniena u jgħidlu: “Bniedem taʼ l-​Alla l-​veru, jekk jogħġbok, ħa tkun prezzjuża+ f’għajnejk ruħi+ u ruħ dawn il-​ħamsin qaddej tiegħek. 14  Ara, liż-​żewġ kapijiet l-​oħrajn taʼ ħamsin u l-​ħamsin tagħhom niżel nar mis-​smewwiet u belagħhom,+ imma issa ħa tkun ruħi prezzjuża f’għajnejk.” 15  Imbagħad l-​anġlu taʼ Ġeħova kellem lil Elija u qallu: “Inżel miegħu. Tibżax minnu.”+ Għalhekk, qam u niżel miegħu għand is-​sultan. 16  U qallu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Talli bgħatt lill-​messaġġiera+ biex jistaqsu lil Bagħal-żebub l-​alla t’Għekron+—bħallikieku ma kienx hemm Alla f’Israel lil min tistaqsi għal kelmtu—minħabba f’hekk, is-​sodda li tlajt fuqha, m’intix se tinżel minnha, għax żgur tmut.’” 17  U wara xi żmien miet,+ skond il-​kelma+ taʼ Ġeħova li kien tkellem Elija; u Ġeħoram+ beda jsaltan minfloku, fit-​tieni sena taʼ Ġeħoram+ bin Ġeħosafat is-​sultan taʼ Ġuda, għax ma kellux iben. 18  U l-​bqija taʼ l-​affarijiet li għamel Aħażija,+ m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Israel?

Noti taʼ taħt