2 Samwel 7:1-29

7  U ġara li, meta s-​sultan kien jgħammar f’daru+ u Ġeħova kien serrħu mill-​għedewwa kollha tiegħu dawramejt,+  imbagħad is-​sultan qal lil Natan+ il-​profeta: “Ara, issa, jien qed ngħammar f’dar taċ-​ċedri+ waqt li l-​arka taʼ l-​Alla l-​veru qiegħda f’nofs id-​drapp tat-​tined.”+  U Natan qal lis-​sultan: “Kulma għandek f’qalbek—mur u agħmlu,+ għaliex Ġeħova qiegħed miegħek.”  U ġara li dak il-​lejl il-​kelma+ taʼ Ġeħova ġiet lil Natan, u qallu:  “Mur, u għid lill-​qaddej tiegħi David, ‘Hekk qal Ġeħova: “Għandek int tibnili dar biex jien ngħammar fiha?+  Għax jien m’għammartx f’dar minn dakinhar li tellajt lil ulied Israel mill-​Eġittu sa dan il-​jum,+ imma bqajt nimxi+ ’l hemm u ’l hawn f’tinda,+ jiġifieri, f’tabernaklu.+  Matul iż-​żmien kollu li mxejt ’l hemm u ’l hawn fost l-​ulied kollha taʼ Israel,+ lissint jien xi kelma lil xi wieħed mit-​tribujiet taʼ Israel+ li kkmandajtu jirgħa lill-​poplu tiegħi Israel, u għedtlu: ‘Għala ma bnejtulix dar taċ-​ċedri?’”’  U issa hekk għidlu lill-​qaddej tiegħi David, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Jien stess ħadtek mill-​mergħa, minn wara l-​merħla,+ biex tkun mexxej+ fuq il-​poplu tiegħi Israel.  U jien inkun miegħek kulfejn tmur,+ u neqred l-​għedewwa kollha tiegħek minn quddiemek;+ u nagħmillek isem kbir,+ bħall-​isem tal-​kbarat li hawn fuq l-​art. 10  U nagħti post+ lill-​poplu tiegħi Israel u nħawwilhom+ hemmhekk, u huma tabilħaqq jgħammru fejn ikunu, u ma jkunx hemm iktar min ifixkilhom; u wlied l-​inġustizzja ma jerġgħux jgħakksuhom bħalma għamlu qabel,+ 11  saħansitra minn dakinhar li inkarigajt lill-​imħallfin+ biex imexxu lill-​poplu tiegħi Israel; u jien inserrħek mill-​għedewwa kollha tiegħek.+ “‘“U Ġeħova qallek li dar+ se jagħmel Ġeħova għalik. 12  Meta jagħlaqlek iż-​żmien,+ u timtedd maʼ missirijietek,+ imbagħad jien inqajjem nislek warajk, li joħroġ mill-​ġewwieni tiegħek; u tabilħaqq nistabbilixxi fis-​sod is-​saltna tiegħu.+ 13  Hu jkun dak li jibni dar għal ismi,+ u jien nistabbilixxi fis-​sod it-​tron taʼ saltnatu għal żmien indefinit.*+ 14  Jien stess insir missieru,+ u hu jsir ibni.+ Meta jiżbalja, inwiddbu bil-​ħatar+ tal-​bnedmin u bid-​daqqiet taʼ wlied Adam. 15  U l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħi ma titwarrabx minn fuqu bħalma warrabtha minn fuq Sawl,+ li lilu warrabt minħabba fik. 16  U darek u saltnatek ikunu sodi għal żmien indefinit; it-​tron tiegħek ikun stabbilit fis-​sod għal żmien indefinit.”’”+ 17  Natan kellem lil David skond dan il-​kliem kollu u skond din il-​viżjoni kollha.+ 18  Imbagħad is-​Sultan David daħal u qagħad bil-​qiegħda quddiem Ġeħova u qallu: “Jien min jien,+ O Mulej Sovran Ġeħova? U x’inhi dari biex wassaltni s’hawnhekk? 19  Bħallikieku din kienet xi ħaġa żgħira f’għajnejk, O Mulej Sovran Ġeħova, int għadek kif għedtli li d-​dar tal-​qaddej tiegħek iddum sa żmien fil-​futur imbiegħed; u din hi l-​liġi mogħtija għall-​bnedmin,+ O Mulej Sovran Ġeħova.+ 20  U David x’jistaʼ jżid iktar u jgħidlek, meta int stess tafu tajjeb lill-​qaddej tiegħek,+ O Mulej Sovran Ġeħova? 21  Minħabba kelmtek+ u skond qalbek+ int għamilt dawn l-​affarijiet kbar kollha biex iġġiegħel lill-​qaddej tiegħek ikun jafhom.+ 22  Huwa għalhekk li int tabilħaqq kbir,+ O Mulej Sovran Ġeħova; għax m’hemmx ieħor bħalek,+ u m’hemm ebda Alla ħliefek+ fost dawk kollha li smajna dwarhom b’widnejna. 23  U liema ġens wieħed fuq l-​art hu bħall-​poplu tiegħek Israel,+ li Alla fdieh biex ikun il-​poplu tiegħu+ u għamel isem għalih innifsu+ u għamel għalihom affarijiet kbar li jqanqlu l-​biżaʼ+—biex ikeċċi l-​ġnus u l-​allat tagħhom minħabba l-​poplu tiegħek, li int fdejt għalik+ mill-​Eġittu? 24  U int stabbilejt fis-​sod lill-​poplu tiegħek Israel+ għalik bħala l-​poplu tiegħek għal żmien indefinit; u int, O Ġeħova, sirt Alla tagħhom.+ 25  “U issa, Alla Ġeħova, il-​kelma li int lissint dwar il-​qaddej tiegħek u dwar daru wettaqha għal żmien indefinit u agħmel sewwasew bħalma għedt.+ 26  U ħa jkun kbir ismek għal żmien indefinit,+ u jgħidu, ‘Ġeħova taʼ l-​armati hu Alla fuq Israel,’+ u ħa tkun stabbilita fis-​sod quddiemek id-​dar tal-​qaddej tiegħek David.+ 27  Għax int, Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, irrivelajt f’widnejn il-​qaddej tiegħek u għedtlu, ‘Dar nibnilek.’+ Huwa għalhekk li l-​qaddej tiegħek għamel il-​qalb biex jitolbok din it-​talba.+ 28  U issa, O Mulej Sovran Ġeħova, int l-​Alla l-​veru; u ħa jkun kliemek verità,+ ladarba int twiegħed lill-​qaddej tiegħek din it-​tjubija.+ 29  U issa, jekk jogħġbok, bierek+ id-​dar tal-​qaddej tiegħek biex tibqaʼ għal żmien indefinit quddiemek;+ għax int innifsek, O Mulej Sovran Ġeħova, wegħedt, u minħabba l-​barka tiegħek ħalli d-​dar tal-​qaddej tiegħek tkun imbierka għal żmien indefinit.”+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.