2 Samwel 8:1-18

8  U ġara li mbagħad David ħabat għall-​Filistin+ u rażżanhom,+ u David ħa Meteg-amma minn id il-​Filistin.  U ssokta jaħbat għall-​Mowabin+ u kejjilhom b’ħabel, u ġegħelhom jimteddu maʼ l-​art, sabiex ikejjel żewġ ħbula ħalli joqtolhom, u ħabel sħiħ biex iħallihom ħajjin;+ u l-​Mowabin saru l-​qaddejja taʼ David+ biex iġibulu l-​ħaraġ.+  U David issokta jaħbat għal Ħadadgħeżer,+ bin Reħob, is-​sultan taʼ Soba,+ meta dan kien sejjer fi triqtu biex jerġaʼ jkollu l-​kontroll ħdejn ix-​xmara Ewfrat.+  U David ħa mingħandu elf u sebaʼ mitt rikkieb taż-​żwiemel u għoxrin elf raġel bil-​mixi;+ u David qataʼ l-​għerq taʼ l-​għarqub+ taż-​żwiemel tal-​karrijiet kollha,+ imma ħalla minnhom mitt żiemel tal-​karrijiet.  Meta s-​Sirja taʼ Damasku+ ġiet biex tgħin lil Ħadadgħeżer, is-​sultan taʼ Soba, David imbagħad qatel tnejn u għoxrin elf raġel minn fost is-​Sirjani.+  Barra minn hekk, David qiegħed għases tas-​suldati+ fis-​Sirja taʼ Damasku; u s-​Sirjani saru l-​qaddejja taʼ David u kienu jġibulu l-​ħaraġ.+ U Ġeħova kompla jsalva lil David kulfejn kien imur.+  Iktar minn hekk, David ħa t-​tarki tondi+ tad-​deheb li kellhom fuqhom il-​qaddejja taʼ Ħadadgħeżer u ġabhom Ġerusalemm.  U minn Beta* u Berotaj, bliet taʼ Ħadadgħeżer, is-​Sultan David ħa kwantità kbira ferm taʼ ram aħmar.+  Issa Togħi,* is-​sultan taʼ Ħamat,+ semaʼ li David kien qatel lill-​qawwa militari kollha taʼ Ħadadgħeżer.+ 10  Għalhekk, Togħi bagħat lil ibnu Ġoram għand is-​Sultan David biex jistaqsih kif inhu+ u jifraħlu minħabba l-​fatt li kien iġġieled kontra Ħadadgħeżer u qatlu (għax Ħadadgħeżer kien spiss jiggwerra kontra Togħi); u f’idu kien hemm oġġetti tal-​fidda u oġġetti tad-​deheb u oġġetti tar-​ram aħmar.+ 11  Dawn ukoll is-​Sultan David qaddishom lil Ġeħova, flimkien mal-​fidda u d-​deheb li kien qaddes mill-​ġnus kollha li kien rażżan,+ 12  mis-Sirja, minn Mowab,+ mingħand ulied Għammon, mingħand il-​Filistin,+ minn Għamalek,+ u mill-​priża taʼ Ħadadgħeżer, bin Reħob, is-​sultan taʼ Soba.+ 13  U David għamel isem għalih meta ġie lura wara li qatel lill-​Edomin f’Wied il-​Melħ+—tmintax-il elf.+ 14  U ħalla għases tas-​suldati f’Edom.+ F’Edom kollu qiegħed l-​għases tas-​suldati, u l-​Edomin kollha saru qaddejja taʼ David;+ u Ġeħova kompla jsalva lil David kulfejn kien imur.+ 15  U David baqaʼ jsaltan fuq Israel kollu;+ u David amministra kontinwament il-​ġustizzja u s-​sewwa+ għall-​poplu kollu tiegħu.+ 16  U Ġowab,+ bin Seruja, kien fuq l-​armata; u Ġeħosafat,+ bin Aħilud, kien reġistratur. 17  U Sadok,+ bin Aħitub, u Aħimelek,+ bin Abjatar, kienu qassisin, u Seraja kien segretarju. 18  U Benaja,+ bin Ġeħojada, kien fuq il-​Keretin+ u l-​Peletin.+ U wlied David saru uffiċjali ewlenin.*+

Noti taʼ taħt

“Tibħat” fl-​1Kr 18:8. Qabbel “Tebaħ” f’Ġen 22:24.
“Togħu” fl-​1Kr 18:9, 10.
Letteralment, “qassisin.”